Pages


Monday, August 29, 2011

Vjaġġ ta' Emozzjonijiet


Xi ħadd semma li AC Trampi huwa vjaġġ ta' emozzjonijiet... l-emozzjonijiet tal-varji membri li jiffurmaw parti minn din il-familja kbira. F'dan l-artiklu ħsibna li tkun xi ħaġa sabiħa li membru ta' din il-familja jaqsam magħkom l-emozzjonijiet li għadda minnhom fl-aħħar xhur wara l-injury tieghu. Dan huma kliem Conrad; 

"Issa li għaddew 8 xhur u nħares lura ngħid 'qas irrid nemmen kemm ġraw affarijiet'. L-operazzjoni, sieqi fil-ġibs, krozzi, physio etc... Mill-ġurnata li weġġajt kont nibgħat email/messages ma' kull pass li nagħmel bħal... 'guys bdejt nimxi nerġa', 'guys bdejt niġri' u dejjem sibt sapport min sħabi li jtuni kuraġġ nibqa' għaddej.


Ħassejtni mfissed meta rcevejt kartolina personalizzata u iffirmata minn kulħadd wara l-operazzjoni. Illum l-ġurnata nħares lejha kull meta ikolli bżonn naqa motivation biex inkompli. Taf int... meta ddum tagħmel l-istess eżercizzi  tibda titlef ftit pacenzja. Tibda ssaqsi lilek innifsek 'imma ħa nerġa nkun kif kont?', 'ħa nkun ta' ġid lit-team?' Imma imbagħad once li tgħaddi minn stadju bħal eżempju l-physio jgħidlek 'orrajt ibda iġri', ikollok aptit tagħmel iktar u iktar.

Issa li bdejt naqbeż ukoll fuq s-sieq li weġġajt qed inħossni noqrob iktar lejn l-ġurnata fejn l-
physio jgħidli 'orrajt kun imbierek... ibda training'.

Se tkun iebsa żgur għax l-pompa marret lura imma looking forward li ninżel fil-grawnd mal-coach l-ġdid. Training filgħaxija... forsi mmorru sat-turkish wara... taf int... tirkupra dak li tlift... u tgawdi l-atmosfera ta' Trampi... barra l-ground u ġewwa. Għidli int xi trid iktar!
Forsi xi cajta l'hemm u l'hawn fejn wisq probabbli nispicca fin-nofs tagħha. Tidħak daħka imma taħdem fl-istess ħin. Issa s-sena d-dieħla nerġgħu fuq t-turf u suppost għandu jgħin lil saqajja. Iġri ikolli l-go ahead biex nibda mat-team.

Imbagħad hemm l-ħolma ta' dejjem ux... Dik li nerġa nilgħab waqt logħba ufficjali. U min jaf; forsi jkolli x-xorti li niskurja gol u nkun nista' ndur lejn sħabi u lejn s-
sapporters
li dejjem kienu numerużi. Min jaf; forsi jkun bil-lemin, jew jaħbat ma xi 4 minn nies qabel jidħol imma qas tkun problema xejn... once li daħal ikun gol... once li inkun fil-grawnd inkun wasalt."
Conrad

3 comments:

Renzo said...

Nammetti li qabbadtni ftit bard...
NAWGURALEK HABIB...
Nixtieq li nkun prezenti biex nassisti ghal dik il-gurnata, fejn CONRAD jerga jkun fil-ground... u FORSI JISKORJA... imma l-iktar importanti, li JERGA JKUN WASAL.

Jonathan Sammut said...

Con ftakar li kull gurnata li tghaddi tkun pass eqreb lejn il-pitch!!

Anonymous said...

Kif dejjem ghidtlek habib, bil-mod il-mod kollox jghaddi u nergghu narawk maghna fuq il-pitch ... dik hi il-holma tieghi ukoll :)
il-CaPiTaNo