Pages


Thursday, October 14, 2010

L-ewwel punt tal-istaġun akkwistat kontra New Team Futsal Club

New Team Futsal Club vs AC Trampi – 13/10/2010 – 2-2

Wara d-dro emozzjonanti ta' erbgħa b'erbgħa ta' Frar tas-sena l-oħra, New Team u AC Trampi jergġħu jispiċċaw dro, din id-darba bl-iskor ta' tnejn bi tnejn. Il-logħba tat-Tlieta li għadda żgurissmu ma kelliex l-emozzjoni tal-logħba tas-sena l-oħra speċjalement fit-tieni taqsima fejn l-aħħar għaxar minuti kienu neqsin minn azzjonijiet denji ta' nota.

Il-punti pożittivi għal AC Trampi intwerew fl-ewwel taqsima fejn il-plejers kollha li daħlu segwew l-istruzzjonijiet tal-coaches. Tattikament il-plejers kienu ħafna aħjar mil-logħba kontra l-Fugazi5 u għal ħin twil urew logħob ta' Futsal sabiħ. Kienu f'dawn il-ħinijiet fejn AC Trampi kienu aħjar fil-grawd mit-tim avversarju u marru żewġ gowls minn fuq. Fl-aħħar ħames minuti tal-ewwel taqsima u l-ewwel minuti tat-tieni taqsima New Team bdew iżidu l-pressjoni u dan wassal għaż-żewġ gowls tad-dro. F'dawn il-ħinijiet AC Trampi dehru pjuttost mifxulin u plejers individwali bdew jippruvaw issolvu l-logħba. Iżda bil-mod il-mod it-tim beda jerġa jsib il-pożizzjoni fil-grawnd u l-logħob reġa beda ġej. Sfortunament, imma l-gowl tar-rebħa ma wasalx.

Il-protagonisti għal AC Trampi kienu ż-żewġ Steves. Steve Falzon, apparti l-ewwel gowl fit-tlettax-il minuta, kien protagonist ta' diversi kontra attakki. Wieħed minn dawn il-kontrattakki wassal għat-tieni gowl minn Justin Psaila. Fit-tieni taqsima Falzon reġa kien viċin għall-gowl imma l-ballun imur bi ftit barra. Fis-7 minuta tat-tieni taqsima Falzon reġa prova xortih minn nofs il-grawnd bil-ballun jerġa jmur barra. Fit-tieni minuta tat-tieni taqsima ta' min ukoll jinnota ċ-ċans li kellu Chris Formosa, biss l-istess bħall-azzjonijiet l-oħra l-ballun jaddi ftit 'il bogħod mil-lasta.

Steven Xuereb min-naħa l-oħra salva l-lasta ta' AC Trampi diversi drabi. Fit-23 minuta tal-ewwel taqsima Xuereb irnexxielu jibblokka l-ballun meta plejer ta' New Team ġie waħdu quddiemu. Fit-tieni taqsima reġa rrepeta ruħu b'żewġ saves tajbin konsekuttivi fl-istess azzjoni.

Apparti ż-żewġ gowls, New Team laqtu l-lasta darbtejn fl-aħħar ħames minuti tal-ewwel taqsima.

Mill-azzjonijiet murija id-dro kien xieraq għaż-żewġ timijiet.

minn Adrian Zahra

Saturday, October 09, 2010

Mid-Djarju tal-Captain ta Trampi (25)

Trampi ma ibiddlux l-istorja

Bhal-ahhar 5 staguni, Trampi jifthu l-istagun 2010-2011 b'telfa! Din id-darba l-iskor kien dak ta 4-3 ghat-tim tal-Fugazi 5. Loghba li bdiet fuq nota tajba ghalina meta konna fil-kontroll tal-loghob ghal-ewwel ftit minuti fejn ukoll morna fil-vantagg permess ta Justin 'Pato' Psaila. Izda imbghad gara li tlifna kull sens ta loghob ghal xi raguni jew ohra. Dan wassal biex il-Fugazi jeqilbu ir-rizultat ghal dak ta 3-1 favurihom. Minn hemm ma konnix kapaci nergghu inqumu u ghalxejn skurja darbtejn Steve 'il-Fenomeno' Falzon, li kien qed jghamel ir-ritorn tieghu ma Trampi, ghax f'nofshom kien hemm ir-raba' gowl tal-Fugazi. Ta min jghid ukoll li f'din il-loghba kien qed jiddebutta bil-flokk isfar ta Trampi Joseph 'Fiorello' Mifsud.

Din it-telfa kienet siewja hafna ghalina ghax fethitilna ghajnejna fuq l-izbalji li bdejna nghamlu. Fosthom li bdejna inharsu il-boghod u mhux nahsbu loghba b'loghba. Infatti wara il-loghba iltqajna il-players flimkien biex mill-ewwel niehdu il-passi mehtiega halli ma nghamlux bhal-ahhar staguni fejn konna qeghdin totalment nitilfu (jew ahjar nghidu ma nilghabux) l-ewwel rawnd!!

Sadanittant il-preparamenti ghal-loghba li imiss ghadhom ghaddejjin bis-shih. Sezzjonijiet ta tahrig fuq tattika flimkien ma loghob ta hbiberija. L-ahhar loghba ratna niltaqghu mat-tim tat-tieni divizjoni Kerygma. L-isbah mument tal-loghba min-naha taghna kien il-gowl spettakolari ta Chris 'il-Cecchino' Formosa!! Gowl tajjeb ghal fuq l-album ta l-istikers tal-panini, li b'rovexxata tal-genn tefa' il-ballun brimba kwieta kienet qeghdha tghamel l-ghanqbuta taghha!! Prosit siehbi J

B'ferh kbir nilqghu lura fostna lil Sarah 'Capo Ultras' Pace li giet lura Malta wara sitt xhur volontarjat go Spanja. Merhba lura mit-tim kollu ta A.C. Trampi!! Dan ifisser li se jibda ikun hemm aktar storbju go Kordin!!


Nixtieq nifrah ukoll lill-plejers Wayne 'Uomo Ragno' Dimech, Conrad 'Conimex Special' Dimech, Joseph 'Fiorello' Mifsud u Rodney 'Scheggia' Bugeja li ilkoll ghandhom gheluq sninhom f'dawn il-granet. Awguri lilkom ilkoll l-ahwa, ejjew ha niccelebraw flimkien war ail-loghba li imiss.

Minn hawn niehu l-ispunt nistieden lis-sapporters taghna jergghu ikunu maghna ghal-loghba man-New Team nhar it-Tlieta 12 t'Ottubru fit-8:15!

Ippermettuli nghalaq billi nawgura lil Steve 'il-Fenomeno' Falzon u lit-tfajla tieghu Audrey-Ann Vella li nhar is-Sibt 9 t'Ottubru se jinghaqdu fis-sagrament taz-zwieg! J'Alla ikollkom hajja twila flimkien imbierka bit-tfal li jghogbu jibghatilkom il-Mulej!! Ghamlu hafna subien ha nifthu Trampi Nursery :p

Bhal dejjem

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo