Pages


Saturday, December 10, 2011

L-ewwel tliet punti tal-istaġun

Fi grawnd ferm ikbar mis-soltu għal dak li jirrigwarda grawnds barra, AC Trampi affrontaw lil Gżira Utd FC. Għal AC Trampi din il-logħba kienet importanti ħafna għax it-tliet importanti kienu vitali għall-kumplanet tal-istaġun. Għalkemm il-prestazzjoni ma kinitx mill-aqwa, waslu t-tliet punti.

L-ewwel taqsima kienet maqsuma bejn iż-żewġ timijiet. Gżira Utd FC kienu aktar veloċi fejn il-plejers zgħar tagħhom użaw l-aġilita tagħhom u din fixklet għal diversi ħinijiet il-plejers ta’ AC Trampi. Min-naħa l-oħra AC Trampi kienu aktar tattiċi u kienu kapaċi idawru l-ballun u jsibu punti deboli tat-tim tal-Gżira speċjalment fuq il-linja tax-xellug. Fl-ewwel minuti AC Trampi pruvaw jaslu għal gowl permezz ta’ Formosa u Psaila imma l-gowler avversarju irnexxielu jsalva. Bejn il-11 u t-13-il minuta ġew skurjati 3 gowls.

Il-Gżira irnexxielhom jaħsdu lil AC Trampi b’żewġ f’żewġ minuti. Fortunament Falzon irnexxielu jnaqqas id-distakk mill-ewwel. Tliet minuti wara Conrad Dimech ixxutja mil-bogħod, il-gowler isalva imma Sammut irnexxieu jiskurja l-gowl tad-dro mir-rebound fuq il-gowler. Fl-aħħar minuta tal-ewwel taqsima setgħu jerġgħu imorru fil-vantaġġ imma l-plejer tagħhom għalkemm kien waħdu tefa barra. Il-gowler Xuereb ftit kien involut għalkemm kellu żewġ saves importanti.

It-tieni taqsima ma tantx kien fiha x’tirrakkonta. It-taqsima bdiet tajjeb għal AC Trampi. Dimech niżel waħdu bil-ballun u meta l-gowler avversarju prova jeħodu l-ballun, il-ballun ħabat ma’ Dimech u daħal fil-lasta. Il-bqija tat-taqsima kienet l-istess fejn AC Trampi kellhom diversi opportunitajiet biex jiskurjaw iżda ma rnexxilhomx jiskurjaw ir-raba’ gowl. Fl-aħħar minuti Gżira bdew jieħdu l-kuraġġ u kienu viċini għal-gowl tad-dro. Fundamentali kien Wayne Dimech, li daħal minflok Xuereb fil-bidu tat-tieni taqsima, li rnexxielu jsalva r-riżultat fl-aħħar minuta.

Din kienet l-aħħar logħba tal-league għal din is-sena. Nisperaw fis-sena 2012 AC Trampi jkomplu fejn spiċċaw f’din is-sena.

No comments: