Pages


Saturday, December 31, 2011

Rebħa storika għal AC Trampi (Knock-out Trophy)

Ir-riżultat kontra Sirens FC kien wieħed storiku fl-istorja ta’ AC Trampi. Ir-rebħa ta’ 3-1 tat iċ-ċans lil AC Trampi li jaċċeddu għat-tieni round tal-kompetizzjoni Knock-out. Din is-sena AC Trampi qegħdin jieħdu sehem fil-kompetizzjoni li hi dedikata biss għat-timijiet tar-Raba’ Diviżjoni.


Il-logħba mal-ewwel bdiet b’element pożittiv. Fl-ewwel minuta Formosa jikseb l-ewwel gowl tieghu f’dan l-istaġun b’xutt fil-kantuniera li għamilha diffiċli għall-gowler ta’ Sirens FC biex jilqa. Żewġ minuti wara Formosa reġa prova imma din id-darba r-riżultat ma kienx dak wieħed mixtieq. Il-bidu tajjeb ta’ AC Trampi ta l-kuraġġ lill-plejers li bdew jirnexxilhom idawru l-ballun b’facilita. Sirens FC bdew iħallu diversi spazji vojta u Rapinett irnexxielu fit-8 minuta jiskurja t-tieni gowl. Ftit wara t-tentativ tal-captain Psaila mar ftit barra. Fil-15-il minuta freekick ta’ Sirens FC għadda ftit barra. Bil-mod il-mod Sirens FC bdew iżidu il-pressjoni u waslu ghal-gowl fil-21 minuta. Biss fl-24 minuta kien Formosa li jiskurja it-tielet gowl għal AC Trampi minn rebound fuq freekick moghti minnu stess.

It-tieni taqsima reġgħet bdiet fejn spiċċat l-ewwel taqsima. AC Trampi rnexxielhom inaqqsu l-pressjoni li Sirens FC irnexxielhom jikrejaw fit-tieni parti tal-ewwel taqsima. Żewġ tentativi separati ta’ Rapinett u Wayne Mizzi marru ftit barra. Fit-8 minuta Sirens FC laqtu l-lasta u ftit minuti wara Dimech isalva xutt tajjeb ta’ Sirens FC. Fid-19-il minuta ix-xutt ta’ Sammut jiġi milqugħ mill-gowler ta’ Sirens FC. Ir-rebound ta’ Gauci jiġi salvat ukoll. Il-biża tar-rebħa bdiet tħalli ftit tensjoni fil-plejers ta’ AC Trampi hekk kif Sirens FC reġgħu laqtu l-lasta. Fortunatament l-iskor ma nbidilx.

Apparti l-avvanz għall-istadju li jmiss, din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għal AC Trampi u l-livell ta’ logħob jidher li qiegħed jitjieb. Dan jawgura tajjeb għas-sena 2012.

Saturday, December 10, 2011

L-ewwel tliet punti tal-istaġun

Fi grawnd ferm ikbar mis-soltu għal dak li jirrigwarda grawnds barra, AC Trampi affrontaw lil Gżira Utd FC. Għal AC Trampi din il-logħba kienet importanti ħafna għax it-tliet importanti kienu vitali għall-kumplanet tal-istaġun. Għalkemm il-prestazzjoni ma kinitx mill-aqwa, waslu t-tliet punti.

L-ewwel taqsima kienet maqsuma bejn iż-żewġ timijiet. Gżira Utd FC kienu aktar veloċi fejn il-plejers zgħar tagħhom użaw l-aġilita tagħhom u din fixklet għal diversi ħinijiet il-plejers ta’ AC Trampi. Min-naħa l-oħra AC Trampi kienu aktar tattiċi u kienu kapaċi idawru l-ballun u jsibu punti deboli tat-tim tal-Gżira speċjalment fuq il-linja tax-xellug. Fl-ewwel minuti AC Trampi pruvaw jaslu għal gowl permezz ta’ Formosa u Psaila imma l-gowler avversarju irnexxielu jsalva. Bejn il-11 u t-13-il minuta ġew skurjati 3 gowls.

Il-Gżira irnexxielhom jaħsdu lil AC Trampi b’żewġ f’żewġ minuti. Fortunament Falzon irnexxielu jnaqqas id-distakk mill-ewwel. Tliet minuti wara Conrad Dimech ixxutja mil-bogħod, il-gowler isalva imma Sammut irnexxieu jiskurja l-gowl tad-dro mir-rebound fuq il-gowler. Fl-aħħar minuta tal-ewwel taqsima setgħu jerġgħu imorru fil-vantaġġ imma l-plejer tagħhom għalkemm kien waħdu tefa barra. Il-gowler Xuereb ftit kien involut għalkemm kellu żewġ saves importanti.

It-tieni taqsima ma tantx kien fiha x’tirrakkonta. It-taqsima bdiet tajjeb għal AC Trampi. Dimech niżel waħdu bil-ballun u meta l-gowler avversarju prova jeħodu l-ballun, il-ballun ħabat ma’ Dimech u daħal fil-lasta. Il-bqija tat-taqsima kienet l-istess fejn AC Trampi kellhom diversi opportunitajiet biex jiskurjaw iżda ma rnexxilhomx jiskurjaw ir-raba’ gowl. Fl-aħħar minuti Gżira bdew jieħdu l-kuraġġ u kienu viċini għal-gowl tad-dro. Fundamentali kien Wayne Dimech, li daħal minflok Xuereb fil-bidu tat-tieni taqsima, li rnexxielu jsalva r-riżultat fl-aħħar minuta.

Din kienet l-aħħar logħba tal-league għal din is-sena. Nisperaw fis-sena 2012 AC Trampi jkomplu fejn spiċċaw f’din is-sena.