Wara t-telfa minima kontra St. Helen Band Club, kien imiss konfront
ferm important kontra Żebbuġin li fih AC Trampi riedu tliet punti biex
jersqu vicin it-tieni post tal-klassifika.
Fi grawnd
imxarrab wara ġurnata xita ma taqta’ xejn, il-logħba bdiet bħal dik ta’
qabilha b’ Żebbuġin fuq l-offensiva u AC Trampi jilqgħu b’attenzjoni.
Fil-5 minuta xutt tajjeb għal Żebbuġin mill-linja xellugija jiġi milqugħ
mil-gowler Xuereb. Falzon iwieġeb b’xutt li wkoll jiġi milqugħ
mill-gowler avversarju. Fl-10 minuta jasal l-ewwel gowl għal Żebbugin
b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa iżda minuta biss wara Trampi jiksbu
d-dro b’xutt ta’ Falzon wara kick-in. Sforz forsi nuqqas ta’
konċentrazzjoni ftit sekondi biss wara jasal it-tieni gowl għal-Żebbuġin
b’xutt ieħor minn mal-linja. Ir-rejazzjoni ta’ Trampi terġa’ tasal minn
Falzon, li jolqot il-lasta, kif ukoll minn Bugeja u Sammut li raw
x-xuttijiet tagħhom jiġu blukkati. Żebbuġin resqu viċin ħafna t-tielet
gowl pero Xuereb jerġa’ jwettaq save tajjeb. Wara kwarta logħob, frikik
mogħti minn Sammut jaħbat mal-barriera. Fl-20 minuta Żebbuġin jagħmluhom
3-1 b’xutt ċentrali minn barra l-kaxxa. Trampi ppruvaw iwettqu
rejazzjoni b’diversi xuttijiet mill-bogħod li ġew newtralizzati
mid-difiża jew mill-gowler ta’ Żebbuġin. Fl-aħħar battuti tal-ewwel
taqsima AC Trampi jkollhom opportunita tajba li jnaqqsu l-marġni
tal-iskor hekk kif r-referi ordna penalti wara fawl fuq Wayne Mizzi.
Iżda l-penalti mogħti minn Sammut jkun xi ftit ċentrali u jintlaqa’
mill-goalkeeper avversarju li jsalva anke r-rebound. L-aħħar azzjoni
tal-logħba tkun frikik ieħor għat-tim ta’ Żebbuġin li jintlaqa’ tajjeb
minn Xuereb.
It-tieni
taqsima rat lil AC Trampi joħorġu iżjed determinati tant li wara biss
minuta logħob Falzon jagħmel l-iskor 3-2 wara li jfajjar xutt sabiħ
bil-ponta, iżda minn freekick ftit ħin biss wara, Żebbuġin jiskurjaw
ir-raba gowl tagħhom. Wara diversi azzjonijiet qosra u xuttijiet
miż-żewġ naħat jasal it-tielet gowl għal-Trampi minn Psaila, b’xutt
fis-saqaf tax-xibka li reġa’ fetaħ l-loghba. Iżda ma kellux idum wisq
għaliex minn kontrattakk veloċi Żebbuġin għamluhom 5-3 wara 10 minuti
logħob. AC Trampi ħarġu iżjed fuq l-offensiva u bdew jirriskjaw aktar.
Dan wassal biex iż-żewġ timijiet jinfetħu aktar u l-attakki fuq ż-żewġ
naħat bdew ikunu iżjed perikolużi b’diversi ċansijiet foshom l-azzjoni
ta’ Spiteri li jfalli minn viċin u l-frikik sussegwenti ta’ Żebbuġin li
jmur barra wara li jaħbat mal-barriera. Iżda minn korner jasal il-gowl
letali tas-6-3 li difen it-tamiet li Trampi forsi jsalvaw xi ħaġa minn
din il-logħba. AC Trampi irrispondew b’xuttijiet ta’ Fiteni u Magri iżda
fl-aħħar battuti tal-logħba Żebbuġin jerġgħu jiskurjaw bir-riżultat
finali jaqra 7-3 għal Żebbuġin.
L-appuntament li jmiss issa jkun fit-28’ ta’ Frar kontra Gzira United ġewwa l-Għargħur.
Thursday, February 23, 2012
Wirja Qalbiena
Il-logħba
kontra St. Helen Band Club kienet il-logħba li setgħet tkabbar
il-possibilitajiet li AC Trampi jiġġieldu għall-promotion
playoffs. F’ħafna mill-ħin fiż-żewġ taqsimiet il-plejers ta’
AC Trampi kienu fil-post it-tajjeb fil-ħin it-tajjeb għal ħafna
partijiet tal-logħba
Għal
AC Trampi kienet logħba ta’ stennija u paċenzja fid-difiża u
ħarbiet bil-kotrattakk.
Dan deher ċar sa mill-ewwel minuti
tal-logħba. Fl-ewwel għaxar minuti il-goaler Xuereb għamel diversi
saves importanti li flimkien
ma’ żewġ lasti milquta minn
St. Helen żammew l-iskor xejn b’xejn. AC
Trampi rrispondew permezz ta’ Falzon fejn wara
kontrattakk fil-5 minuta kkonkluda barra u
3 minuti wara, pass ta’ Bugeja fin-nofs lejn
Falzon u konklużjoni ta’ dan tal-aħħar
ġiet salvata
mill-gowler ta’ St. Helen. Attakki
preċiżi ta’ St.
Helen wasslu għal
żewġ gowls fis-16 u l-20 minuta. AC Trampi għamlu reazzjoni
permezz ta’ Psaila u Spiteri imma t-tentattivi tagħhom ġew
salvati. Eżatt minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima AC Trampi ġew
premjati wara li permezz ta’ freekick ta’
Falzon naqqsu l-iskor għal 2-1.
Fit-tieni
taqsima St. Helen skurjaw kmieni
t-tielet gowl tagħhom imma d-dixxiplina
tattika ta’ AC Trampi għenet biex
il-plejers jibqħu ffukkati. Infatti,
minuta wara Formosa skurja t-tieni gowl għal AC Trampi u żewġ
minuti wara kellhom anke ċ-ċans li jġibu d-dro permezz ta’ Magri
li ra x-xutt tiegħu jiġi
salvat. Sfortunament St. Helen irnexxielhom jiskurjaw ir-raba’ u
l-ħames gowls b’movimenti rapidi
li gerfxu xi ftit id-difiża ta’ Trampi. Psaila
nrexxielu jżomm lil AC Trampi fil-logħba meta skurja t-tielet gowl.
L-aħħar għaxar minuti tal-logħba kienu
assedju fuq l-lasti ta’ St. Helen fejn AC Trampi
ħolqu diversi okkażżjonijiet ta’ gowl. St. Helen għażlu li
jiddefendu l-logħba u dan ta aktar ċans lil AC Trampi biex iżidu
l-pressjoni. Biss ir-raba’ gowl wasal ftit tard permezz ta’
Falzon fit-23 minuta. Il-plejers ta’ AC
Trampi pruvaw diversi drabi jġibu
d-dro imma ma’ kienx fadal
biżżejjed ħin.
Rebħa tajba għal AC Trampi
Ir-rebħa
kontra Real Browns Pharma FC waslet bi skor kbir għal AC Trampi.
Mill-ewwel ftit minuti AC Trampi urew li setgħu jikkontrollaw
il-logħba u propju wara ftit sekondi ix-xutt ta’ Dimech imur bi
ftit barra. Iżda dan kien biss preludju għaliex ftit wara jasal
l-ewwel gowl tal-logħba mill-captain Psaila fit-tielet minuta wara
xutt ta’ Formosa. Psaila irripeta ruħu żewġ minuti wara, meta
ġie waħdu quddiem il-gowler avversarju u skurja t-tieni gowl.
Falzon prova jiskurja t-tielet gowl imma x-xutt tiegħu ġie salvat.
Real Browns naqsu d-distakk fl-10 minuta meta skurjaw l-ewwel gowl
tagħhom minn freekick. Formosa reġa ta vantaġġ ta’ żewġ gowls
lil AC Trampi meta x-xutt tiegħu għamel l-iskor 3-1. Qabel spiċċat
l-ewwel taqsima Sammut jagħmel l-iscore 5-1 meta skurja żewġ gowls
f’temp ta’ minuta u kkonkuda l-ewwel taqsima li kienet pjuttost
dominata minn AC Trampi għal ħin twil.
It-tieni
taqsima bdiet bħall-ewwel waħda b’AC Trampi fuq l-offensiva din
id-darba b’Farrugia bejn il-lasti. Mal-ewwel minuta Bugeja kompla
jkabbar l-iskor wara azzjoni mal-linja xellugija. Real Browns pattew
fit-tielet minuta b’gowl ieħor minn freekick. Biss fid-disa minuta
kien imiss lil Spiteri biex iniżżel ismu fil-lista tal-iscorers.
Formosa skurja t-tmien gowl fl-14-il minuta u żewġ minuti wara fuq
freekick ta’ Dimech ikun Spiteri li jiddevja fix-xibka għad-disa’
gowl. Fl-aħħar għaxar minuti AC Trampi bdew jieħdu l-logħob
aktar bil-kalma u forsi dan wassal għal xi ftit nuqqasijiet li
wasslu għat-tielet u r-raba’ gowls ta’ Real Browns li għalqu
l-partita.
Dan
l-iskor jagħti kuraġġ kbir lit-tim għaż-żewġ logħbiet ferm
importanti li jmiss kontra St Helen Band Club u Żebbuġin. L-ikbar
diffikulta fil-logħbiet ta’ qabel kienu l-gowls u dan hu sinjal
pożittiv ‘il quddiem
Sunday, January 22, 2012
Pass ieħor pożittiv għal AC Trampi
Wara l-wirjiet inkoraġġanti ta’ l-aħħar żewġ logħbiet, AC Trampi riedu jikkonsolidaw din il-mixja pożittiva. Għall-logħba kontra Sporting Gauchos iddebutta l-akkwist il-ġdid, il-goaler Jason Demicoli. Dan l-akkwist kellu jseħħ wara li Wayne Dimech weġġa l-polz waqt it-taħriġ tal-ġimgħa l-oħra filwaqt li Steven Xuereb kien ukoll indisponibbli għal-logħba. Għaldaqstant it-tim ħass li kellu jirreġistra gaoler ieħor.
Iż-żewġ timijiet affrontaw il-logħba differenti. AC Trampi mill-ewwel ħarġu aggressivi u fl-ewwel minuti diġa kellhom mill-inqas tliet azzjonijiet perikolużi li setgħu waslu għall-goal, b’xuttijiet ta’ Formosa u Falzon li għaddew bi ftit barra. Minn naħa l-oħra Sporting Gauchos qagħdu jistennew fit-taqsima tagħhom u meta bdew isibu ċ-ċans bdew joħorġu bil-kontrattakk. Fis-6 minuta Formosa u Psaila krejaw waħda mill-isbaħ azzjonijiet tal-logħba fejn minn fuq il-linja tal-xellug Formosa krossja fuq in-naħa l-oħra fejn Psaila daħal bir-ras u kien biss sfurtanat li l-ballun ma spiċċax fil-lasta. AC Trampi krejaw diversi azzjonijiet oħra imma ma kienux biżżejjed deċisivi. It-tattika ta’ Sporting Gauchos bil-mod il-mod bdiet tħalli l-frott. Fit-13-il minuta kellu jkun intervent propizju ta’ Formosa li rnexxielu jantiċipa lill-plejer avversarju wara li dan kien qabeż lill-gowler Demicoli, li jċaħħad ‘l-Gauchos mill-gowl. Biss fl-20 minuta, kontra x-xejra tal-logħob, l-ex-plejer ta’ AC Trampi, Joseph Mifsud jpoġġi ‘l Gauchos fil-vantaġġ wara azzjoni personali.
It-tieni taqsima kienet ħafna simili għall-ewwel waħda. AC Trampi komplew iżidu l-pressjoni biex iġibu l-gowl tad-dro u għal diversi minuti l-logħba spiċċat f’konfront bejn il-plejers ta’ AC Trampi u l-gowler ta’ Sporting Gauchos. Il-pressjoni bdiet tiżdied fuq AC Trampi u din bdiet tnaqqas xi ftit il-luċidita tal-plejers. Fit-12-il minuta xutt ta’ Falzon jispiċċa mal-lasta. Il-gowl tad-dro iżda jasal fis-17-il minuta permezz ta’ Sammut wara pass tajjeb ta’ Falzon. Dan il-gowl mmotiva ferm lit-tim u żewġ minuti wara Bugeja rnexxielu jqabbeż il-ballun minn fuq il-gowler jitfa’ ‘l AC Trampi fil-vantaġġ. Save tajjeb ta’ Demicoli fl-aħħar battuti tal-partita kkonferma t-tielet rebħa għal Trampi fl-aħħar tliet logħbiet.
Subscribe to:
Posts (Atom)


