Pages


Wednesday, June 22, 2011

Maħtur kowc ġdid għal AC Trampi

Hekk kif kien mistenni fis-serata tal-bieraħ, 21 ta' Ġunju, il-kumitat ikkonkluda fuq l-għażla tal-coach ta' AC Trampi għall-istaġun 2011/2012 wara l-perjodu memorabbli ma' Renzo Kerr Cumbo.

Bi pjacir inhabbru li l-kumitat wasal fi ftehim ma' Duncan Caruana, li fl-aħħar żewġ staġuni kien assistent coach, sabiex dan issa huwa ufficcjalment Head Coach ta' AC Trampi.

Il-Kumitat konvinti mill-progett li preżenta Duncan. Konvinti wkoll fil-kapacitajiet tieghu li jwassal il-viżjoni tiegħu fi ħdan it-team, il-club u dawk qrib tal-club.

Ma kienitx għazla facli jew li saret ta' malajr. Ma Duncan ilna nitkellmu u din l-għazla saret għax nemmnu li Duncan jista joffri dak li l-club għandu bżonn bħalissa. Ninsabu certi li lkoll kemm aħna se nilqgħu lil Duncan u se nikkoperaw miegħu f'din l-esperjenza.

Minn naħa tal-kumitat, bħalissa wkoll għaddeja ħidma sabiex Duncan ikollu assistent li jgħinu f'xogħolu. Nieħdu l-okkażjoni sabiex nawguraw il-ħidma t-tajba mżewqa b'kull success personali u għall-club inġenerali lil Duncan u l-familja tiegħu.


No comments: