Pages


Saturday, November 12, 2011

Lejlet id-debutt (2)

Illum kien imiss lill-assistent coach Daniel Fenech li jwieġeb għall-istess domandi li poġġejna quddiem il-coach. Tassew li ma tantx ilu fil-familja, biss huwa fatt fuq fomm kulħadd li Daniel, bil-karattru spontanju, cajtier imma matur tiegħu, rebaħ il-fiducja ta' kulħadd. Bħas-soltu f'xi gear tal-Milan, Daniel tana dawn it-tweġibiet:

Fejn taħseb li t-tim investa s'issa sabiex jibda jibni triq posittiva għall-istaġun li ġej? X'kambjamenti osservajt?
F'dan żmien tal-pre-season investejna ħafna fil-karattri tal-membri li jiffurmaw l-iskwadra finali ta' AC Trampi. Tagħzel bejn 25 player b'karatteristici u kwalitajiet differenti ma kienx facli, u bħala coaches iddecidejna li nagħzlu l-iktar players, li skond l-opinjoni tagħna, mhux biss tajbin bil-ballun imma jagħmlu l-ġid lill-ispirtu tat-team.
Nemmnu li l-ambjent hu importanti biex it-team jieħu identità tiegħu u fl-aħħar mil-aħħar biex jagħtina logħbiet u rebħiet sbieħ.  Jien is-sena l-oħra ma kontx parti minn dal-grupp sabiħ allura m'jienx f'pożizzjoni li ngħid li rajt kambjamenti jew le. Madankollu, f'dawn ix-xahrejn u nofs rajt kambjamenti kbar fil-players, kemm fil-fitness, dixxiplina fil-ground, kif ukoll fir-rieda tal-players biex jgħinu lil xulxin u jiġbdu l-istess ħabel.

Xi prospettivi tara għal dan it-tim din is-sena?
Nemmen li t-team tagħna m'għandu xejn inqas minn ħaddieħor u għandu l-forza fl-unità tiegħu.  Jekk it-team jemmen fil-kapacitajiet tiegħu ikollna riżultati tajbin ħafna.  Bħala coaches ma qagħdniex nenfasiżżaw mal-players li irridu bilfors niksbu l-promotion għat-tielet diviżjoni għax nippreferu nimxu logħba wara l-oħra, pero l-ingredjenti biex nimxu 'l quddiem hemm qegħdin.

Kemm taħseb li huwa mportanti s-"sitt" plejer fil-grawnd?
Is-support jagħmel dejjem parti minn kull sport u huwa importanti għax f'ħafna okkażżjonijiet jagħmel id-differenza u jagħti l-enerġija lil-players fil-ground.  Minn hawn nixtieq inħeġġeġ lis-supporters tagħna biex jiġu jarawna bi ħġarhom f'kull logħba. Nifhem li din is-sena ħa nilghabu barra u fl-istaġun tax-xitwa ħafna nies jippreferu joqgħodu għall-irdoss id-dar, pero egħżież supporters intom parti mill-identità tat-team tagħna u l-għajnuna tagħkom napprezzawha.

No comments: