Pages


Thursday, February 19, 2009

Mid-Djarju tal-Captain tat-Trampi - Edizzjoni Specjali (hafna!)

Ilbierah laghbna l-ahhar loghba tal-lig kontra Riviera. Bdiet fis-7:30 gewwa il-Hamrun. Iz-zewg tims kienu ghatxana ghal-punti, fejn b'punt Riviera kienu jaccertaw ruhhom mit-tieni post filwaqt li ghalina rebha biss kienet issalvana. 

L-ewwel hamsa li nizlu fil-grawnd kienu Steven (gowler), Conrad, Chris, Wayne M. u il-Pace. Wara ftit minuti mill-bidu tal-loghba Conrad qabad il-ballun mar fuq il-linja tal-lemin qabez zewgt iplayers u tefa' gewwa ghal skor ta 1-0!! Bqajna ftit mhux hazin fil-loghba izda umbaghad bdew gejjin l-attakki tar-Riviera li riedu jiskurjaw. Mhux talli irnexxilom jiksbu id-draw izda sahansitra dawru l-iskor ghal 2-1 favurihom sa tmiem l-ewwel taqsima.

Hekk kif kienet ha tibda it-tieni taqsima infethu bibien is-sema. L-ewwel ftit minuti kienu bhal tmiem l-ewwel taqsima, bil-players tar-Riviera ifittxu t-3 gowl. Izda ma irnexxilomx grazzi ghal fazi difensiva tajba hafna mill-players taghna. Hekk kif beda jghaddi l-hin bdejna aktar nohorgu infittxu l-gowl tad-draw li wasal minn Wayne M. Ftit wara wasal ukoll it-tielet gowl taghna ta Chris li tefghana fil-vantagg u iftah widnejk ghal-ghajjat u briju minn numru kbir ta supporters li kelna!! Bqajna mohhna hemm u nghalqu wara tajjeb u naharbu bil-kontrattakki, li waslulna ghar-raba' (reggha Chris) u l-hames gowl (dak tal-Pace).

Tistghu timmaginaw x'kien hemm kemm fil-grawnd kif ukoll barra mat-tisfira tar-referee li ghalqet il-loghba bl-iskor ta Trampi 5 Riviera 2 u matematikalment zammitna fit-tielet divizjoni!!!  Kien xena sabiha ferm li zgur dawk prezenti qatt m'huma ha jinsew, bhal tghannieq u anki dmugh minn uhud!! Kien tmiem misthoqq ghal-hidma kollha ta matul l-istagun. Prosit kbira lill-players KOLLHA mhux biss dawk li laghbu ilbierah imma anki lil dawk li kienu hemm jissaportjaw lil shabhom minn fuq il-bank (u barra l-grawnd) li ilkoll nizlu ghal xi hinijiet fil-grawnd matul l-istagun biex b'hekk nistghu nghidu li salvajna bil-hila tal-players kollha!! Ippermettuli nghid li ghamiltuni kburi li jien il-captain taghkom u urejtu li t-tim hu aktar importanti mill-individwi (jien kont cert li konna se nirbhu, saqsu lil Wayne D. x'ghidtlu kif bdiet il-loghba!) 

Ma nistax ma insemmix ic-cajta kiefra li ghamilna lil Justin il-Pato Psaila li kien jinsab imsiefer. Cempilnilu u minghajr ma konna cari tajnih x'jifhem li l-loghba kienet marret hazing. Ftit sekondi wara ergajna cempilnilu u trid tisma l-kor stunat imma hiereg mill-qalb tal-players u kowc: "e siamo noi, e siamo noi!!!" 

GRAZZI kbira terggha tmur bla dubbju lis-supporters kollha li regghu kienu hemm bi hgarhom wara t-tim alavolja kienet il-kesha u x-xita!!! Intom kontu ukoll parti mis-success ta dan l-istagun.

Ta min nirringrazzjaw ukoll lill-kowc Renzo Kerr-Cumbo ta kulma ghamel maghna dan l-istagun. Tahtu tghallimna hafna u nemmen li ghad hemm hafna x'nitghalmu!! Issa b'kuragg kbir ghandna nibqghu nibnu ghat-trophy u ghal stagun iehor.

Grazzi wkoll lis-supporter leali Robert Facciol, ghal dawn ir-ritratti li zgur ser jidhlu fl-istorja taghna!

FORZA TRAMPI
Il-CaPiTaNo

AC Trampi jsalvaw posthom fit-3 divizjoni



Wara prestazzjoni ndimentikabbli gewwa l-Hamrun, AC Trampi ccelebraw kif xieraq dawn it-tlett punti li matematikament iserrhu lil club minn post fit-3 divizjoni tal-kampjonat nazzjonali tal-futsal.

Loghba difficli, kif mistenni, kontra Riviera - tim solidu li wkoll kien bil guh ghal punti. Quddiem attendenza rekord ta' supporters, Trampi mmexxija b'tant dedikazzjoni minn Renzo Kerr Cumbo, irnexxielhom idawru rimonta parzjali ta' 2-1 minn Riviera ghal wahda definittiva ta' 2-5. Ghalkemm inhass in-nuqqas tal-capitano Fiteni u l-qalbieni Pato Psaila (li jinsab "igawdi il-veduta tal-baqar u l-moghoz li toffri l-iSkozja!!") kull plejer offra l-100% (jekk mhux aktar) tal-klassi tieghu ghas servizz tat-tim.

Deher bic-car li l-hidma sfieqa tul dan l-istagun sarrfet f'rizultat pozittiv, miksub f'kampjonat missielet b'mod sportiv ghall-ahhar - fejn kull club, hasad dak li zergha, mill-grawd stess.

Prosit kbira ghalhekk tmur ghal plejers (indisposti u mhux), kumitat u coach, kif ukoll lil ex-plejers, lis-supporters u lil-avversarji taghna li ghamlu dan il-kampjonat wiehed memorabbli, fejn AC Trampi kiber bhala club u bhala familja.

Grazzi
"....ooooooo e siamo noi e siamo noi; il paradiso siamo noi!!"

Tuesday, February 17, 2009

Mid-Djarju tal-Captain tat-Trampi (8)

Fl-ahhar kelna gimgha bla loghob u ghalhekk stajna nippreparaw ahjar ghal-ahhar loghba tal-lig. Fil-fatt ghamilna training u friendly f'daqqa f'jum San Valentinu. Sfortunatament sirna nafu li flimkien mieghi kien hemm Wayne Dimech (il-gowler) u il-Pace li ma setghux jaghmlu training habba injury. 

Bhalissa ghandna lil Justin il-Pato Psaila qieghed igawdi il-veduta tal-baqar u l-moghoz li toffri l-iSkozja!! Nawgurawlu li jiehu pjacir halli imbaghad jerggha jinghaqad maghna ghal-preparament ghal-loghob tat-trophy. 

Il-gimgha l-ohra hallejtkom b'tama li intikom ahbar tajba. L-ahbar it-tajba hi li s-salvezza taghna tiddependi biss minna infusna. Dan ghax in-New Team irnexxilom jghelbu lill-Warriors (jew ghallinqas lil dawk li libsu il-gear taghhom, nahseb ghalihom wasal gimgha qabel il-karnival!!) bl-iskor ta 5-2 u bla diffikulta ta xejn. 

Mela issa fadlilna l-ahhar loghba ahna ghada kontra ir-Riviera fejn il-matematika tghidilna li b'rebha ahna inkunu salvi, filwaqt li bi draw jew telfa tkun tfisser li sena ohra nilghabu fir-raba' divizjoni. Jien cert li kull player ta Trampi ha jinzel fil-ground biex jghati il-200% tieghu u li kapaci naghtu prestazzjoni ohra tajba li j'Alla ittina ir-rizultat mixtieq u dak li haqqna wara stagun bhal dak li ghamilna!! Ghal daqstant nitlob lis-supporters numeruzi taghna jergghu ikunu hemm ghada wara t-tim il-hin kollu!!

Ma nistghax ma nawgurax l-isbah xewqat lil Jonathan il-Gongi Sammut li illum jghalaq 23 sena!! L-awguri jaslu minghand il-bqija tat-tim u s-supporters kollha, specjalment wahda minnhom J 

FORZA TRAMPI
Il-CaPiTaNo

Tuesday, February 10, 2009

Mid-Djarju tal-Captain ta Trampi (7)

Trampi vs New Team 4-4. Kienet prattikament decider biex nevitaw ir-relegation. Hekk bqajna b'punt fuqhom meta fadal l-ahhar loghba tal-lig. Kienet loghba bilancjata hafna. Kelna bidu tajjeb meta minn xutt tal-genn min-nofs il-ground bil-ballun gej minn-naha l-ohra kien Chris li fetah l-iskor. Imbaghad New Team kien irnexxilom idawru l-iskor ghal 2-1 sa tmiem l-ewwel taqsima, biex fil-bidu tat-tieni taqsima skurjawlna iehor u b'hekk l-iskor kien ta 3-1 ghalihom. Hawn hareg il-karattru tat-tim u b'rimonta tal-genn irnexxilna indawru l-iskor ghal 4-3 grazzi ghal-gowls tal-Pace, Gongi u rega Chris. U tista timmagina dak il-hin l-ghajjat u l-entuzjazmu kienu moghla is-sema!!

Pero in-New Team ma qatghux qalbhom u baqghu fil-loghba jissieltu ghad-draw li irnexxilhom jiksbu ftit aktar tard, prosit ghalihom ukoll ghax kienet loghba mill-isbah. Fl-ahhar ftit hin tal-loghba kienet evidenti li iz-zewg tims ipprova jiehdu ir-rebha imma qaghdu hafna attenti ghal-fazi difensiva. Issa kollox ghal-ahhar 40 minuta. L-ewwel jilghabu huma nhar it-Tnejn 16 ta Frar fis-6:30pm go Haz-Zebbug kontra il-Warriors, b'rebha ta dawn tal-ahhar tkun tfisser li s-sena d-diehla nergghu inkunu fit-3rd division. Jekk ma tkunx hekk ikun kollox f'idejna meta umbaghad l-Erbgha nilghabu kontra Riviera fis-7:30pm il-Hamrun.

Sadanittant kelna zewg training sessions ohra, wahda s-sibt wara nofsinhar u l-ohra kmieni dalghodu, fejn f'din tal-ahhar kelna physical session tajba hafna.

Il-pagna li imiss terga tohrog it-Tlieta (u nisperaw b'ahbar tajba!!) sa dak inhar:

FORZA MALTA ghal-loghba kontra l-Albanija, u bhas-soltu:

FORZA TRAMPI 
il-CaPiTaNo

Thursday, February 05, 2009

Hawn min jikteb lill-Ministru, Jien..............

Coach,

Inhoss li tul din is-sena jiena kbirt hafna bhala player; bdilt il-posizzjoni tieghi, bdilt l-istil ta' loghob tieghi, bdilt ukoll hafna mill-karattru tieghi fil-ground. Dan kollu nemmen li sehh ghax int poggejtli challenge, irnexxielek tohrog minni certu kwalitajiet u ta' dan xtaqt nirringrazzjak pubblikament quddiem kulhadd. Qatt ma emmint li stajt nilhaqq targets personali tieghi billi nitefa kompletament ghas-servizz tat-team.
 
Tul din is-sena rajt hafna minn shabi li wkoll bdew din il-mixja li bdejt jien; ilna minn settembru nibnu xi haga, gebla wara gebla, pass wara pass. Nittama li ix-xoghol ta' din is-sena flimkien mieghek ikun biss il-bazi ghal avventura isbah is-sena d-diehla.
 
Jigifieri l-ahwa, ghad fadlilna 40 minuta, l-ahhar 40 minuta fejn nistaw immorru u niehdu dak li hu taghna, dak li haqqna, dak li hdimna ghalih !!!
 
Forza Trampi
 
Chris
 

Kelmtejn tal-Coach

Ftit tax-xhur ilu gejt avvicinat minn AC Trampi biex nikkowcjahom ghal dan is-season.  It-talba kienet wahda nteressanti, pero minhabba twemmin sportiv partikolari, kont lest biss naghmel dan jekk il-club ikun lest li jkollu lili biss bhala persuna li jiehu decizjonijiet fejn jidhol loghob.
 
Dak iz-zmien issa ghadda u t-tim jidher li ha postu iktar car fejn jidhlu regoli ta' ghagir u filosofija u mentalita.  Illum wasalna fi stadju fejn it-tim beda anke juri wirjiet sodisfacenti bi stampa ta' Futsal mixtieqa. 
 
Konna nafu li l-ghan taghna din is-sena hu li niggieldu biex nibqaw fit-3rd division u biex nibnu tim b'loghoba ahjar minn qatt qabel.  Nemmen li l-kontribut tieghi sewa biex din tal-ahhar, il-loghoba ahjar li kollha xtaqna, sibniha, pero dan sar biss ghax il-players riedu li jaslu.
 
F'zewg loghobiet partikolari, dik kontra Demons u dik kontra Qormi, inhoss li t-tim wera dak li jien xtaqt li nasslu ghalih.  Inkun onest qatt ma stennejt li ser naslu ghal dik it-tip ta' wirja f'sena, pero l'fatt li wasalna hija sodisfacenti.
 
Fil-loghoba li ghadna kemm laghabna kontra NewTeam ridna rebha biex nassiguraw ruhna mis-salvazzjoni.  Pero deher bic-car li NewTeam riedu l-istess.  Kienet loghoba missielta hafna li minkejja li hallietna mdendlin sal-ahhar, ninstab kuntent bil-prestazjoni tat-tim u iktar minn hekk bil-kapacita ta' bidla f'waqtha li t-tim adatta tajjeb ghaliha.

Wednesday, February 04, 2009

Resqin Vicin

Ilbierah sirna nafu li t-tim ta Demons iddecidew li jirtiraw mill-kompetizzjoni tal-futsal. Dan skont il-website tat-tim, http://www.demonsfutsalclub.com/. X'ifisser dan? Ifisser li l-loghbiet li jmisshom kontra Point Break Bobs u Mosta FC aktarx isarrfu f'walkovers ghal dawn ta' l-ahhar.

Aktar kmieni din il-gimgha, David Magri batilna e-mail interessanti li ghogob 'l hafna minnha. Gharrafna li skont http://www.maltafootball.com/ (il-website fejn wiehed jista' isib rizultati u fixtures tad-divizjonijiet kollha tal-futsal) Qormi FC rebhu 'l New Team Futsal Club 5-4 u ghalhekk ghamlulna xi ftit ta' pjacir fit-taqtiegha ghas-salvezza. Biss kienet ferha bla temma meta ftit granet wara sirna nafu li kienu New Team li hargu rebbiehin minn dan il-konfront u kien hemm zball fl-iscores!

Illum fit-20:30, gewwa l-Hamrun propju New Team Futsal Club se jkun l-avversarju ta' AC Trampi f'dik li bla dubju se tkun l-aktar loghba importanti ta l-istagun. Rebha taghti l-garanzija matematika lil AC Trampi biex is-sena li gejja nerghu narawhom fit-tielet divizjoni. Draw jew telfa jikkomplikaw hafna aktar l-affarijiet.

It-tim ta' Trampi iddecieda li ma jaghmilx kalkoli (ghax hemm wisq numri u nispiccaw ninsew kif nilghabu!). Nuru fil-grawnd li dak li pingejna f'loghbiet li ghaddew nistghu nerghu inpenguh issa. Ghalkemm bhal donnu domna ftit ma sibna saqajna pero issa t-tim jaf u qieghed jilghab. Xejn hlief il-101% minghand kulhadd ma jista' jwassalna lejn it-target taghna, izda ilkoll konvinti li bit-team spirit li jghaqqadna u l-loghob li tghallimna nilghabu tant tajjeb meta nitfghu mohhna hemm SE NASLU ghal dan.

Nota tal-ahhar. Ejja niehdu pjacir nilghabu futsal...bil-bajd u bil-mohh!

mela 1.
mela 2..
mela 3...
Trampi!

Monday, February 02, 2009

Mid-Djarju tal-Captain tat-Trampi (6)

Sfortunatament ikolli nibda billi nghid Trampi vs Warriors 5-6 :( Wara stagun shih nitilghu fil-prestazzjoni taghna bhala tim loghba wara loghba, waslet loghba fejn ma konniex tajjeb daqs l-ahhar wirjiet. Ikolli nghid li kien hemm players li kellhom loghba tajba bhal Pace, Justin u Conrad izda it-teamwork ma deherx.

Hafna mit-tort niehdu jien b'responsabilta kbira fejn kelli wirja hazina kemm bhala plajer u kemm bhala captain fejn inqast nara il-mumenti ta diffikulta tat-tim u ma ippruvajtx intellgha il-plajers. Nisperaw li ma tergax tigri!! Biss nghid lil kulhadd biex hadd ma jaqtgha qalbu. Din it-telfa ghandha ittina aktar grinta ghal-loghba li imiss fejn b'rebha naccertaw ruhna li ghal stagun iehor se nergghu inkunu fit-3rd Division. Jien nemmen li se naghmlu prestazzjoni kbira; emmnu intom ukoll!

Is-sibt kelna training session fejn bdejna b'lecture twila (li ghajjiet li hafna minnha, saqsu lil Gongi :p) umbaghad ghamilna loghba ta siegha bejnietna li fiha hargu rebbiehin ir-reds, u ghal daqstant infakkar lil whites li iridu ihalsu 2 birra lil shabhom!!

Nifirhu lil Wayne Joseph Dimech (il-gowler) li ghadda mill-ezami tal-muzika grade 7, li tfisser li ezami iehor u nibdew nghajtulu Maestro!! Prosit siehbi!!

Ma nistax ma nergax nirringrazzja lis-Supporters Club taghna li anka it-tlieta kienu hemm fis-silg u l-bard!! Vera iferhuna u ituna kuragg kbir waqt il-loghba, ibqghu sejrin hekk. Cert li ha tkunu hemm nhar l-Erbgha ukoll ghal-loghba kontra in-New Team il-Hamrun fit-8:30 u j'Alla wara niccelebraw ilkoll flimkien!!

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo