Pages


Friday, November 25, 2011

Pass lejn id-direzzjoni t-tajba

Il-logħba kontra ż-Żebbuġin riedet isservi ta’ test biex AC Trampi juru l-veru valur tagħhom. Għal-maġġor parti tal-logħba dan urewh. Għad jonqos aktar ħażen u preċiżjoni taħt il-lasta avversarja biex jaslu il-gowls li jistgħu isarfu f’punti fil-klassifika.

Fl-ewwel taqsima AC Trampi sofrew mill-pressjoni li Żebbuġin bdew jagħmlu biex jaslu għall-gowl. Kienu abbli biex iwasslu l-ballun viċin tal-lasta ta’ AC Trampi bi ftit passes. Din il-pressjoni waslet għall-karta safra kontra Magri fid-9 minuta u l-ewwel gowl għalihom minuta wara. Bil-mod il-mod AC Trampi bdew jakkwistaw il-kunfidenza u bdew jimbuttaw lura liż-Żebbuġin fiż-żona tagħhom. Ir-riżultat ta’ dan kien serje ta’ corners bejn is-17 u l-20 minuta fejn Magri u Formosa pruvaw jippenetraw id-difiża u l-gowler taż-Żebbuġin b’diversi xuts minn barra. Sfortunatament il-gowl ma wasalx u minflok wasal it-tieni gowl taż-Żebbuġin fil-21 minuta. Fit-23 minuta ż-Żebbuġin jingħataw penalty ftit diskutibli. Biss il-goaler ta’ AC Trampi Xuereb laqa’ u rnexxielu jżomm l-iskor ta’ 2-0 sat-tmiem tal-ewwel taqsima.

Xuereb kompla kien il-protagonist fit-tieni taqsima fejin irnexxielu jsalva diversi azzjonjiet anke meta ġew żewġ plejers avversarji waħedhom kontrih f’aktar minn okkażżjoni waħda. Kif wieħed kien jistenna fit-tieni taqsima kienu AC Trampi li poġġew il-pressjoni fuq it-tim avversajru. Iż-Żebbuġin min-naħa tagħhom rnexxielhom ikunu perikolużi b’azzjonijiet ta’ kontra attakk. Fis-6 minuta Rapinett skurja l-ewwel gowl ma’ AC Trampi biex ipoġġi l-iskor għal 2 b’1. Dan għin biex itella l-moral u nħolqu diversi azzjonijiet perikolużi biex jasal il-gowl tad-dro. Il-fortuna ma għinitx imma għax Falzon u Formosa ix-xutts tagħhom spiċċaw fuq il-lasta.

No comments: