Pages


Monday, February 14, 2011

Kważi logħba perfetta

AC Trampi vs Ħamrun Spartans FC - 17/01/2011 - 3-4

Kontra l-ewwel tim fil-klassifika Ħamrun Spartans FC, AC Trampi lagħbu l-logħba kważi perfetta. Il-prestazzjoni kienet pożittiva ħafna għalkemm ir-riżultat baqgħa ma wasalx. L-organiżżazzjoni tat-tim ta’ AC Trampi waslet biex il-plejers ta’ Ħamrun, bħal Konrad u Stefan Sultana, tkun diffiċli għalihom jaslu viċin tal-lasta ta’ Wayne Dimech. Il-gowls ta’ Ħamrun Spartans waslu mill-klassi tal-plejers tagħhom.

AC Trampi marru fil-vantaġġ fit-tletax-il minuta permezz ta’ gowl ta’ Jonathan Sammut. Ħamrun iġibu d-dro wara azzjoni maħduma bejn il-plejers kollha tagħhom fil-ħmistax-il-minuta. Żewġ minuti wara Ħamrun jerġgħu jirrepetu l-istess azzjoni, bi plejer ta’ Ħamrun isibu ruħu waħdu wara d-difiża ta’ AC Trampi u jiskurja t-tieni gowl. AC Trampi rrispondew b’diversi azzjonijiet fosthom freekick ta’ Steve Falzon li sfortunatament ma tawx il-frott mixtieq. Ħamrun jiskurjaw it-tielet gowl b’mod furtunat fejn il-ballun jaħbat ma’ żewġ plejers ta’ AC Trampi qabel jispiċċa fix-xibka.

It-tieni taqsima bdiet fuq nota tajba għal AC Trampi. Minn throw in mogħti b’mod preċiż fuq it-tieni lasta, Rodney Bugeja jagħmel l-iscore 2 bi 3. Għal diversi minuti l-organiżżazzjoni fid-difiża u saves ta’ Wayne Dimech żammew l-iscore l-istess. L-istorja tat-tieni taqsima kienet pjuttost l-istess għal bqija tal-ħin apparti r-raba’ gowl ta’ Ħamrun u t-tielet gowl ta’ AC Trampi minn Joseph Mifsud fil-21 minuta. Dan il-gowl għamel l-aħħar erba’ minuti emozzjonanti fejn AC Trampi pruvaw iġibu d-dro. Biss l-esperjenza tal-plejers ta’ Ħamrun għamlet id-differenza f’dawn l-aħħar minuti, fejn bdew jieħdu freekicks viċin tal-lasta ta’ AC Trampi, u rnexxielhom iżommu l-ballun aktar f’saqajhom.

Il-prestazzjoni u l-grinta waslu għal AC Trampi. Nawguraw li fil-logħbiet li jmiss jasal ukoll ir-riżultat.

No comments: