Pages


Monday, March 19, 2012

Riżultat u Prestazzjoni Pożittiva

Sa mill-ewwel minuti tal-logħba l-plejers ta’ AC Trampi urew mentalita agressiva li kienet xi ftit nieqsa fl-aħħar logħbiet.  Fit-tielet minuta wara azzjoni personali ta’ Formosa, Psaila jara x-xutt tiegħu salvat mill-gowler avversarju.  Formosa kien ħafna attiv fil-fażi offensiva ta’ AC Trampi. Filwaqt li ra l-freekick tiegħu salvat fil-11-il minuta, l-azzjoni bejn Formosa u Psaila reġgħet irrepetiet ruħa din id-darba b’mod aktar pożittiv meta wasslet biex Psaila jiskurja l-ewwel gowl tal-logħba. Fid-19-il minuta kien imiss lil Formosa li jiskurja fejn xutt tiegħu jispiċċa fil-lasta avversarja. Fl-aħħar ħames minuti tal-ewwel taqsima Sporting Gauchos bdew jieħdu ftit kuraġġ u f’temp ta’ tliet minuti laqtu lasta u skurjaw l-ewwel gowl għalihom għal skor ta’ 2-1.


Fit-tieni taqsima AC Trampi komplew juru l-aggressivita tagħhom u diversi azzjonijiet veloċi bdew iħallu l-frott. Fl-ewwel minuta Sammut irnexxielu jisraq il-ballun lill-plejers avversarji u wara azzjoni personali tefa’ l-ballun fuq it-tieni lasta fejn sab lil Rapinett lest biex jiskurja t-tielet gowl għal AC Trampi. Fit-12-il minuta Mizzi ra tajjeb ħafna lil Gauci waħdu fuq il-linja tal-lemin li kien pront jitfa fin-nofs biex iwassal għal gowl ta’ Dimech. Għalkemm AC Trampi baqgħu jattakkaw, Sporting Gauchos kienu perikolużi b’żewġ azzjonijiet fil-5 u t-13-il minuta. Imma dawn ġew salvati tajjeb ħafna minn Farrugia, li kien il-gowler tal-logħba għal AC Trampi. Ir-riżultat għal AC Trampi kompla jikber għal 6-1 b’żewġ gowls oħra ta’ Formosa. L-aħħar ħames minuti tat-tieni taqsima kienu simili għal kif spiċċat l-ewwel taqsima, din id-darba Sporting Gauchos jirnexxiehom jiskujraw żewġ gowls biex ir-riżultat finali jintemm 6-3 għal AC Trampi.

Ta’ min jinnota fl-aħħar ir-ritorn tant mistenni, f’nofs it-tieni taqsima, ta’ Wayne Dimech bejn il-lasti ta’ AC Trampi li kienu ilu assenti mil-logħob għal dawn l-aħħar ġimgħat wara injury fil-polz.

Bl-istaġun jersaq lejn it-tmiem tiegħu nħeġġukom tattendu għall-aħħar partita kontra Real Browns Pharma FC fid-29 ta’ Marzu 2012 ġewwa l-Imsida fis-19:30.