Pages


Saturday, December 31, 2011

Rebħa storika għal AC Trampi (Knock-out Trophy)

Ir-riżultat kontra Sirens FC kien wieħed storiku fl-istorja ta’ AC Trampi. Ir-rebħa ta’ 3-1 tat iċ-ċans lil AC Trampi li jaċċeddu għat-tieni round tal-kompetizzjoni Knock-out. Din is-sena AC Trampi qegħdin jieħdu sehem fil-kompetizzjoni li hi dedikata biss għat-timijiet tar-Raba’ Diviżjoni.


Il-logħba mal-ewwel bdiet b’element pożittiv. Fl-ewwel minuta Formosa jikseb l-ewwel gowl tieghu f’dan l-istaġun b’xutt fil-kantuniera li għamilha diffiċli għall-gowler ta’ Sirens FC biex jilqa. Żewġ minuti wara Formosa reġa prova imma din id-darba r-riżultat ma kienx dak wieħed mixtieq. Il-bidu tajjeb ta’ AC Trampi ta l-kuraġġ lill-plejers li bdew jirnexxilhom idawru l-ballun b’facilita. Sirens FC bdew iħallu diversi spazji vojta u Rapinett irnexxielu fit-8 minuta jiskurja t-tieni gowl. Ftit wara t-tentativ tal-captain Psaila mar ftit barra. Fil-15-il minuta freekick ta’ Sirens FC għadda ftit barra. Bil-mod il-mod Sirens FC bdew iżidu il-pressjoni u waslu ghal-gowl fil-21 minuta. Biss fl-24 minuta kien Formosa li jiskurja it-tielet gowl għal AC Trampi minn rebound fuq freekick moghti minnu stess.

It-tieni taqsima reġgħet bdiet fejn spiċċat l-ewwel taqsima. AC Trampi rnexxielhom inaqqsu l-pressjoni li Sirens FC irnexxielhom jikrejaw fit-tieni parti tal-ewwel taqsima. Żewġ tentativi separati ta’ Rapinett u Wayne Mizzi marru ftit barra. Fit-8 minuta Sirens FC laqtu l-lasta u ftit minuti wara Dimech isalva xutt tajjeb ta’ Sirens FC. Fid-19-il minuta ix-xutt ta’ Sammut jiġi milqugħ mill-gowler ta’ Sirens FC. Ir-rebound ta’ Gauci jiġi salvat ukoll. Il-biża tar-rebħa bdiet tħalli ftit tensjoni fil-plejers ta’ AC Trampi hekk kif Sirens FC reġgħu laqtu l-lasta. Fortunatament l-iskor ma nbidilx.

Apparti l-avvanz għall-istadju li jmiss, din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għal AC Trampi u l-livell ta’ logħob jidher li qiegħed jitjieb. Dan jawgura tajjeb għas-sena 2012.

Saturday, December 10, 2011

L-ewwel tliet punti tal-istaġun

Fi grawnd ferm ikbar mis-soltu għal dak li jirrigwarda grawnds barra, AC Trampi affrontaw lil Gżira Utd FC. Għal AC Trampi din il-logħba kienet importanti ħafna għax it-tliet importanti kienu vitali għall-kumplanet tal-istaġun. Għalkemm il-prestazzjoni ma kinitx mill-aqwa, waslu t-tliet punti.

L-ewwel taqsima kienet maqsuma bejn iż-żewġ timijiet. Gżira Utd FC kienu aktar veloċi fejn il-plejers zgħar tagħhom użaw l-aġilita tagħhom u din fixklet għal diversi ħinijiet il-plejers ta’ AC Trampi. Min-naħa l-oħra AC Trampi kienu aktar tattiċi u kienu kapaċi idawru l-ballun u jsibu punti deboli tat-tim tal-Gżira speċjalment fuq il-linja tax-xellug. Fl-ewwel minuti AC Trampi pruvaw jaslu għal gowl permezz ta’ Formosa u Psaila imma l-gowler avversarju irnexxielu jsalva. Bejn il-11 u t-13-il minuta ġew skurjati 3 gowls.

Il-Gżira irnexxielhom jaħsdu lil AC Trampi b’żewġ f’żewġ minuti. Fortunament Falzon irnexxielu jnaqqas id-distakk mill-ewwel. Tliet minuti wara Conrad Dimech ixxutja mil-bogħod, il-gowler isalva imma Sammut irnexxieu jiskurja l-gowl tad-dro mir-rebound fuq il-gowler. Fl-aħħar minuta tal-ewwel taqsima setgħu jerġgħu imorru fil-vantaġġ imma l-plejer tagħhom għalkemm kien waħdu tefa barra. Il-gowler Xuereb ftit kien involut għalkemm kellu żewġ saves importanti.

It-tieni taqsima ma tantx kien fiha x’tirrakkonta. It-taqsima bdiet tajjeb għal AC Trampi. Dimech niżel waħdu bil-ballun u meta l-gowler avversarju prova jeħodu l-ballun, il-ballun ħabat ma’ Dimech u daħal fil-lasta. Il-bqija tat-taqsima kienet l-istess fejn AC Trampi kellhom diversi opportunitajiet biex jiskurjaw iżda ma rnexxilhomx jiskurjaw ir-raba’ gowl. Fl-aħħar minuti Gżira bdew jieħdu l-kuraġġ u kienu viċini għal-gowl tad-dro. Fundamentali kien Wayne Dimech, li daħal minflok Xuereb fil-bidu tat-tieni taqsima, li rnexxielu jsalva r-riżultat fl-aħħar minuta.

Din kienet l-aħħar logħba tal-league għal din is-sena. Nisperaw fis-sena 2012 AC Trampi jkomplu fejn spiċċaw f’din is-sena.

Wednesday, November 30, 2011

Chris Formosa fil-Futsal Malta Association

AC Trampi huma onorati li l-President tal-club Chris Formosa ġie appuntat bħala assistant segretarju fl-assoċjazzjoni l-ġdida Futsal Malta Association. Din l-assoċċjazzjoni hi rikonuxxuta b’mod uffiċjali mill-MFA li minn sena oħra ser tkun qed tieħu ħsieb il-kompetizzjonijiet tal-FUTSAL f’Malta. F’isem il-kumitat, il-coaching staff u l-plejers ta’ AC Trampi nixtiequ nifirħu lill-president tagħna għal din il-kariga ġdida fil-ħidma tiegħu għall-ġid tal-FUTSAL Malti.

Friday, November 25, 2011

Pass lejn id-direzzjoni t-tajba

Il-logħba kontra ż-Żebbuġin riedet isservi ta’ test biex AC Trampi juru l-veru valur tagħhom. Għal-maġġor parti tal-logħba dan urewh. Għad jonqos aktar ħażen u preċiżjoni taħt il-lasta avversarja biex jaslu il-gowls li jistgħu isarfu f’punti fil-klassifika.

Fl-ewwel taqsima AC Trampi sofrew mill-pressjoni li Żebbuġin bdew jagħmlu biex jaslu għall-gowl. Kienu abbli biex iwasslu l-ballun viċin tal-lasta ta’ AC Trampi bi ftit passes. Din il-pressjoni waslet għall-karta safra kontra Magri fid-9 minuta u l-ewwel gowl għalihom minuta wara. Bil-mod il-mod AC Trampi bdew jakkwistaw il-kunfidenza u bdew jimbuttaw lura liż-Żebbuġin fiż-żona tagħhom. Ir-riżultat ta’ dan kien serje ta’ corners bejn is-17 u l-20 minuta fejn Magri u Formosa pruvaw jippenetraw id-difiża u l-gowler taż-Żebbuġin b’diversi xuts minn barra. Sfortunatament il-gowl ma wasalx u minflok wasal it-tieni gowl taż-Żebbuġin fil-21 minuta. Fit-23 minuta ż-Żebbuġin jingħataw penalty ftit diskutibli. Biss il-goaler ta’ AC Trampi Xuereb laqa’ u rnexxielu jżomm l-iskor ta’ 2-0 sat-tmiem tal-ewwel taqsima.

Xuereb kompla kien il-protagonist fit-tieni taqsima fejin irnexxielu jsalva diversi azzjonjiet anke meta ġew żewġ plejers avversarji waħedhom kontrih f’aktar minn okkażżjoni waħda. Kif wieħed kien jistenna fit-tieni taqsima kienu AC Trampi li poġġew il-pressjoni fuq it-tim avversajru. Iż-Żebbuġin min-naħa tagħhom rnexxielhom ikunu perikolużi b’azzjonijiet ta’ kontra attakk. Fis-6 minuta Rapinett skurja l-ewwel gowl ma’ AC Trampi biex ipoġġi l-iskor għal 2 b’1. Dan għin biex itella l-moral u nħolqu diversi azzjonijiet perikolużi biex jasal il-gowl tad-dro. Il-fortuna ma għinitx imma għax Falzon u Formosa ix-xutts tagħhom spiċċaw fuq il-lasta.

Saturday, November 19, 2011

Lenti fuq St Helen's Band Club vs AC Trampi


AC Trampi bdew l-logħba b’mentalità aggressiva fejn ma bdewx jagħtu ċans lill-avversarji jilgħabu u dan beda jagħti l-frott fl-ewwel minuti. Infatti fit-8 minuta AC Trampi marru fil-vantaġġ. Formosa jixxuttja mill-bogħod, bil-goaler ma’ jaħtafx u Falzon ipoġġi l-ballun fix-xibka. Sammut kien viċin t-tieni goal b’xutt li jgħaddi ftit barra. Fil-11-il-minuta riżultat ta’ żbalji mill-plejers ta’ AC Trampi jasal il-gowl tad-dro ta’ St Helen Band Club. It-tim Karkariż imur fil-vantaġġ 5 minuti wara minn żball ieħor difensiv. Fit-18-il minuta AC Trampi jiskbu l-gol tad-dro.  Freekick moghti minn Sammut jaħbat mal-barriera u mir-rebound ikun Pawlu Mizzi li b’xutt tajjeb jpoġġi l-ballun fil-kantuniera. Ta’ min jinnota wkoll id-diversi saves li għamel Xuereb, goaler ta’ AC Trampi, biex iżomm ir-riżultat 2-2 fl-ewwel taqsima.


Fit-tieni taqsima Dimech daħal minflok Xuereb wara li dan tal-aħħar weġġa wiċċu wara xutt mill-viċin. F’ħin qasir St Helen Band Club jiskurjaw żewg gowls biex dawru l-logħba 4-2 favurihom. Ir-reazzjoni ta’ AC Trampi kienet fjakka u li ma kienx għas-saves brillanti ta’ Dimech il-gowls faċilment setgħu kienu aktar. B’azzjoni personali Steve Falzon jivvinta gol sabiħ mid-distanza b’nofs it-tieni taqsima li ta xi ftit kuraġġ lil AC Trampi.  Biss f’erba minuti jaslu erba’ gowls minn St Helen Band Club li b’hekk aċċertaw ruħhom minn rebħa komda. L-uniċi ftit reazzjonijiet ta’ AC Trampi kienu żewġ xuttijiet ta’ Mark Spiteri u Brian Gauci fl-aħħar minuti.

Nisperaw li din kienet biss diżavventura tal-ewwel logħba u l-plejers ta’ AC Trampi jagħrfu jerrejaġixxu fil-logħba li jmiss nhar l-Erbgħa li ġej kontra Żebbuġin.

Wednesday, November 16, 2011

RnD Ltd. sponsors AC Trampi

Bi pjaċir nixtiequ nħabbru li din is-sena il-first aid kit supplies ser ikunu qegħdin jiġu provuduti minn RnD Ltd. AC Trampi jixtiequ jirrangrazzjaw lil RnD Ltd. ta' din is-sħubija u l-fiduċja li qegħdin juru fit-tim. Għall-aktar informazzjoni tista’ tikkuntatja lill-kumpanija permezz tal-indirizz email info@rnd.com.mt

Saturday, November 12, 2011

Lejlet id-debutt (2)

Illum kien imiss lill-assistent coach Daniel Fenech li jwieġeb għall-istess domandi li poġġejna quddiem il-coach. Tassew li ma tantx ilu fil-familja, biss huwa fatt fuq fomm kulħadd li Daniel, bil-karattru spontanju, cajtier imma matur tiegħu, rebaħ il-fiducja ta' kulħadd. Bħas-soltu f'xi gear tal-Milan, Daniel tana dawn it-tweġibiet:

Fejn taħseb li t-tim investa s'issa sabiex jibda jibni triq posittiva għall-istaġun li ġej? X'kambjamenti osservajt?
F'dan żmien tal-pre-season investejna ħafna fil-karattri tal-membri li jiffurmaw l-iskwadra finali ta' AC Trampi. Tagħzel bejn 25 player b'karatteristici u kwalitajiet differenti ma kienx facli, u bħala coaches iddecidejna li nagħzlu l-iktar players, li skond l-opinjoni tagħna, mhux biss tajbin bil-ballun imma jagħmlu l-ġid lill-ispirtu tat-team.
Nemmnu li l-ambjent hu importanti biex it-team jieħu identità tiegħu u fl-aħħar mil-aħħar biex jagħtina logħbiet u rebħiet sbieħ.  Jien is-sena l-oħra ma kontx parti minn dal-grupp sabiħ allura m'jienx f'pożizzjoni li ngħid li rajt kambjamenti jew le. Madankollu, f'dawn ix-xahrejn u nofs rajt kambjamenti kbar fil-players, kemm fil-fitness, dixxiplina fil-ground, kif ukoll fir-rieda tal-players biex jgħinu lil xulxin u jiġbdu l-istess ħabel.

Xi prospettivi tara għal dan it-tim din is-sena?
Nemmen li t-team tagħna m'għandu xejn inqas minn ħaddieħor u għandu l-forza fl-unità tiegħu.  Jekk it-team jemmen fil-kapacitajiet tiegħu ikollna riżultati tajbin ħafna.  Bħala coaches ma qagħdniex nenfasiżżaw mal-players li irridu bilfors niksbu l-promotion għat-tielet diviżjoni għax nippreferu nimxu logħba wara l-oħra, pero l-ingredjenti biex nimxu 'l quddiem hemm qegħdin.

Kemm taħseb li huwa mportanti s-"sitt" plejer fil-grawnd?
Is-support jagħmel dejjem parti minn kull sport u huwa importanti għax f'ħafna okkażżjonijiet jagħmel id-differenza u jagħti l-enerġija lil-players fil-ground.  Minn hawn nixtieq inħeġġeġ lis-supporters tagħna biex jiġu jarawna bi ħġarhom f'kull logħba. Nifhem li din is-sena ħa nilghabu barra u fl-istaġun tax-xitwa ħafna nies jippreferu joqgħodu għall-irdoss id-dar, pero egħżież supporters intom parti mill-identità tat-team tagħna u l-għajnuna tagħkom napprezzawha.

Friday, November 11, 2011

Lejlet id-debutt

Ħamest ijiem oħra sabiex AC Trampi jiddebuttaw fil-kampjonat tal-Futsal għad-disa' sena konsekuttiva. Taħt it-tmexxija attenta tal-coaches Duncan u Daniel, AC Trampi ser jiltaqgħu kontra avversarju Karkariż, eżattament St Helen Band Club nhar l-Erbgħa 16 ta' Novembru fis-18:30 ġewwa Ħaż-Żabbar.

It-tim wara dan il-blog, ħaseb li jieħu l-kummenti tal-coach, bħal f'konferenza stampa ta' qabel dan id-debutt. U bħal dejjem, Duncan ma qagħadx lura milli jirrispondi bi kliem meqjus, li bħal ikla bnina, jħallilek togħma tajba.


Fejn taħseb li t-tim investa s'issa sabiex jibda jibni triq posittiva għall-istaġun li ġej? X'kambjamenti osservajt?
It-tim investa fil-persuni. Il-kunċett hu li biex tim jilgħab tajjeb, irid ikun ibbażat fuq nies li għandhom storja li jġorru magħhom ta' kuljum. Minn hemmhekk imbagħad sar proċess t'għażla fejn trialists kif ukoll trampi tas-sena l-oħra ngħataw iċ-ċans li juru lil coaches li kapaċi jkunu parti minn Trampi ta' din is-sena.

Tajjeb illi ngħidu li fl-equation mhux biss daħal l-element kalċistiku imma l-element uman kif ukoll l-ispirtu kollettiv li kull player jista' jagħti lil Trampi. Kambjamenti saru b'mod individwali - naħseb kien hemm shift fil-mentalità tal-players.

Xi prospettivi tara għal dan it-tim din is-sena?
Din is-sena t-tim għandu potenzjal li jagħti wirjiet sbieħ. Għan personali tagħna l-coaches hu li dan it-tim jemmen fih innifsu, jemmen li kapaċi daqs kemm aħna konvinti minnu.

Kemm taħseb li huwa mportanti s-"sitt" plejer fil-grawnd?
Is-support huwa krucjali fil-logħba... mhux biss huwa s-sitt player imma wkoll huwa l-partner tat-tim li fil-mumenti kollha għandu jkun hemm. Jien inħeġġeġ lis-supporters tagħna sabiex jkunu warajna u jagħtu s-support tagħhom. Tagħmel differenza zgur - anke fuq il-motivazzjoni tal-players.

Wednesday, October 26, 2011

Official Fixtures - Season 2011-2012 - First 2 Rounds

FIRST ROUND

Wednesday 16 November 2011 - 6.30pm
ST HELEN BAND CLUB vs AC TRAMPI at Zabbar
 
Wednesday 23 November 2011 - 6.30pm
ZEBBUGIN vs AC TRAMPI at Mqabba

Thursday 01 December 2011 - 6.30pm
GZIRA UTD FC vs AC TRAMPI at Msida

Thursday 12 January 2012 - 6.30pm
AC TRAMPI vs SPORTING GAUCHOS FC at Msida

Thursday 02 February 2012 - 6.30pm
AC TRAMPI vs REAL BROWNS PHARMA FC at Msida
                           
SECOND ROUND  
             
Tuesday 14 February 2012 - 7.30pm
AC TRAMPI vs ST HELEN BAND CLUB at Gharghur

Tuesday 21 February 2012 - 9.00pm
AC TRAMPI vs ZEBBUGIN at Pietà

Tuesday 28 February 2012 7.30pm
AC TRAMPI vs GZIRA UTD FC at Gharghur

Wednesday 14 March 2012 - 7.30pm
SPORTING GAUCHOS FC vs AC TRAMPI at Zabbar

Thursday 29 March 2012 - 7.30pm
REAL BROWNS PHARMA FC vs AC TRAMPI at Msida

Monday, October 03, 2011

It-tmintax-il plejer għall-istaġun 2011-2012


Fit-tmiem il-ġimgħa il-kowċis ta’ AC Trampi Duncan Caruana u Daniel Fenech ħabbru t-tmintax-il plejer li ser ikunu qegħdin jilgħabu bil-flokk isfar ta’ AC Trampi għal dan l-istaġun

Il-lista tal-plejers hi din:
Gowlers: Steven Xuereb u Wayne Joseph Dimech
Plejers: Rodney Bugeja, David Magri, Stephen Farrugia, Dex Zahra, Steve Falzon, Chris Formosa, Pawlu Mizzi, Justin Psaila, Wayne Mizzi, Brian Gauci, Kurt Rapinett, Mark Spiteri, Jonathan Sammut, Julian Caruana, Kenneth Fiteni u Conrad Dimech

Awguri għal dan l-istaġun lil dawn il-plejers li ġew magħżula. Grazzi wkoll lil dawk il-plejers li matul l-aħħar xahar kienu qegħdin jitrenjaw ma’ AC Trampi bħala
trialists.

Tuesday, September 27, 2011

AC Trampi u l-pre-season sa issa

Il-preseason ta' AC Trampi dahal fil-qofol tieghu bil-partecipazzjoni tat-team f'turnament ta' hbiberija organizzat minn Naxxar Lions Futsal Club. Nistghu nghidu li kien turnament karatterizzat minn hafna esperimenti minn naha tal-coaching staff, fejn il-loghob intuzaw specjalment biex jghinu lill-coaches jaghzlu t-18 il-player li se jiffurmaw parti mill-iskwadra ta' AC Trampi ghall-istagun 2011/12. Tlett loghbiet li fihom il-coaches ma setghux juzaw iz-zewg goalers ta' Trampi li jinsabu barra minhabba injury. Il-club ta' AC Trampi jirringrazzja lil Stephen Farrugia u Evan Joe Dimech li offrew is-servizz taghhom ta' goalers ghal dan it-turnament.
 
Fl-ewwel loghba AC Trampi laghbu kontra Mac Deo Xtreme FC. Wara li spiccaw minn taht b'goal kmieni, AC Trampi ghamlu reazzjoni tajba u gabu d-draw permezz ta' Mark Spiteri. Iktar ma ghadda l-hin aktar Trampi tilfu l-posizzjonijiet fil-ground sabiex l-iscore finali spicca 4-1 favur Mac Deo Xtreme FC.
 
It-tieni loghba tat-turnament kontra Pitillu & Friends nistghu nghidu li Trampi baghtew sa minn kmieni fil-partita u fi spazju ta' tmien minuti kienu diga 4-0 minn taht. Nuqqas ta' attenzjoni difensiva u komunikazzjoni bejn il-plejers hargu cari sabiex l-iscore spicca 8-2 bil-goals ta' Trampi skurjati minn Justin Psaila u Christopher Formosa. Nota posittiva kienet r-reazzjoni finali ta' Trampi li sarfet f' zewg goals.
 
L-ahhar loghba tat-turnament kienet kontra t-team ta' Naxxar Lions Futsal. Ghal kuntrarju tal-loghbiet l-ohrajn AC Trampi bdew b'mod posittiv ferm fejn kien hemm tqassim tajjeb tal-ballun u numru tajjeb ta' okkazjonijiet biex Trampi marru fil-vantagg permezz ta' Steve Falzon. Izda wara dan il-goal Trampi regghu rrepetew diversi nuqqasijiet biex l-iskor finali spicca 6-1 favur Naxxar.
 
Dan it-turnament wera li AC Trampi bhalissa ghadhom work-in-progress u ghad fadal hafna xoghol qabel mat-tim ikun lest ghall-kampjonat izda jidher car li hemm materjal fuq xiex wiehed jahdem u dan ihalli ottimizmu ghal futur.

Thursday, September 15, 2011

Nitkellmu mal-Kowcis

Wara l-ewwel ġimgħatejn ta' taħriġ, ħsibna li nitkellmu ftit ma' Duncan u Daniel u nieħdu l-impressjonijiet tagħhom dwar dak li raw sa issa.

Duncan, issa li ghaddew l-ewwel gimaghtejn ta’ tahrig, f’liema aspetti thoss li t-tim qed jilhaq l-aspettativi tieghek? F’liema aspetti sibt lit-tim differenti milli stennejt? 
Nemmen li t-tim huwa għatxan biex jaħdem u jtella’ l-prestazzjonijiet tiegħu. Naħseb li dawn l-ewwel gimgħatejn urew li t-tim huwa magħqud. Dan stajt tarah f’diversi eżerċizzji li setgħu kienu diffikultużi u l-livel ta’ sapport kien għoli u kontinwu. Fiżikament nemmen li għad baqa’ x’naħdmu għaliex il-logħba tirrikjedi stat fiżiku eċċellenti u xejn inqas. Naħseb aspett li qed nara aħjar minn snin oħra huwa l-livell psikoloġiku fejn jidher li diversi players lesti jiffaċċjaw il-biżgħat tagħhom. Jiena nemmen li meta persuna taqbeż il-biżgħat tagħha, allura tkun free; element importanti li tifrex il-qiegħa biex eventwalment player ‘jaqbeż’ fil-pitch u jagħti dak li jaf mingħajr barriers.

Kulhadd osserva li fil-pjan tieghek hemm mhejjija attivatijiet li jmorru lil hinn mir-rutina normali tat-tahrig fosthom servizz ta’ volontarjat mit-tim kif ukoll weekend gewwa Ghawdex. Kif tahseb li dat-tip ta’ attivatijiet jistghu jghinu lit-tim? Fejn tixtieq tasal? 

Jiena nemmen fil-bniedem sħiħ u nemmen li kull eżerċizzju jekk tifhmu u tagħrblu sew, jista’ jgħinek kemm ġewwa kif ukoll barra l-pitch. Jien irrid skwadra ta’ players b’valuri għolja, dixxiplina personali u rispett lejn kull avversarju. Kif jgħid l-Ingliz, charity begins at home...allura it-trawwim ta’ kultura ta’ dan it-tip irid jibda minna stess. Jien irrid tim rebbieħ mhux biss fil-logħob imma anke fl-imġiba tagħna. Il-volontarjat jgħinek tifhem min int, tagħti mingħajr ma tistenna lura xejn, taħdem kollettiv, tisma’ u mhux tparla int biss...valuri importantissmi f’kwalunkwe tim. Il-weekend seminar, jista’ jiċċelinħġja dawk l-areas li aħna dgħajfin fihom...se jgħinna nifhmu lil xulxin, x’nixtiequ minn xulxin u l-esperjenza ta’ Trampi. Nixtieq nasal f’punt fejn kulħadd iħares lura u jgħid apparti li kbirt teknikament bħala player, jien kbirt bħala raġel, bħala membru f’familja li hi TRAMPI



Daniel kif qed issibek fl-irwol ta’ assistant coach? 
Bhal kull haga gdida, ghal bidu kelli d-dubji u l-bizghat tieghi kemm ser jirnexxili inkun tajjeb f’dar-rwol. Bil-mod il-mod, f’dal-gimghatejn dawn il-bizghat inbidlu f’kunfidenza grazzi ghar-rapport personali li dejjem kelli mal-coach u fuq kollox grazzi ghal players li qed jinkluduni fil-grupp

X’challenges thoss li dan l-irwol qed igib mieghu? 

Fuq aspett uman, l-ikbar challange hi propja li nsir parti min dal-grupp kbir ta’ hbieb, li nigi accettat u li l-players jemmnu fiha bl-istess mod li jien nemmen fihom. Fuq aspett sportiv, apparti l-ghajnuna li irrid naghti lil coach, wahda mil-ikbar challanges hi li nghin lit-team u lil players individwali biex jemmnu iktar fil-mezzi u l-kapacita’ taghhom ghax mil-kummenti li smajt s’issa din hija wahda mil-areas li fiha jbghati t-tim, u fl-opinjoni tieghi, hija wahda mil-areas li tista’ trebbah u ittelef il-loghob

Fil-meeting ta’ prezentazzjoni li sar fis-sajf, Duncan kien prezentak bhala bniedem li josserva hafna. X’laqtek partikolarment f’dal-gimaghtejn li ghaddew? 

Laqtuni tlett affarijiet;
  1. Il-fatt li sibna team b’forma fizika tajba. Il-pre-season s’issa kien ibbazat fuq hafna xoghol fiziku u impressjonajt ruhi bl-ammont kbir ta’ players li bhal donnu fis-sajf ma qatghux mit-training
  2. L-Ghaqda li hemm bejn il-players. Duncan kien ilu jghidli li Trampi hija familja, u milli rajt f’dawn il-hmistax, naghtih ragun. L-ambjent tal-hbieb jitfghak awtomatikament f’muza tajba waqt it-training, u nhoss li jekk jinzamm dan l-ispirtu jghin hafna ghal formazzjoni tal-gruppu ghal kisba tar-risultati.
  3. Il-commitment. Kellna presenza qawwija ta’ players fis-sessions li turi li l-istagun qed jittiehed bis-serjeta sa mil-bidu. Kull min ma setghax jinzel training kellu raguni valida, u hadd ma qaghad igib skuzi biex ma jigix. Haga sabiha li rajna hi li kien hemm 3 jew 4 players li ghalkemm ma setghux jinzlu training habba xi injuries, xorta kienu prezenti biex jaraw u jissapportjaw lil shabhom.

Tuesday, August 30, 2011

Bidu tal-istaġun 2011-2012

Il-bieraħ it-Tnejn 29 ta’ Awwissu, AC Trampi taw bidu għall-istaġun tagħhom 2011-2012. L-ewwel pre-season training sar ġewwa l-Buskett u Ħad-Dingli taħt il-coaches il-ġodda Duncan Caruana u Daniel Fenech. Waqt li Duncan f’dawn l-aħħar sentejn kien assistant coach ta’ Renzo Kerr Cumbo, li llum hu l-assitant coach tal-Imqabba fil-Premier Division, Daniel Fenech hu ġdid għall-familja ta’ AC Trampi.


Il-plejers tas-sena l-oħra kollha reġgħu qegħdin jitrenjaw mat-tim ħlief Clifton Calleja li kellu jieqaf minħabba raġunijet personali. Bi pjaċir nerġgħu nilqgħu lil Conrad Dimech u lil Kenneth Fiteni li fl-istaġun li għadda kienu weqfin għal tul ta’ żmien minħabba injuries.

Mal-plejers tas-sena l-oħra hemm diversi trialists li fl-aħħar tal-pre-season uħud minnhom ser jingħaqdu mat-tim biex b’hekk jifforma t-tim għal dan l-istaġun.

Monday, August 29, 2011

Vjaġġ ta' Emozzjonijiet


Xi ħadd semma li AC Trampi huwa vjaġġ ta' emozzjonijiet... l-emozzjonijiet tal-varji membri li jiffurmaw parti minn din il-familja kbira. F'dan l-artiklu ħsibna li tkun xi ħaġa sabiħa li membru ta' din il-familja jaqsam magħkom l-emozzjonijiet li għadda minnhom fl-aħħar xhur wara l-injury tieghu. Dan huma kliem Conrad; 

"Issa li għaddew 8 xhur u nħares lura ngħid 'qas irrid nemmen kemm ġraw affarijiet'. L-operazzjoni, sieqi fil-ġibs, krozzi, physio etc... Mill-ġurnata li weġġajt kont nibgħat email/messages ma' kull pass li nagħmel bħal... 'guys bdejt nimxi nerġa', 'guys bdejt niġri' u dejjem sibt sapport min sħabi li jtuni kuraġġ nibqa' għaddej.


Ħassejtni mfissed meta rcevejt kartolina personalizzata u iffirmata minn kulħadd wara l-operazzjoni. Illum l-ġurnata nħares lejha kull meta ikolli bżonn naqa motivation biex inkompli. Taf int... meta ddum tagħmel l-istess eżercizzi  tibda titlef ftit pacenzja. Tibda ssaqsi lilek innifsek 'imma ħa nerġa nkun kif kont?', 'ħa nkun ta' ġid lit-team?' Imma imbagħad once li tgħaddi minn stadju bħal eżempju l-physio jgħidlek 'orrajt ibda iġri', ikollok aptit tagħmel iktar u iktar.

Issa li bdejt naqbeż ukoll fuq s-sieq li weġġajt qed inħossni noqrob iktar lejn l-ġurnata fejn l-
physio jgħidli 'orrajt kun imbierek... ibda training'.

Se tkun iebsa żgur għax l-pompa marret lura imma looking forward li ninżel fil-grawnd mal-coach l-ġdid. Training filgħaxija... forsi mmorru sat-turkish wara... taf int... tirkupra dak li tlift... u tgawdi l-atmosfera ta' Trampi... barra l-ground u ġewwa. Għidli int xi trid iktar!
Forsi xi cajta l'hemm u l'hawn fejn wisq probabbli nispicca fin-nofs tagħha. Tidħak daħka imma taħdem fl-istess ħin. Issa s-sena d-dieħla nerġgħu fuq t-turf u suppost għandu jgħin lil saqajja. Iġri ikolli l-go ahead biex nibda mat-team.

Imbagħad hemm l-ħolma ta' dejjem ux... Dik li nerġa nilgħab waqt logħba ufficjali. U min jaf; forsi jkolli x-xorti li niskurja gol u nkun nista' ndur lejn sħabi u lejn s-
sapporters
li dejjem kienu numerużi. Min jaf; forsi jkun bil-lemin, jew jaħbat ma xi 4 minn nies qabel jidħol imma qas tkun problema xejn... once li daħal ikun gol... once li inkun fil-grawnd inkun wasalt."
Conrad

Friday, July 22, 2011

Awguri lil 'Sonic' Calleja

Fil-jiem li ghaddew, il-player ta' AC Trampi Clifton Calleja habbar li minhabba mpenji personali, matul dan l-istagun mhux se jkun fl-iskwadra ta' AC Trampi. Minn hawnhekk f' isem il-kumitat, il-coaches, il-players u s-supporters ta' Trampi nixtiequ nirringrazzjaw lil Clifton tas-sehem kollu li dejjem ta lill-familja taghna u nawgurawlu li fiz-zmien li gej jirnexxielu jilhaq l-aspirazzjonijiet kollha tieghu.

Ha nimmisjawk Clifton !!

Daniel Fenech fil-Coaching Staff ta' AC Trampi

Fil-jiem li ghaddew il-kumitat ta' AC Trampi habbar li Daniel Fenech se jkun qieghed jinghaqad mal-coaching staff tal-klabb ghal-istagun li gej. Daniel se jkun qieghed jassisti lill-Head Coach Duncan Caruana fit-tmexxija tat-team matul l-istagun 2011/2012.

Minn hawnhekk nilqghu lil Daniel fil-familja ta' Trampi u nawgurawlu kull success

Wednesday, June 22, 2011

Maħtur kowc ġdid għal AC Trampi

Hekk kif kien mistenni fis-serata tal-bieraħ, 21 ta' Ġunju, il-kumitat ikkonkluda fuq l-għażla tal-coach ta' AC Trampi għall-istaġun 2011/2012 wara l-perjodu memorabbli ma' Renzo Kerr Cumbo.

Bi pjacir inhabbru li l-kumitat wasal fi ftehim ma' Duncan Caruana, li fl-aħħar żewġ staġuni kien assistent coach, sabiex dan issa huwa ufficcjalment Head Coach ta' AC Trampi.

Il-Kumitat konvinti mill-progett li preżenta Duncan. Konvinti wkoll fil-kapacitajiet tieghu li jwassal il-viżjoni tiegħu fi ħdan it-team, il-club u dawk qrib tal-club.

Ma kienitx għazla facli jew li saret ta' malajr. Ma Duncan ilna nitkellmu u din l-għazla saret għax nemmnu li Duncan jista joffri dak li l-club għandu bżonn bħalissa. Ninsabu certi li lkoll kemm aħna se nilqgħu lil Duncan u se nikkoperaw miegħu f'din l-esperjenza.

Minn naħa tal-kumitat, bħalissa wkoll għaddeja ħidma sabiex Duncan ikollu assistent li jgħinu f'xogħolu. Nieħdu l-okkażjoni sabiex nawguraw il-ħidma t-tajba mżewqa b'kull success personali u għall-club inġenerali lil Duncan u l-familja tiegħu.


Monday, June 20, 2011

GRAZZI KOWC - Ħsieb żgħir għal-kowc Renzo

Biex nuru l-apprezzament taghna il-plejers ta Trampi 2010-11 lejn il-kowc Renzo gbarna ftit fil-qasir dak li kull wiehed minnha jixtieq jghidlu wara 3 snin sbieh flimkien. Hawn huma migbura f’ordni alfabetika …
 

Brian “Pendolino” Gauci
Renz,
Nahseb ghalija dawn it-tliet snin kienu snin ta' emozzjonijiet kbar, tant li xi kultant issorprendejt lili nniffsi.  U nahseb dan l-aspett ghamel din l-esperjenza iktar rikka ... b'mumenti ta' sodisfazzjon u mumenti ta' ugigh.  Nibda billi nghidlek grazzi ta' din l-opportunita - talli kien hemm mumenti fejn stedintni nersaq lura lejn it-Trampi meta jien kont nofs qalb, talli streccjajt il-potenzjal tieghi (anke indirettament), talli rfistli l-kallijiet, talli rajt lili u mhux 'player minnhom'.  Naghlaq billi nghid li minkejja kollox ha nimmisjak. Awguri

Christopher “il Cecchino” Formosa
Coach,
Huwa difficli tispjega fi ftit kliem l-esperjenza tieghi bhala player tahtek bhala coach. Kif kelli l-okkazjoni nghidlek certu drabi f' hafna okkazjonijiet you were my Mourinho li ghentni neghleb numru kbar ta' limiti li kelli fil-loghba tieghi. Ghallimtni l-kuncett li nilghab qabel kollox ghat-team u anke l-kuncett ta' dixxiplina fil-ground u self control. Grazzi ta' kull ma ghamilt maghna anke bhala kumitat. Nemmen li l-isfidi kollha li poggejtilna f' dawn is-snin ghenu lill-club jikber ukoll

Clifton “Sonic” Calleja
Renzo - 'Coach Determinat li jasal anke jekk t-triq tkun tidher difficli'. Sempliciment Grazzi ta dawn it-3 snien li ghamilt tmexxi lil AC Trampi u talli ghintna nghamlu AC Trampi team ta' hbieb apparti team tal-football

Conrad “Conimex Special” Dimech
Determined … and willing to work hard … despite the ups and downs you managed to create a good environment to work in

David “il Muro” Magri
Grazzi ta l-impenn, tad-determinazzjoni u tas-serjeta li bihom hdimt tul dawn l-ahhar tlett staguni. Ghalkemm ir-rizultati ma kienux dejjem kif xtaqna u hafna drabi ma qbiltx mad-decizjonijiet tieghek, nirringrazjak talli mexxejt lil AC Trampi il-quddiem f'dak li hu spirtu u mhabba ghal-loghba tal-futsal. Nawguralek kull success

Jonathan “Gongi” Sammut
Renzo ftit kelmiet ta’ aprezzament wara dawn iz-zmien maghna. Apprezzament talli qabel kollox ghint biex tinholoq struttura fi hdan il-club taghna li llum sar jiehu l-esperjenza sportiva fil-futsal fis-sens wiesa taghha mill-aktar bis-serjeta.
Fuq livell personali nurik l-apprezzament tieghi talli bis-sahha tieghek nhoss li kbirt bhala player. Illum il-gurnata jien bniedem li l-loghba tal-futsal nhobbha hafna u hija passjoni li zviluppat grazzi ghal AC Trampi u certament grazzi ghad dedikazzjoni u l-input tieghek f’dawni s-snin.  Forsi ‘l quddiem jerga’ jkollna l-opportunita li nergghu nahdmu flimkien fil-qasam sportiv.  Intant nawguralek aktar esperjenzi sbieh u posittivi fil-karrira tieghek fil-kowcing

Joseph “Fiorello” Mifsud
Lil Renzo sirt nafu xi 10 snin ilu f'season li ghamilna flimkien mal-Fgura. Kien pjuttost player difficli fil-ground ghax ma kellux posizzjoni fissa ... kien qisu il-jolly. Tilghabu fejn tilghabu ha jaghtik performance soddisfacenti kwazi dejjem. Ergajt iltqajt mieghu fil-kors tal-coaching u wara f'photo-shoot. Hemmhekk proponieli li ninghaqad ma Trampi u nixtieq nirringrazzjah ghax poggini go familja verament sabiha. Nawguralu kull risq ghal futur tieghu

Justin “Pato” Psaila
Grazzi Renz ta' dak kollu li ghamilt maghna matul dawn l-ahhar 3 snin. Fost dak kollu li taghllimt minghandek, l-iktar wahda li ha tibqa go fija hi zgur dik li urejtna x'jigifieri tkun sportiv.

Kenneth “il-CaPiTaNo” Fiteni
Grazzi Renz ta dak kollu li tajt lil Trampi f’dawn it-tlett snin. GRAZZI kbira tal-fiducja li urejt fija!! Dejjem harist lejk bhala persuna li ghandi hafna x’nitghallem min ghandek  u emminni vera tghallimt hafna – mhux se nikteb dak kollu li ghallimtni ghax nibza li inhalli xi haga barra – imma fuq kollox ghallimtni nikber bhala sportiv!!
Grazzi habib!!

Mark “il Fulmine” Spiteri
Kowc :) Grazzi ta l organizzazzjoni li sahhaht fit team taghna. Grazzi wkoll ta kemm ghint lili flimkien ma shabi nikbru bhala players. Frahna u bkejna flimkien, pero haga li dejjem morna quddiem hija fil hbiberija u l ghaqda taghna. fuq din il bazi nitfghu hidmitetna ghal futur qarib. Grazzi

Paul “ic-Centurjun” Mizzi
Ma tantx hemm xi nghidlek Renz!
Nemmen li inti coach eccellenti u li kull atleta jixtieq ikollu. Konvint li dak li tajt tajtu minn qalbek u ghalkemm mhux dejjem ilhaqna t-targets li xtaqna, dejjem ilhaqna t-target li l-isports ikun esperjenza u mhux biss rizultat. Ghallimtna nhobbu l-isport kemm fuq aspett fiziku, aspett ta' tim, aspett ta' familja. Ghallimtna niggieldu maghna nfusna biex inkunu ahjar mill-avversarji minflok niggieldu mal-avversarji. Ghallimtna li l-isports huwa metafora tal-hajja fejn meta taqa, meta titlef, jigik cans iehor fejn tistinka u tiehu dak li temmen fih.
Grazzi Renz ta' dak li int. Ser nimmisjawk imma ser inġorruk ġo qalbna

Rodney “Scheggia” Bugeja
Mux ghax f'wiccu imma Renzo kien wiehed mil-ahjar coaches li kelli ... nixtieq niringrazzjah tal fiducja li wera fija ... Tani il kunfidenza li kont tlift ... f'dawn is sentejn li hdimt tahtu nahseb sirt player ahjar
Thanks Renz!

Steve “il Fenomeno” Falzon
Nixtieq nirringrazjak tad-dedikazzjoni kbira li dejjem urejt lejn Trampi u l-hin li dejjem sibt ghal kull individwu fit-team. Cert li kull min jaf l-istorja ta Trampi jaqbel mieghi meta nghid li rnexxilek taghmel bidla kbira fil-mentalita ta dan il-klabb. Kemm fil-mod ta kif jorganizza ruhu imma l-iktar importanti fil-mentalita tal-players. Grazzi

Steven “Para Tutto” Xuereb
Renzo was more than just a coach for me. He made me feel important in a team where during the preceding season, I played only a couple in minutes.
He was instrumental in boosting and improving my self-confidence and this was reflected also on the pitch.

Wayne J. “Uomo Ragno” Dimech
Grazzi kbira ghal dawn it-tlitt snin li qattajt maghna. Kienu tliet snin ta' hidma intensiva li waslet ghall-hafna frott. Grazzi ta' l-istruttura li ghamilt fit-team fejn jidhol t-tahrig, dejjem kien preparat b'mod serju u metikoluz. Mhux dejjem qbilna, nahseb li l-ewwel season mieghek kien pjuttost iebes habba clash of ideas u sincerament ghad hemm hafna areas fejn ma naqbilx mieghek, biss dawn huma opinjoniet u point of views personali. Grazzi talli meta kien hemm x'niddiskutu ras 'n' b'ras dejjem sibt il-hin u kont available.
l-ahhar haga! hu hsieb iktar il-goaler fil-pjan tattiku tieghek :P
Grazzi kbira u good luck

Wayne “Picasso” Mizzi
Kienu 3 staguni important.  Bhala coach nahseb li trasmeta il grinta tieghu li team f partiti li kienu decisiviu  Li hafna minnhom erbahna u ghamilna rimonti impossibli. Nispera li wara Ac trampi issib team li jista ikollu  latmosfera li kien hawn fl ahhar tlett snin


Saturday, June 11, 2011

Mid-djarju tal-captain tat-Trampi (26)

Trampi jikteb l-aktar pagna sewda s’issa!!

Issa li ufficjalment spicca l-istagun 2010-11, nistghu nghidu li kien stagun fejn morna hafna il-boghod minn dak li konna qeghdin nimmiraw ghalih daqs sena ilu. Infatti l-istatistici jghidu li spiccajna fit-tielet mill-ahhar post fil-lig li ifisser relegazzjoni ghar-raba’ divizjoni!!

Kien stagun li beda b’aspettativi gholjin, anki habba il-fatt li fil-pre-season konna irbahna l-ewwel edizzjoni ta Trampi Futsal Tournament, li barra ahna dahlu fih zewg timijiet tat-tieni divizjoni (Todos u Tal-Werqa) u tim iehor li kien ghadu kif waqa’ mit-tieni divizzjoni (Fugazi 5). Dak iz-zmien l-entuzjazmu kien gholi ghax barra ir-rizultati tajbin kelna ukoll prestazzjonijiet tajbin hafna.

Sfortunatament il-kumplament ta l-istagun ma kienx fuq l-istess linja!! Fil-lig il-prestazzjonijiet taghna kienu tajbin imma mhux eccellenti u ir-rizultati ma kienux tajbin. Allavolja hafna loghbiet tlifnihom b’gowl biss dak kien ifisser li dejjem qed nohorgu b’idna vojta mil-loghob. Dan beda iwassal, ovvjament, ghal xi frustazzjonijiet li kultant ma kienux ta ghajnuna ghal-plejers taghna.

Biex tghaxxaq kollox beda ikollna injuries zghar ghal-plejers li kienu f’kundizzjoni tajba. Mit-tagen morna gon-nar meta weggha sew Conrad ‘Conimex Special’ Dimech fejn kiser l-aksa li tfisser waqfien mill-loghob ghal minn tal-anqas 9 xhur!! Issa li ghaddew aktar minn 7 xhur, Conrad miexi tajjeb fir-rijabilitazzjoni tieghu u beda jigri ftit bil-mod!! Awguri siehbi u j’Alla nergghu narawk maghna fil-court mill-aktar fis possibli!

Ftit wara gie ix-xahar ta Dicembru, xahar importanti hafna ghalina ta Trampi ghax fih dejjem sibna is-sahha li nergghu insibu saqajna anki fir-rizultati. Dis-sena ma kienx il-kaz u ir-rizultati bdew gejjin bl-iskossi, imma ma gewx bizzejjed!!

L-istagun li imiss se ikun wiehed iebes anki ghax nafu li fir-raba divizzjoni hemm kompetizzjoni iebsa b’hafna timijiet jiggieldu ghaz-zewg postijiet li jghatu promozzjoni fit-tielet divizzjoni. Issa nistennew l-evalwazzjoni tas-sena halli naraw kif se nimxu il-quddiem anki ghax nafu li l-kowc Renzo Kerr-Cumbo mhux se ikun maghna is-sena id-diehla!!

Pero, l-akbar zball li ghamilna dis-sena kien li ma tajnix kas, kontra is-snin ta qabel, tas-sapporters/hbieb/familja estiza ta Trampi!!! Nies li dejjem kienu hemm ghalina kemm fix-xemx kif ukoll fil-kesha, xita u silg!!! Nies li bis-sahha taghhom kompla jikber l-ispirtu ta Trampi li wassal biex Trampi hu hafna aktar minn tim tal-Futsal biss!! Min hawn f’isem il-plejers kollha ta Trampi nixtiequ niskuzaw ruhna ta dan!! Zgur li dan l-izball mhux se nergghu nirrepetuh (parola di capitano!!)

Bhal dejjem:

FORZA TRAMPI – dejjem u kullimkien!!

il-CaPiTaNo

Monday, April 11, 2011

A missed opportunity

AC Trampi vs Red Marleys- 01/04/2011 - 0-4

The game against Red Marleys, a direct opponent for staying in the third division, was a golden opportunity to get closer to New Team who were just four points ahead. However, once again too much pressure played a bad trick on AC Trampi’s players.

The game started immediately on a bad note for AC Trampi as two Red Marleys’ players missed a goal alone against Steven Xuereb after only 3 minutes. AC Trampi tried to react but Clifton Calleja shot above the post from just one meter away from the net. The rest of the half was most of the time defending the long balls thrown by the Red Marleys’ keeper. Xuereb’s double save in the 18th minute was in vain as Red Marlyes succeeded to go one goal ahead in the same action.Christopher Formosa succeed to keep the score as it was before the end of the first half by saving a goal on the line.

The second half started with high hopes for AC Trampi. Steve Falzon went very close to the goal after a good action between him and Formosa. These hopes soon started to vanish as Red Marlyes succeeded to score the second goal. In the rest twenty minutes AC Trampi tried to grab at least a draw but they did no not succeed to penetrate the Red Marleys’ defence. In the last minutes , while AC Trampi were trying their utmost in attack, Red Marleys scored the third and fourth goal.

Hopes are still not dead but it will be only a miracle that can keep AC Trampi from being relagated in the fourth division.

Sunday, February 27, 2011

Historical Game for AC Trampi

AC Trampi vs Pieta Futsal - 25/02/2011 - 4-1

The game against Pieta Futsal was a historical game in AC Trampi’s eight year history as AC Trampi got their first three points on court in Corradino. The other two victories indoor were both walkovers: on 22nd March 2005 (2nd season) against Deportivo Santa Cruz and this season against Luqa St. Andrews.

In the first half AC Trampi once again showed an excellent performance, tactically perfect. This time, however, were capable of finishing their actions with goals. AC Trampi scored four goals in the first 25 minutes. After three minutes Steve Falzon put AC Trampi in advantage. In the 13th minute, Wayne Mizzi scored his first goal of the season by putting into the net a shot by Justin Psaila. Psaila was once again in goal three minutes later by another shoot. The fourth goal was also a first time goal for the season, this time by Clifton Calleja. During the first half, AC Trampi’s defence managed to keep Pieta Futsal away from Steven Xuereb’s net, with Pieta trying their luck only with shots from the half pitch. After the fourth goal, the match had to stop for about three minutes, as Pieta Futsal’s goaler did not want to play any more. The game resumed with one of their players acting as goaler for the rest of the match.

The second half saw Xuereb as the protagonist of the game, surely being the player of the match for AC Trampi. He managed to keep the positive result for AC Trampi with some brilliant saves. It was practically a match between Pieta’s players against Xuereb, with Pieta hitting twice the post. Anxiety of winning starting to grow amongst AC Trampi’s players, resulting in a quite disappointing half for the team. Luckily for the team Xuereb remained calm. Pieta Futsal only managed to get a consolation goal in the 25th minute.

This victory gave a breath of fresh air for AC Trampi, keeping the hopes of playing in the third division next year still alive. The next game against Classics Futsal Club will surely be a crucial one.

Wednesday, February 23, 2011

Trampiraklu?… Jien nemmen u int?

Mela bħalissa il-klassifika tgħid li Trampi għandna biss 4 punti minn 8 logħbiet. Fadal l-aħħar 5 logħbiet tal-lig, jiġifieri għad fadal 15-il punt x’jintrebħu! Jaqgħu l-aħħar 4 timijiet u għalhekk bħalissa ninsabu 5 punti taħt il-ħames mill-aħħar post!!

Din mhix storja ġdida għalina, anzi nistgħu ngħidu li dawn l-aħħar 4 staġuni dejjem hekk kienet bi Trampi insalvaw dejjem fl-aħħar loghoba! Din is-sena kien hemm tama fil-bidu ta l-istaġun li l-istorja setgħet tkun differenti fejn il-mira tal-klabb tagħna kienet dik il inkunu niġġieldu għal xi ħaġa fin-naħa ta fuq tal-klassifika. Dan ma ġarax. Issa x’wassal biex flok hemm fuq qegħdin niġġieldu hemm isfel mhux importanti bħalissa. Dak id-diskors tajjeb isir wara li ikun spicca l-istagun!

Issa hemm bżonn nibqgħu iffokati fuq il-present. L-aħħar prestazzjonijiet kienu aħjar minn dawk tal-bidu ta l-istaġun, imma il-punti baqgħu ma waslux ħlief 3 li tawna Luqa St. Andrews bħala rigal meta naqsu li jbiddlu kulur għall-logħba kontrina!
Kulħadd jaf li minn Jannar Trampi dejjem urew il-vera valur taghhom u jibdew jirbhu il-loghob, imma dan l-istagun s’issa ghadu ma garax dan!! Dan irid jinbidel!! U mil-loghba tal-Gimgha kontra il-Pieta Futsal!! L-unika haga posittiva fil-klassifika hi minn dawn il-hames loghbiet li fadlilna 4 minnhom huma konfronti diretti ma dawk it-timijiet li qeghdin bhalna jiggieldu kontra ir-relegazzjoni. Dan ipoggina f’posizzjoni li xorta rebhiet biss ghandna bzonn imma kollox f’idejna. Sa certu punt ghadna ma niddependux mir-rizultati ta hadiehor imma minn taghna biss.

Mela ejja ilkoll flimkien nohorgu qalbna (u xi haga ohra!!) fil-grawnd! Hemm numru mhux hazin minna il-plejers li hadu hafna mil-familja Trampi dan l-istagun, issa wasal iz-zmien li inroddu lura l-ahwa. Jekk nitfghu mohhna u qalbna (hekk kif diga hafna minna qed jghamlu) nghelbuh dan l-ostaklu ukoll!! L-aktar haga li tkiddni lili personali hu il-fatt li ma nistax inkun maghkom fil-grawnd u minn wara hdejn il-bankijiet mhux facli nittrasmetti il-grinta tieghi! L-istess, mieghi ikun hemm l-imweggha l-iehor Conrad ‘Conimex Special’ li nispiccaw nizvugaw f’xulxin J

Jien nemmen li Trampi nergghu nghamlu miraklu iehor u int? Jekk int temmen mieghi mela niltaqghu nhar il-Gimgha go Kordin ghal-loghba fid-9:15pm!!

Fl-ahhar ippermettuli nghalaq billi nawgura fejqan ta malajr lil plejer Russell Camilleri taz-Zurrieq Old Boys li wegga fil-loghba kontrina!! Tajjeb insemmi ukoll li smajt li zewg ex-plejers ta Trampi Bernard ‘Satinho’ Satariano u Jonathan ‘il professore’ Borg skurjaw l-ewwel gowl fil-karriera taghhom fil-Futsal meta qeghdin jilghabu ma tim fir-raba’ divizjoni. Prosit lilkom u j’Alla tibqghu sejrin hekk J

Bhal dejjem

FORZA TRAMPI

il-CaPiTaNo

Wednesday, February 16, 2011

Once again quite close, but no points achieved

AC Trampi vs Żurrieq Old Boys - 11/02/2011 - 3-4

The first half against Żurrieq Old Boys was tactically perfect for AC Trampi. The defence held for 25 minutes without getting any goal. The half ended even better when Chris Formosa, in the 25th minute, netted the first goal of the game on a counter attack. During the first half, AC Trampi was dangerous on various occasions. Jonathan Sammut hit the post in the first minute and his shoot in the 23rd minute was saved by the Żurrieq keeper. Joseph Mifsud was unlucky when his attempts to score where saved twice in the same action.

In the second half, Żurrieq Old Boys changed their way of playing by putting one of their players as a pivot always close to AC Trampi’s defence. This helped them to score two goals in few minutes. AC Trampi kept their nerves calm and managed to score their draw goal after a beautiful action between Rodney Bugeja and Sammut, with Bugeja netting the 2-2 goal. The draw was saved by some good saves by the AC Trampi keeper, Wayne Dimech. On the 18th minute, Bugeja was in the right place and the right time on a corner given by AC Trampi to score the 3-2 goal. For AC Trampi, the first three points were close. However, only minute later Żurrieq managed to score another goal and on the 22nd minute scored even the fourth goal with the ball passing slowly behind Dimech. AC Trampi tried to at least get one point from the game. However, their attempts were in vain.

On a side note, the game ended on a negative note. One of Żurrieq Old Boys injured his ankle badly and thus he could not move. He had to wait for about 30 minutes for an ambulance to arrive as there are no ambulances on a stand-by in an official match. The game was stopped and resumed after the ambulance arrived. We wish Russell Camilleri a quick recovery.

Monday, February 14, 2011

Kważi logħba perfetta

AC Trampi vs Ħamrun Spartans FC - 17/01/2011 - 3-4

Kontra l-ewwel tim fil-klassifika Ħamrun Spartans FC, AC Trampi lagħbu l-logħba kważi perfetta. Il-prestazzjoni kienet pożittiva ħafna għalkemm ir-riżultat baqgħa ma wasalx. L-organiżżazzjoni tat-tim ta’ AC Trampi waslet biex il-plejers ta’ Ħamrun, bħal Konrad u Stefan Sultana, tkun diffiċli għalihom jaslu viċin tal-lasta ta’ Wayne Dimech. Il-gowls ta’ Ħamrun Spartans waslu mill-klassi tal-plejers tagħhom.

AC Trampi marru fil-vantaġġ fit-tletax-il minuta permezz ta’ gowl ta’ Jonathan Sammut. Ħamrun iġibu d-dro wara azzjoni maħduma bejn il-plejers kollha tagħhom fil-ħmistax-il-minuta. Żewġ minuti wara Ħamrun jerġgħu jirrepetu l-istess azzjoni, bi plejer ta’ Ħamrun isibu ruħu waħdu wara d-difiża ta’ AC Trampi u jiskurja t-tieni gowl. AC Trampi rrispondew b’diversi azzjonijiet fosthom freekick ta’ Steve Falzon li sfortunatament ma tawx il-frott mixtieq. Ħamrun jiskurjaw it-tielet gowl b’mod furtunat fejn il-ballun jaħbat ma’ żewġ plejers ta’ AC Trampi qabel jispiċċa fix-xibka.

It-tieni taqsima bdiet fuq nota tajba għal AC Trampi. Minn throw in mogħti b’mod preċiż fuq it-tieni lasta, Rodney Bugeja jagħmel l-iscore 2 bi 3. Għal diversi minuti l-organiżżazzjoni fid-difiża u saves ta’ Wayne Dimech żammew l-iscore l-istess. L-istorja tat-tieni taqsima kienet pjuttost l-istess għal bqija tal-ħin apparti r-raba’ gowl ta’ Ħamrun u t-tielet gowl ta’ AC Trampi minn Joseph Mifsud fil-21 minuta. Dan il-gowl għamel l-aħħar erba’ minuti emozzjonanti fejn AC Trampi pruvaw iġibu d-dro. Biss l-esperjenza tal-plejers ta’ Ħamrun għamlet id-differenza f’dawn l-aħħar minuti, fejn bdew jieħdu freekicks viċin tal-lasta ta’ AC Trampi, u rnexxielhom iżommu l-ballun aktar f’saqajhom.

Il-prestazzjoni u l-grinta waslu għal AC Trampi. Nawguraw li fil-logħbiet li jmiss jasal ukoll ir-riżultat.

L-ewwel punt tal-istaġun akkwistat kontra New Team Futsal Club

New Team Futsal Club vs AC Trampi – 13/10/2010 – 2-2

Wara d-dro emozzjonanti ta’ erbgħa b’erbgħa ta’ Frar tas-sena l-oħra, New Team u AC Trampi jergġħu jispiċċaw dro, din id-darba bl-iskor ta’ tnejn bi tnejn. Il-logħba tat-Tlieta li għadda żgurissmu ma kelliex l-emozzjoni tal-logħba tas-sena l-oħra speċjalement fit-tieni taqsima fejn l-aħħar għaxar minuti kienu neqsin minn azzjonijiet denji ta’ nota.

Il-punti pożittivi għal AC Trampi intwerew fl-ewwel taqsima fejn il-plejers kollha li daħlu segwew l-istruzzjonijiet tal-coaches. Tattikament il-plejers kienu ħafna aħjar mil-logħba kontra l-Fugazi5 u għal ħin twil urew logħob ta’ Futsal sabiħ. Kienu f’dawn il-ħinijiet fejn AC Trampi kienu aħjar fil-grawd mit-tim avversarju u marru żewġ gowls minn fuq. Fl-aħħar ħames minuti tal-ewwel taqsima u l-ewwel minuti tat-tieni taqsima New Team bdew iżidu l-pressjoni u dan wassal għaż-żewġ gowls tad-dro. F’dawn il-ħinijiet AC Trampi dehru pjuttost mifxulin u plejers individwali bdew jippruvaw issolvu l-logħba. Iżda bil-mod il-mod it-tim beda jerġa jsib il-pożizzjoni fil-grawnd u l-logħob reġa beda ġej. Sfortunament, imma l-gowl tar-rebħa ma wasalx.

Il-protagonisti għal AC Trampi kienu ż-żewġ Steves. Steve Falzon, apparti l-ewwel gowl fit-tlettax-il minuta, kien protagonist ta’ diversi kontra attakki. Wieħed minn dawn il-kontrattakki wassal għat-tieni gowl minn Justin Psaila. Fit-tieni taqsima Falzon reġa kien viċin għall-gowl imma l-ballun imur bi ftit barra. Fis-7 minuta tat-tieni taqsima Falzon reġa prova xortih minn nofs il-grawnd bil-ballun jerġa jmur barra. Fit-tieni minuta tat-tieni taqsima ta’ min ukoll jinnota ċ-ċans li kellu Chris Formosa, biss l-istess bħall-azzjonijiet l-oħra l-ballun jaddi ftit ‘il bogħod mil-lasta.

Steven Xuereb min-naħa l-oħra salva l-lasta ta’ AC Trampi diversi drabi. Fit-23 minuta tal-ewwel taqsima Xuereb irnexxielu jibblokka l-ballun meta plejer ta’ New Team ġie waħdu quddiemu. Fit-tieni taqsima reġa rrepeta ruħu b’żewġ saves tajbin konsekuttivi fl-istess azzjoni.

Apparti ż-żewġ gowls, New Team laqtu l-lasta darbtejn fl-aħħar ħames minuti tal-ewwel taqsima.

Mill-azzjonijiet murija id-dro kien xieraq għaż-żewġ timijiet.