Pages


Tuesday, May 05, 2009

AC Trampi; familja ohra

Bdejna niftehmu x'se naghmlu il-Gimgha 24 ta April. Ahna t-tfajliet iddecidejna li ha nohorgu xi 10pm u nerhulha lejn Paceville biex niccelebraw il birthday ta Marieclaire u pjanajna kollox. Ftit granet wara, l-ewwel loghba ta knockout ta Trampi thabbret u li kienet se ssir Gimgha fi 9.15pm... allura, ovjament il-pjan kellu jinbidel.


U dan li sar ifisser ghalina Trampi. Nista nghid li dawn l-ahhar xhur, Trampi saret familja ohra f'hajti. Forsi tahsbu li din hija ftit esagerata. Imma ghalija personalment, l-atmosfera ta support li jkun hemm waqt loghba hija xi haga sabiha mmens. U wara li spiccat il-league, fl-ahhar ergajna hassejna l-istess atmosfera ghal din l-ewwel loghba ta knockout. Is-supporters ma ddizapuntawx avolja kien il-Gimgha filghaxija, u anke birthday boy Steve Falzon kien hemm. Huwa ecitament sabih li nhossu meta tibda l-loghba, u l-ewwel tisfira tghidilna ibdew ghajtu kemm tifilhu…go Trampi! (ghallinqas vuci tieghi tiswa ghal xi haga hux Conrad? Chris?).

Waqt il-loghob hadniha drawwa li nistennew xi kelmtejn inglizati minghand il-kowc taghna. Jien Diane u Marieclaire inkunu attenti biex nisimaw xi 'what the hell' jew 'leave the whistle', izda did-darba bqajna ddizapuntati. L-ewwel gowl li taghna Chris tatna l-opportunita li jibda ghajjat sfrenat u li jgieghel min hemm jara dil-loghba jharsu lejnha b'mod stramb. Ma ninsiha qatt meta konna waqt l-ahharloghba ta league il-Hamrun ukien hemm xi 20 supporter ghal Trampi u l-ghajjat kien tal-genn. Filfatt kien gie wiehed tat-tim oppost jghidli li qatt ma ra supporters hekk ghal ebda tim li laghab kontrihom, jew ghalihom stess. Hemmhekk hassejtni proud ikolli nghid J. Waqt din l-ahhar loghba kienet wahda mill-isbah mumenti ta Trampi ghalija. Wara kull gowl li skurjajtu tisma ghoxrin ruh jghajtu u jaqbzu kemm jifilhu qishom ghafhom kif raw gowl tal World Cup. Meta smajn dik l-ahhar tisfira il-ferh u l-atmosfera kienet tal-genn. Kulhadd beda jghannaq lil kulhadd, u kien hemm min qabzitlu xi demgha..le mhux jien imma.


Biex inkompli fuq l-ahhar loghba tan nock out..wara l-ewwel goal ta Chris l-atmosfera kienet iktar kalma wara, u bdejna nghidu kemm qed jilghabu tajbin.Ovjament id-diskors bejnietna ma jieqaf qatt, u xi tfajliet li probabli ma kienu jifhmu xejn fil-football qabel ma raw lil Trampi tismaghhom jiddiskutu l-loghba J Il-loghba kienet wahda minn dawk li taqta nifsek tara ghalija..1-0, 1-1, 2-1, 2-2 etc..u sa fl-ahhar waslu penalties, u kulhadd beda jitlob.

Sfortunatament spiccajna tlifna, u ghamilna dawk il-ftit minuti nghidu li ma haqniex nitilfu u li laghbtu tal-genn. Hadt pjacir personalment li gejtu hdejna wara u ghidtulna thank you..mhux ghal thank you imam ovjament tiehu pjacir li wara li narawkhom tilaghbu tigu hdejna nghidu kelma u niehdu iktar pjacir li wara niehud birra flimkien J Hawnhekk nixtieq nghid grazzi lil Brian Gauci tal-platt li tani wara loghba..grazzi minn qalbi :p

L-ahhar haga li xtaqt nghid hija din. Supporters ta tim oppost jew xi tim iehor, qatt ma rajna, dejjem wahedna nkunu hemm wara, hlief dawk it-tnejn tlieta li nzertajna. Ahna naghzlu ntukom support, mhux ghax ahna ma jkollniex x'naghmlu, ghax hlief nhewdnu fuq tezijiet, ezamijiet ,assignments u lesson plans ma naghmlux hemm wara. U le ma niehdux pjacir li waqt li qed naraw loghba jifthu s-smewwiet u jibda jinzel xita u silg u nispiccaw frizati wahda sew. Imma iva, ahna naghzlu li nigu naghtu s-support taghna ghaliex sincerament niehdu pjacir bl-atmosfera li krejajtu, kemm ghalikom u kemm ghalina. Hemm ghaqda bejnietna kollha li tinhass u li nikunsidra bhala wahda specjali.

P.S Kif tindunaw Malti tieghi mhux mill-ahjar imam nisperali fhimtuni.

Sarah