Pages


Wednesday, November 24, 2010

L-Istess Script, l-istess Tmiem

City Boys vs AC Trampi - 6-2

AC Trampi niżlu għal-logħba kontra City Boys bi tliet plejers regolari neqsin minħabba injuries: Kenneth Fiteni, Mark Spiteri u Conrad Dimech li qed isofri minn injury li ser iżommu barra mil-logħob għal diversi ġimgħat. F'din il-logħba reġa irritorna għal-logħob ma' AC Trampi wara nuqqas ta' sena Clifton Calleja.

Għalkemm dawn il-kambjamenti il-logħba kontra s-City Boys kienet f'diversi ċirkusatnzi sfortunatament l-istess bħal-logħob ta' qabilha. Tattikament it-tim kien aħjar mil-logħob ta' qabel imma żbalji fil-passaġġi u n-nuqqas ta' konkretezza taħt il-lasta kienu l-kaġun tat-telfa kontra City Boys. City Boys irnexxielhom jikkonkretiżżaw minn dawn l-iżbalji permezz ta' diversi kontrattakki permezz anke tal-aġilita tagħhom.

Il-logħba bdiet tajjeb ħafna għal AC Trampi fejn fl-ewwel 9 minuti marru b'żewġ gowls vantaġġ permezz tal-ewwel gowl ma AC Trampi ta' Joseph Mifsud u s-solitu Steve Falzon. L-ewwel gowl sar minn azzjoni tajba ta' Jonathan Sammut mal-linja l-leminija fejn dan qassam fin-nofs u Mifsud ikkonkretiżża fl-ewwel gowl. Il-gowl ta' Falzon ġie minn corner li kien inħoloq fuq save tal-goaler tas-City Boys fuq Rodney Bugeja. Imbagħad permezz tal-kontrattakki City Boys bdew jirmuntaw l-iżvantaġġ fejn spiċċaw l-ewwel taqsima fil-vataġġ ta' 3 bi 2.

It-tieni taqsima kompliet fuq l-istess nota fejn City Boys komplew iżidu r-riżultat għal 6 bi 2. Fl-aħħar 10 minuti AC Trampi resqu aktar viċin tal-lasta imma naqsu milli jkunu konkreti biex jiskurjaw. Azzjonijiet rilevanti f'din it-taqsima kienu s-salvataġġ fuq il-linja ta' Falzon wara biss ftit sekondi, is-salvataġġ tal-gowler ta' City Boys fuq Rodney Bugeja u s-salvataġġ stupend ta' Wayne Dimech (li daħal minflok Steve Xuereb fit-tieni taqsima) li salva milli r-riżultat ikompli jikber.

Il-logħba li jmiss tal-league hi f'Jannar. Nisperaw li l-bidla fis-sena iġġib bidla wkoll fir-riżultat.

Sunday, November 07, 2010

Ftit sekondi ‘l bogħod mill-ewwel tliet punti

Gladiators Futsal Team vs AC Trampi – 6/11/2010 – 3-2

Il-logħba kontra Gladiators kienet waħda kruċjali għal AC Trampi. Wara l-wirja negattiva kontra Head Hunters FC, fil-logħba tas-Sibt AC Trampi riedu jerġgħu jsibu l-prestazzjoni u eventwalment l-ewwel rebħa. Il-prestazzjoni waslet. It-tim kien preżenti matul il-logħba kollha b'azzjonijiet sbieħ ta' Futsal. Sfortunament ir-rebħha ma waslitx għal ftit sekondi. Forsi riżultat tad-dro kien ikun aktar xieraq minħabba li fit-tieni taqsima Gladiators żiedu fil-prestazzjoni tagħhom. Anke riżultat favur AC Trampi ma kienx ikun wieħed qarrieqi iżda fl-aħħar mill-aħħar jgħodd min jiskurja l-aktar u dan irnexxielhom jagħmluh Gladiators. AC Trampi pattew bil-qares in-nuqqas li jiffinaliżżaw id-diversi azzjoniet li ħolqu. Min-naħa l-oħra d-difiża ta' AC Trampi ħadmet sew fejn spikkat is-saħħa u l-agoniżmu ta' Conrad Dimech, Joseph Mifsud u Chris Formosa (il-captain tal-bieraħ).

Fl-ewwel għaxar minuti AC Trampi ħolqu diversi azzjonijiet sbieħ ta' one twos li biss ma rnexxielhomx jiskurjaw f'azzjoniet minnhom anke sfortunati, eżempju il-ballun ta' Steve Falzon li għadda eżatt iħakkek mal-lasta fuq in-naħa ta' barra. Gladiators kienu aktar konkreti u mal-ewwel attakk fl-10 minuta marru fil-vantaġġ, fejn anke Wayne Dimech kien sfortunat li żelaq il-ballun minn idu. Steve Falzon iġib id-dro fl-14-il minuta. AC Trampi setgħu imorru fil-vantaġġ ftit sekondi wara minn penalty gwadanjat minn Steve Falzon. Formosa kien sfortunat li l-penalty jaħbat ma' wiċċ il-gowler avversarju.

Fit-tielet minuta tat-tieni taqsima Chris Formosa jagħmel azzjoni kollha personali. L-ewwel ix-xutt tiegħu jiġi salvat u fuq l-istess azzjoni jirkupra l-ballun li Gladiators ħarbu fuq kontrattakk. Conrad Dimech poġġa lil AC Trampi fis-6 minuta meta kien f'pożizzjoni tajba f'azzjoni ta' throw in. Fil-bqija tat-taqisma Gladiators żiedu fil-prestazzjoni iżda AC Trampi kienu kapaċi jilqgħu l-attakki. Il-gowler ta' Gladiators u l-lasta salvaw diversi drabi ir-riżultat għal Gladiators. Id-drama għal AC Trampi bdiet fit-23 minuta. Il-gowl tad-dro ta' Gladiators żviluppa minn freekick li għadda minn bejn il-barriera u ftit sekondi wara wasal ukoll it-tielet gowl f'wieħed mill-uniċi żbalji tad-difiża ta' Trampi.

AC Trampi iridu jkomplu jaħdmu fuq il-ħafna pożittiv tal-logħba tas-Sibt u jkunu aktar effettivi taħt il-lasta.


minn Adrian Zahra

Tuesday, November 02, 2010

AC Trampi fi kriżi ta’ logħob


Head Hunters FC vs AC Trampi – 1/11/2010 – 5-3

Il-logħba bejn Head Hunters FC u AC Trampi bdiet fuq nota pjuttost pożittiva għal AC Trampi fejn f'temp ta' tliet minuti Justin, Chris u Conrad kienu viċin tal-gowl fi tliet azzjonijiet separati. Sfortunatament aktar ma beda jgħaddi l-ħin it-tim beda jintilef u ftit beda jsegwi l-istruzzjonijiet li kien ta l-kowċ, qabel u waqt il-logħba. Dan irriżulta fl-ewwel gowl għal Head Hunters FC fejn wara li l-freekick ta' David Magri jaħbat mal-barriera, it-tim jaħrab fuq kontrattakk u jasal il-gowl ta' vantaġġ. Steve Xuereb għal diversi drabi kellu jsalva l-lasta ta' AC Trampi biex ma jasalx it-tieni gowl fejn plejers ta' Head Hunters FC bdew jaslu waħedhom quddiem il-lasta. Ftit tamiet feġġew bil-gowl ta' Justin Psaila li kien qiegħed tajjeb fuq it-tieni lasta fl-għotja ta' corner.

It-tieni taqisma kompliet minn fejn spiċċat l-ewwel taqsima b'diversi kontrattakki ta' Head Hunters FC. Fit-tielet minuta Head Hunters jerġgħu jmorru fil-vantaġġ wara li skurjaw penalty. Steve Xuereb f'tentattiv li jwaqqaf il-plejer avversarju jieħu saqajh minflok il-ballun bir-referees jagħtu l-penalty. L-azzjonijiet ta' AC Trampi kienu iżolati fejn kultant kienu anke sbieħ u elaborati bejn diversi plejers. Il-gowl tad-dro minn Chris Formosa jasal wara azzjoni konvulsa fejn il-gowler ta' Head Hunters FC isalva tliet darbiet konsekuttivi il-lasta. Fit-13 u l-15-il minuta iż-żewġ timijiet jirrispondu lil xuxlin b'żewġ gowls fi żmien ta' 2 minuti. Il-gowl ta' AC Trampi jerġa jasal minn Chris Formosa. L-aħħar ħames minuti kienu drammatiċi. Ir-raba' gowl ta' Head Hunters FC jerġa jasal minn kontrattakk ieħor fejn wara li Steve Xuereb jippanċja, Steve Falzon bl-aktar mod sfortunat, wara li nieżel lura biex jiddefendi l-kontrattakk, jitfa l-ballun fil-lasta tiegħu stess. Id-drama tkompli meta Wayne Dimech, li kien biddel lil Steve Xuereb biex iservi bħala l-ħames plejer, inqabad barra u minn nofs il-grawnd jasal il-ħames gowl.

Din il-ġimgħa mhux ħa tkun waħda faċli għal AC Trampi. Soluzzjonijiet iridu jinstabu malajr minħabba li nhar is-Sibt jerggħu jirritornaw fl-azzjoni kontra Gladiators Futsal Club. Nistennew u naraw.

Thursday, October 14, 2010

L-ewwel punt tal-istaġun akkwistat kontra New Team Futsal Club

New Team Futsal Club vs AC Trampi – 13/10/2010 – 2-2

Wara d-dro emozzjonanti ta' erbgħa b'erbgħa ta' Frar tas-sena l-oħra, New Team u AC Trampi jergġħu jispiċċaw dro, din id-darba bl-iskor ta' tnejn bi tnejn. Il-logħba tat-Tlieta li għadda żgurissmu ma kelliex l-emozzjoni tal-logħba tas-sena l-oħra speċjalement fit-tieni taqsima fejn l-aħħar għaxar minuti kienu neqsin minn azzjonijiet denji ta' nota.

Il-punti pożittivi għal AC Trampi intwerew fl-ewwel taqsima fejn il-plejers kollha li daħlu segwew l-istruzzjonijiet tal-coaches. Tattikament il-plejers kienu ħafna aħjar mil-logħba kontra l-Fugazi5 u għal ħin twil urew logħob ta' Futsal sabiħ. Kienu f'dawn il-ħinijiet fejn AC Trampi kienu aħjar fil-grawd mit-tim avversarju u marru żewġ gowls minn fuq. Fl-aħħar ħames minuti tal-ewwel taqsima u l-ewwel minuti tat-tieni taqsima New Team bdew iżidu l-pressjoni u dan wassal għaż-żewġ gowls tad-dro. F'dawn il-ħinijiet AC Trampi dehru pjuttost mifxulin u plejers individwali bdew jippruvaw issolvu l-logħba. Iżda bil-mod il-mod it-tim beda jerġa jsib il-pożizzjoni fil-grawnd u l-logħob reġa beda ġej. Sfortunament, imma l-gowl tar-rebħa ma wasalx.

Il-protagonisti għal AC Trampi kienu ż-żewġ Steves. Steve Falzon, apparti l-ewwel gowl fit-tlettax-il minuta, kien protagonist ta' diversi kontra attakki. Wieħed minn dawn il-kontrattakki wassal għat-tieni gowl minn Justin Psaila. Fit-tieni taqsima Falzon reġa kien viċin għall-gowl imma l-ballun imur bi ftit barra. Fis-7 minuta tat-tieni taqsima Falzon reġa prova xortih minn nofs il-grawnd bil-ballun jerġa jmur barra. Fit-tieni minuta tat-tieni taqsima ta' min ukoll jinnota ċ-ċans li kellu Chris Formosa, biss l-istess bħall-azzjonijiet l-oħra l-ballun jaddi ftit 'il bogħod mil-lasta.

Steven Xuereb min-naħa l-oħra salva l-lasta ta' AC Trampi diversi drabi. Fit-23 minuta tal-ewwel taqsima Xuereb irnexxielu jibblokka l-ballun meta plejer ta' New Team ġie waħdu quddiemu. Fit-tieni taqsima reġa rrepeta ruħu b'żewġ saves tajbin konsekuttivi fl-istess azzjoni.

Apparti ż-żewġ gowls, New Team laqtu l-lasta darbtejn fl-aħħar ħames minuti tal-ewwel taqsima.

Mill-azzjonijiet murija id-dro kien xieraq għaż-żewġ timijiet.

minn Adrian Zahra

Saturday, October 09, 2010

Mid-Djarju tal-Captain ta Trampi (25)

Trampi ma ibiddlux l-istorja

Bhal-ahhar 5 staguni, Trampi jifthu l-istagun 2010-2011 b'telfa! Din id-darba l-iskor kien dak ta 4-3 ghat-tim tal-Fugazi 5. Loghba li bdiet fuq nota tajba ghalina meta konna fil-kontroll tal-loghob ghal-ewwel ftit minuti fejn ukoll morna fil-vantagg permess ta Justin 'Pato' Psaila. Izda imbghad gara li tlifna kull sens ta loghob ghal xi raguni jew ohra. Dan wassal biex il-Fugazi jeqilbu ir-rizultat ghal dak ta 3-1 favurihom. Minn hemm ma konnix kapaci nergghu inqumu u ghalxejn skurja darbtejn Steve 'il-Fenomeno' Falzon, li kien qed jghamel ir-ritorn tieghu ma Trampi, ghax f'nofshom kien hemm ir-raba' gowl tal-Fugazi. Ta min jghid ukoll li f'din il-loghba kien qed jiddebutta bil-flokk isfar ta Trampi Joseph 'Fiorello' Mifsud.

Din it-telfa kienet siewja hafna ghalina ghax fethitilna ghajnejna fuq l-izbalji li bdejna nghamlu. Fosthom li bdejna inharsu il-boghod u mhux nahsbu loghba b'loghba. Infatti wara il-loghba iltqajna il-players flimkien biex mill-ewwel niehdu il-passi mehtiega halli ma nghamlux bhal-ahhar staguni fejn konna qeghdin totalment nitilfu (jew ahjar nghidu ma nilghabux) l-ewwel rawnd!!

Sadanittant il-preparamenti ghal-loghba li imiss ghadhom ghaddejjin bis-shih. Sezzjonijiet ta tahrig fuq tattika flimkien ma loghob ta hbiberija. L-ahhar loghba ratna niltaqghu mat-tim tat-tieni divizjoni Kerygma. L-isbah mument tal-loghba min-naha taghna kien il-gowl spettakolari ta Chris 'il-Cecchino' Formosa!! Gowl tajjeb ghal fuq l-album ta l-istikers tal-panini, li b'rovexxata tal-genn tefa' il-ballun brimba kwieta kienet qeghdha tghamel l-ghanqbuta taghha!! Prosit siehbi J

B'ferh kbir nilqghu lura fostna lil Sarah 'Capo Ultras' Pace li giet lura Malta wara sitt xhur volontarjat go Spanja. Merhba lura mit-tim kollu ta A.C. Trampi!! Dan ifisser li se jibda ikun hemm aktar storbju go Kordin!!


Nixtieq nifrah ukoll lill-plejers Wayne 'Uomo Ragno' Dimech, Conrad 'Conimex Special' Dimech, Joseph 'Fiorello' Mifsud u Rodney 'Scheggia' Bugeja li ilkoll ghandhom gheluq sninhom f'dawn il-granet. Awguri lilkom ilkoll l-ahwa, ejjew ha niccelebraw flimkien war ail-loghba li imiss.

Minn hawn niehu l-ispunt nistieden lis-sapporters taghna jergghu ikunu maghna ghal-loghba man-New Team nhar it-Tlieta 12 t'Ottubru fit-8:15!

Ippermettuli nghalaq billi nawgura lil Steve 'il-Fenomeno' Falzon u lit-tfajla tieghu Audrey-Ann Vella li nhar is-Sibt 9 t'Ottubru se jinghaqdu fis-sagrament taz-zwieg! J'Alla ikollkom hajja twila flimkien imbierka bit-tfal li jghogbu jibghatilkom il-Mulej!! Ghamlu hafna subien ha nifthu Trampi Nursery :p

Bhal dejjem

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo

Thursday, September 23, 2010

Debutt deludenti għal AC Trampi

L-ewwel ħruġ għal AC Trampi f'dan l-istaġun sfortunatament ma kienx wieħed pożittiv. Id-debutt ta' Joseph Mifsud u r-ritorn ta' Steve Falzon ma servewx biex tawh l-ewwel rebħa lit-tim. Wara l-wirja pożittiva kontra t-tim tal-ewwel diviżjoni Luxol Amazon Cinco il-moral kien wieħed għoli. Dan kien qed jintwera fl-ewwel minuti tal-logħba fejn anke morna fil-vantaġġ. Justin Psaila wara diversi staġuni jerġa jirrotorna għall-gowl, għalkemm fl-aħħar mill-aħħar ir-ritorn għall-gowl kien wieħed qares. Bil-mod il-mod it-tim beda jitlef is-shape u ma bediex isegwi mal-pjanijiet tatttiċi miftiehma. Dan wassal biex Fugazi5 bdew jippressaw u anke wasal il-gowl tad-dro. Il-coach Renzo Kerr Cumbo beda jbiddel il-plejers iżda ftit dan beda jħalli l-frott mixtieq. Il-gowler Wayne Dimech irnexxielu jsalva gowl magħmul fl-20 minuta. Biss f'temp ta' ftit minuti, fil-21 u fit-23 minuta, Fugazi5 skurjaw it-tieni u t-tielet gowl fejn fiż-żewġ gowls l-element difensiv ma kienx xi wieħed impekkabli. L-ewwel half jispiċċa tlieta b'wieħed għal Fugazi5.

It-tieni half beda minn fejn spiċċa l-ewwel half fejn dak li kien qed jitlob il-kowċ ftit beda jiġi segwit. L-unika element pożittiv kienet il-lasta fis-7 minuta milquta minn Jonathan Sammut wara azzjoni individwali. Steve Falzon fl-istess azzjoni għal ftit ma jirnexxilux jilħaq il-ballun minn fuq is-second pole biex jiskurja t-tieni gowl. Il-kumplament tat-tieni half kompla ftit jew wisq fil-medjokrita. Kien biss fl-aħħar ħames minuti li reġa ħa l-ħajja. Steve Falzon irnexxielu jpoġġi fis-7 it-tieni gowl ta' Trampi minn freekick. Gowl stupend. Dan il-gowl reġa ta l-isperanza lil Trampi. Hawn hekk intwera l-karattru tat-Trampi u kienet l-adrenalina li tat il-kuraġġ biex forsi jinġieb id-draw. Fl-aħħar tliet minuti ġara minn kollox. Trampi għamlu s-6 foul u hawnhekk bdew il-penalties, li sarraf fir-4 gowl għal Fugazi5. Steve Falzon reġa skurja gowl ieħor stupend. Trampi sfurzaw biex iġibu d-dro. Biss Fugazi gwadanjaw penalty ieħor li għalkemm ma skurjawhx għinhom biex iżommu l-ħin favurihom.

X'wassal għal din it-telfa? Forsi l-emozzjoni tal-ewwel logħba? Nuqqas ta' konċentrazzjoni? Moral wisq għoli? Dawn zġur iridu jiġu megħluba fit-tieni logħba fit-12 t'Ottubru kontra n-New Team Futsal. Nistennew u naraw.

minn Adrian Zahra

Saturday, September 18, 2010

Mid-Djarju tal-Captain ta' Trampi (24)

Il-Hamis 9 ta Settembru 2010,

Trampi jirbhu l-ewwel edizjoni tal-A.C. Trampi Quadrangular Tournament

Fl-ahhar waslet!! L-ewwel rebha tieghi f'xi kompetizzjoni, u ma stajtx nitlob ghal xi haga ahjar milli nirbah ma Trampi f'tournament b'tims ikkwotati aktar minn taghna!!! Grazzi lill-plejers kollha u il-kowcis li bil-hidma taghna ilkoll giet din ir-rebha J

Mela it-tournament kien milghub fuq tlett ijiem bl-erba' tims jilghabu darba ma kull tim iehor.

L-ewwel gurnata:

Trampi vs Fugazi 5: 4-2

Bidu tajjeb hafna ghalina. Ikolli nghid li kienet loghba li konna fil-kontroll mill-bidu sat-tmiem taghha u irnexxilna noholqu hafna u hafna opportunitajiet ta skor, li sfortunatament ma sfruttajnihomx!! Infatti wara il-loghba kien hemm min ma kienx sodisfatt, u bix-xieraq, bir-rizultat

Todos vs Tal-Werqa: 5-9

Tal-Werqa regghu urew li bhas-sena ta qabel ghadhom tim sod u kumpatt. Ma nistghax nghid l-istess ghat-Todos fejn verament iddizapuntaw f'din il-loghba. L-iskor seta' kien hafna akbar kieku ma kienx ghal-gowlers tat-Todos.

It-tieni gurnata:

Trampi vs Tal-Werqa: 4-2


Din kienet l-ewwel darba li irnexxilna nghelbu lil dan it-tim! Loghba ekwilibrata sa l-ahhar, imma ergajn konna ahna li kelna l-aktar okkazjonijiet ta skor. B'hekk ir-rebha kienet meritata ghalkemm hafna mill-plejers taghna urew dizappunt fil-prestazjoni personali taghhom. Hi din ir-rebha li tista ittelghana targa ohra specjalment f'dak li hu moral.

Todos vs Fugazi 5: 6-2

Todos urew x'kapaci jghamlu meta ghollew rashom wara l-ewwel telfa u ghamlu loghba kbira kontra il-Fugazi 5. Loghba li kienet bla storja hekk kif wara ftit minuti Todos kienu diga zewg gowls minn fuq u fil-kontrol assolut tal-loghba. Prosit imur lit-tim tal-Fugazi li ma qatghux qalbhom u baqghu sa l-ahhar sekondi jiggieldu biex jiehdu xi haga mil-loghba.

It-tielet u l-ahhar gurnata:

Trampi vs Todos: 3-3

Hemm hu, l-ahhar punt li kelna bzonn biex nirbhu it-tournament!! Loghoba li uriet x'karattru ghandna ahna ta Trampi ghax minn 2-0 minn taht irnexxilna niksbu id-dro, nergghu immorru minn taht imma jerga jirnexxilna niksbu id-dro. Loghoba li kienet miftuha ghal kull rizultat skont jien, biz-zewg tims attenti fid-difiza u jipprovaw jinfdu lill-avversarji bil-kontrattakki. Mat-tisfira finali hassejt tferfir kbir ma gismi kollu. Ifhem, tara madwar 40 persuna li gew jarawk tilghab bicca tournament tinduna li qieghed tiehu sehem f'xi haga tant kbira li ma tistghax tesprimiha bil-kliem, ahna insejhula il-familja ta Trampi!! U min hawn (ghal darb'ohra) nixtieq f'isem it-tim kollu nirringrazzja lil dawk kollha li gew jissapportjawna, kien hemm minnhom li gew ghat-tlett loghbiet li huma!!! Grazzi mill-qalb l-ahwa J

Tal-Werqa vs Fugazi 5: 3-1

Loghoba li ma kien fadalla tghid xejn ghar-rebh tat-tournament, imma li iz-zewg tims riedu u ippruvaw jirbhu. Loghba fejn fis-settur difensiv it-tims urew li kienu sodi ta veru u gabu fix-xejn hafna attakki tal-avversarji.

Dan it-tournament, barra li kien siewi hafna ghal-preparazzjoni ghal stagun iehor (ghal-erba' tims li huma), wera il-progressi li irnexxilna nghamlu taht it-tmexxija tal-kowcis Renzo u Duncan. Ovvjament fadlilna hafna x'naqdfu u nitjiebu biex nilhqu l-ghan taghna dan l-istagun, imma hu car li l-ewwel passi taghna kienu kollha fid-direzzjoni it-tajba. Issa irridu inkomplu nahdmu bis-shih biex inkomplu miexjin f'din it-triq!!

trampiquad.jpg

Fl-ahhar nixtieq nawgura lil uhud mill-hbieb taghna. Nibda billi f'isem kull min qieghed fil-familja ta Trampi nawgura hajja twila u felici flimkien lil Mark Busuttil u Yanicka Fava li se jinghaqdu fis-sagrament taz-zwieg. J'Alla tkunu imberkin b'hafna tfal :p Ma nistghax ninsa ukoll lil sapporter kbir iehor taghna Andrew Camilleri li sejjer jistudja barra minn Malta ghal sena, awguri lilek ukoll siehbi!!

Ippermettuli pero nghalaq billi insemmi lil Joseph Gilson li ghamel l-ahhar parti ta l-istagun li ghadda jitrenja maghna. L-ewwel nett, f'isem it-tim kollu ta AC Trampi, nghidlek l-ghomor habib tat-telfa li kellek fil-familja. Min hawn ahna ilkoll nixtiequ nawguraw lilek ukoll ghal din l-esperjenza il-gdida li issa dhalt fiha barra minn Malta int ukoll.

Dak kollox ghal-lum, bhas-soltu

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo

Sunday, August 29, 2010

Significant changes to the Laws of Futsal

The Futsal Laws of the Game have recently been revised leading to major changes in the way the game will be played from now on.

The three important changes affect Law 7 – the duration of the match, Law 12 – fouls and misconduct and Law 16 – the goal clearance.

The first of these amendments, to Law 7, sees a period of play ending only when a goalbound shot has reached its destination or following the outcome of a penalty kick, a second penalty mark kick or a direct free kick. This is signified by the referee's whistle,  as is the case in Beach Soccer.

The changes to Laws 12 and 16 respectively affect goalkeepers. An indirect free-kick will now be awarded if, after playing the ball, a goalkeeper touches the ball again in his own half of the pitch after it has been deliberately kicked to him by a team-mate without an opponent playing or touching it. The position of the free-kick will be determined from where the infringement took place.

Previously, a goalkeeper could play in a 'flying' position and could touch the ball again if the ball had crossed the halfway line. This is no longer possible; keepers can only play the ball once in their own half, for less than four seconds, and can only touch it again if it has been touched by an opponent.

This is key to avoiding defensive tactics where the 'fifth' player – i.e. the goalkeeper  was constantly touching the ball in their own half. Now, if a team wishes to play with a flying goalkeeper in order to avoid losing a game, the goalkeeper has to cross the halfway line.

source: fifa.com

Wednesday, August 18, 2010

Mid-Djarju tal-Captain ta' Trampi (23)

Trampi ikomplu jippreparaw ghal stagun iehor

Iz-zmien ghaddej gmielu u ghalhekk issa wasalna fl-istadju fejn nilghabu loghob ta hbiberija ma' tims ohra biex naraw il-progressi li ghamilna u fejn irridu intejbu. Huwa stadju importanti hafna fejn il-kowcis Renzo u Duncan jistghu jibdew jaraw il-frott tax-xoghol taghhom fit-tahrig f'dawn l-ahhar xahrejn.

Tajjeb nghidu li, b'sorpriza kbira ghall-plejers kollha u grazzi ghal-kowcis, diga ghamilna tlett loghbiet ma' zewg tims rinomati fil-Futsal f'Malta. Dawn huma Pentagon Properties BFC li jilghabu fl-ghola divizjoni tal-lig f'Malta u, ifthu widnejkom, ic-champions ta' Malta ta l-istagun li ghadda ZC Excess Futsal Club!!! Ovvjament hemm qabza kbira fil-livell; biss biss ahna tim tat-tielet divizjoni! Pero Trampi m'ghadniex l-istess ta ftit snin ilu. Illum grazzi ghal-kowcis, il-loghba taghna qed titjieb bil-qabda. Dan deher car hekk kif kontra dawn iz-zewg tims kelna mumenti tajbin hafna (ghalkemm hadna 3 telfiet). Skor ta 6-3 ma Pentagon mhux ta min jarmih u jekk wiehed jara ftit ir-rizultati ta Pentagon fl-istagun li ghadda wiehed isib li kien hemm hafna drabi fejn Pentagon kellhom rebhiet bi skor akbar.

Mac-champions ZC laghbna darbtejn, bi skor ta 4-0 u 10-2!! Dan huwa tim mimli bi plejers li jilghabu mat-tim nazzjonali kemm ta' Malta u kemm ta' pajjizi ohra!! Kienet esperjenza sabiha hafna li tatna ic-cans immissu ftit il-loghob tal-futsal fl-ghola livell f'Malta. Kien unur kbir ghalina li konna ta xi ghajnuna ghal ZC li kienu qeghdin jippreparaw ghal-preliminari tal-UEFA Futsal Cup, u minn hawn nawgurawlhom success f'din il-kompetizzjoni internazzjonali – ahna warajkom biex tghamlu isem tajjeb ghal-Malta!!



Wara dawk it-tlett loghbiet ta prestigju kbir ghalina ta' Trampi issa wasal iz-zmien ghall-ewwel edizzjoni tal-AC Trampi Quadrangular Futsal Tournament. Bil-loghob isir nhar ta Hamis fit-20:30 u fid-21:30 dejjem fis-Savio College, Dingli. Mistiednin jippartecipaw huma it-tims tat-Todos F. C. u Tal-Werqa SG, iz-zewg tims li ghadhom kif telghu mit-tielet ghat-tieni divizzjoni, flimkien mat-tim tal-Fugazi 5 li ghandhom warajhom storja twila fit-tieni divizjoni. B'loghob ma' tims kwotati aktar minnha ghandu jkun ta stimulu kbir ghal plejers taghna. Dan hu ukoll cans tajjeb ghal-kull plejer fi hdan Trampi biex juri x'inhu kapaci joffri lit-tim u b'hekk ipoggi lill-kowcis f'qaghda skomda ladarba jigu biex jghazlu it-tim ghal-loghob.

Ghalhekk minn hawn nixtieq nitlob lis-sapporters ta' dawn it-tlett tims jinghaqdu ma' taghna ghal dan it-tournament halli ikollna atmosfera tal-genn (hekk kif dejjem jafu jghamlu is-sapporters taghna!) f'ambjent ta hbiberija. Hekk inkomplu inressqu aktar nies lejn din il-loghba sabiha tal-futsal.

Bhal dejjem,

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo

AC Trampi Quadrangular Futsal Tournament

Following a set of prestigious friendly matches against First Division clubs Pentagon Properties and local Futsal Champions ZC Excess, third division club AC Trampi are glad to launch the first edition of the AC Trampi Quadrangular Futsal Tournament this coming Thursday. The tournament will promote a friendly but competitive level and will see 3rd division Fugazi 5 and 2nd division Todos FC and Tal-Werqa SG joining in.

Thursday 19th August
20:30 - 21:30 AC Trampi vs Fugazi 5
21:30 - 22:30 Tal-Werqa SG vs Todos FC

Thurday 26th August
20:30 - 21:30 AC Trampi vs Tal-Werqa SG
21:30 - 22:30 Fugazi 5 vs Todos FC

Thursday 2nd September
20:30 - 21:30 AC Trampi vs Todos FC
21:30 - 22:30 Fugazi 5 vs Tal-Werqa SG

Wednesday, August 04, 2010

UEFA Futsal Cup Preliminary Round Group B

This is the schedule of matches valid for the UEFA Futsal Cup Preliminary Round Group B that will be held at the Cottonera Sports Complex between the Monday 16th and Thursday 19th of August.

The programme of matches are as follows:

Monday 16 August
18:00 FS Ilves Tampere vs KF Tirana
20:00 ZC Excess Futsal vs BGA Futsal

Tuesday 17 August
18:00 BGA Futsal vs FS Ilves Tampere
20:00 ZC Excess Futsal vs KF Tirana

Thursday 19 August
18:00 KF Tirana vs BGA Futsal
20:00 FS Ilves Tampere vs ZC Excess Futsal

Saturday, July 24, 2010

Awguri Adrian

AC Trampi jifrah lil ex-plejer, ex-coach u issa membru tal-kumitat Adrian Zahra ghad-degree li ha mill-Universita ta' Exeter bhala Master of Arts in Heritage, Education and Management.
Grazzi Adrian ta' dak li taghti lil AC Trampi u awguri fil-karriera dedikata tieghek.

Monday, July 19, 2010

Mid-Djarju tal-Captain ta Trampi (22)

Trampi jibdew jippreparaw ghal-istagun 2010-2011

Ergajna bdejna nittrenjaw, pero din id-darba kulhadd xtaq jerga' jibda kmieni. Dan habba il-fatt li minn din is-sena se nibdew nilghabu indoor. Ghal uhud mill-plejers xejn gdid ghax diga kienu laghbu indoor sitt snin ilu meta Trampi kienu fit-tieni divizzjoni ghal stagun wiehed. Imma ghalija u uhud ohrajn kienet l-ewwel darba. L-ewwel tahrig indoor!! Kont qisni tifel zghir sejjer l-ewwel darba ghal-Skola Sajf!! Dawk emozzjonijiet, zarbun gdid, ballun ma jaqbizx u jibqa imwahhal ma saqajk, imma l-aktar importanti hu li xemx u xita hemm saqaf fuq rasna x'jilqa kollox!!! Sincerament nemmen li anka ghal-plejers l-ohra li diga laghbu indoor kienet ta emozzjoni kbira.

Din is-sena nafu li l-iskop taghna hu wiehed impenjattiv mhux hazin la darba ftehmna li nilghabu biex nirbhu il-lig tat-tielet divizzjoni. Ghalhekk mal-ewwel kienu cari il-kowcis meta riduna ninzlu ghal kull sessjoni ta tahrig iffukati mill-bidu sa l-ahhar. Hu hekk kien!! Bil-plejers mohhna hemm biex mill-ewwel naqbdu id-differenzi ta' art gdida u ballun gdid.

Tajjeb nghid li fl-ewwel xahar ftit li xejn missejna tattika. Ovvjament il-kowcis riedu jippreparawna fizikament ghal-istagun. U emmnuni hafna drabi qatghulna in-nifs b'dak il-giri mal-Buskett u Had-Dingli, specjalment fix-xemx qalila tas-sajf! Wara daqs 30 minuta giri ikun baqalna siegha u nofs ohra tahrig, fejn hafna drabi ghal grazzja t'Alla konna immissu il-ballun.

Bhalissa qeghdin weqfin ghal hmistax il-gurnata. Tahsbux li mhu qed naghmlu xejn ta! Ghax il-kowc ghogbu itina programm ghal-'vaganzi'. Programm li kien jitlob girja ta bejn 5 u 7 kilometri tlett darbiet fil-gimgha u ftit esercizzji biex insahhu il-fiziku taghna. Kien sabih li uhud minna il-plejers morna ghal-Fun Run f'Jum il-Gudja u hekk ergajna iltqajna ftit. Minn hemm hrigna bl-ideja li kemm jista ikun imorru ghal-girja fi gruppi.



Bhal ta kull sena, bhalissa ghandna uhud mill-plejers u sapporters taghna jghamlu volontarjat kemm go Malta u kemm barra minn Malta. Fosthom insibu lil plejers Chris Formosa u Wayne J. Dimech li qed imexxu flimkien l-esperjenza gewwa it-Tunisija li maghhom hemm David Magri u is-sapporters kbar taghna Robert Facciol u Diane Mifsud. Insellmu wkoll lill-membru tal-kumitat Adrian Zahra li ser ikun parti fl-esperjenza ta' Napli. Awguri lilkom ilkoll ghal-esperjenza tajba.

Sadanittant bghattna lill-kowc jiltaqa ma Del Bosque u Mourinho, zewg kowcis kbar bl-ewwel wiehed rebbieh tat-Tazza tad-Dinja u l-iehor frisk mit-Triplete!! Nisperaw li laqawh tajjeb.

Nixtieq nghalaq billi nifrah liz-zewg koppji Stephen Farrugia u Anita, u Jonathan Borg u Valerie li se jizzewgu it-tnejn li huma nhar l-24 ta Lulju. Awguri lilkom ghal-hajja felici u twila flimkien minghand kulhadd li ghandu x'jaqsam ma A.C. Trampi!!!


Bhal dejjem;

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo

Monday, June 07, 2010

Il-Coach jghamel Diploma b'success

Hekk kif imhabbar fuq www.maltafutsal.com, il-coach taghna Renzo Kerr Cumbo ghadu kif ikkompleta b'success kors ta' Diploma fuq Basic Futsal Coaching Course mtellgha mill-Coach Nazzjonali tal-Futsal Mr.Vic Hermans. Il-prezentazzjoni tac-certifikati sehhet nhar il-Hadd mic-chairman tal-MFA is-Sur Micallef. Flimkien ma' Renzo, nifirhu lis-16 -il kollegi tieghu. Aktar dettalji minn hawn.

Ritratt mehud minn www.maltafutsal.com

Sunday, May 30, 2010

Mid-Djarju tal-Captain ta' Trampi (21)

Trampi jghalqu ufficjalment l-istagun 2009-2010!


Wara li intemm il-lig u spiccajna bla loghob, la darba diga inqlajna mit-tazza, kien wasal iz-zmien li il-plejers kollha niltaqghu u flimkien nghalqu l-istagun 2009-2010. Stagun twil li beda b'tahrig fiziku fuq dak it-tarag kiefer tal-bajja tar-riviera f'Ghajn Tuffieha. Tahrig li kien ikun kmieni il-Hadd filghodu, li kien ifisser li nhar ta Sibt filghaxija hafna minnha il-plejers kienu jispiccaw jew ma johorgux jew jidhlu id-dar kmieni jistriehu! Tahrig li baqa ghaddej b'mod regolari ta darbtejn fil-gimgha ghal matul l-istagun kollu. Kull ma nista nghid li hu li jien kburi hafna bl-intensita u s-serjeta' li ahna l-plejers konna naghtu dejjem matul it-tahrig. Dan grazzi dejjem ghal-kowcis Renzo u Duncan li kienu jimbuttawna biex naghtu dejjem aktar u aktar, grazzi kowcis!! Minn hawn nixtieq nifrah lil Christopher 'il Cecchino' Formosa li irnexxilu jidhol ma l-aqwa 10 skorers tat-tielet divizzjoni, prosit siehbi!!!

Christopher 'il Cecchino'

Ikolli nghid li f'dawn it-tlett gimghat (zmien ta ftit mistrieh meritat mill-plejers!!) li ghamilna niltaqghu bejnietna il-plejers biex nevalwaw l-istagun kien importanti ferm il-hidma kontinwa tal-kumitat. Nies bhal Christopher Formosa, Paul Mizzi u Jonathan Sammut li barra li laqqghu lilna il-plejers kienu jiltaqghu ukoll mal-kowcis biex iwasslu xinhi il-vizzjoni tal-plejers lill-kowcis u bil-maqlub. Grazzi hafna tax-xoghol kumitat. Bis-sahha taghhom ukoll wasalna ghal decizzjoni importanti hafna hafna ghal-gid ta Trampi. Decizzjoni li mill-istagun li gej 2010-2011, prattikament mill-gimgha id-diehla, jaghti lill-kumitat il-mandat li jiehu hu id-decizzjonijiet kollha f'isem il-club. Dan ifisser li ghandhom aktar responsabilta tal-kumitat u ghalhekk minn tlieta minn nies ghandhom jizdiedu ghal hamsa. Elezzjonijiet li huma ghaddejjin bhalissa bejn il-plejers ta Trampi. Ghalhekk nixtieq nerga nirringrazzja lill-kumitat li ghadu kif spicca tal-hidma tieghu tul l-ahhar sentejn u nawgura lil dawk kollha li tefghu in-nominazzjoni taghhom ghal-kumitat il-gdid.

Ovvjament, nghalaq billi nawgura lil plejer taghna Wayne Mizzi u lit-tfajla tieghu Cherise-Ann Caruana li nhar il-Gimgha 28 ta' Mejju se jinghaqdu fis-sagrament taz-zwieg. J'Alla ikollkom hajja twila u felici flimkien, imbierka bit-tfal li jghogbu jibaghtilkom il-Mulej! Awguri habib u nispera li ha tghin lil martek fix-xoghol tad-dar :p Din zgur se tkun okkazzjoni sabiha ta celebrazzjonijiet ghal-plejers ta Trampi biex jghalqu bil-kbir l-istagun 2009-2010 biex it-Tnejn ta wara jifthu l-istagun 2010-2011 bl-ewwel sezzjoni ta tahrig.

Trampi waqt it-tieg ta' sehibna Wayne

Fil-harga li jmiss nibdew flimkien it-triq twila ta l-istagun 2010-2011, sadattant,

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo

Tuesday, May 11, 2010

Mid-Djarju tal-Captain ta' Trampi (20)

Trampi jergghu izommu posthom fit-tielet divizzjoni!!

Kienet gimgha intensa mimlija b'hafna emozzjonijiet ghalina. Kelna tlett loghbiet f'gimgha fejn konna nafu li ridna nirbhu mill-anqas tnejn minnhom biex insalvaw. L-ewwel loghba kontra Demons spiccat 1-1. Loghba li stajna nohorgu aktar kattiverja agonistika fiha izda ma irnexxilnix. Pjuttost waqajna ghal-loghba ta l-avversarji taghna, jien l-ewwel wiehed, fejn hallejnihom jitilfulna xi ftit mill-koncentrazzjoni waqt il-loghba.

It-tlettax il-loghba tal-lig gabitna kontra Warriors. Dhalna ghal-loghba nafu li b'rebha biss stajna inkomplu nisperaw f'salvezza ohra fl-ahhar gurnata tal-lig. U din waslet bl-iskor ta 4-1!! Kienet loghba fejn fiha il-kowc ipprova xi haga gdida fuq quddiem meta halla f'idejn l-estru ta Jonathan 'Gongi' Sammut. Kienet karta milghuba tajjeb mill-kowcis tant li ergajna laghbna l-istess fl-ahhar loghba ukoll. Wara din ir-rebha il-moral kien gholi ghax issa hekk kelna 6 loghbiet bla telfa bic-cans li insalvaw bla telf fit-tieni rawnd!

L-ahhar loghba. Dik kontra il-Busy Bee. It-tensjoni kienet mghola is-smewwiet ghalina. Ridna rebha bilfors biex insalvaw. Il-kowc flokk is-soltu kliem ta qabel il-loghba ippreparalna video li fih kien hemm migbura hafna mill-mumenti ta preparament ghal din l-ahhar loghba. Rajna lilna infusna fis-sajf qabel beda il-lig nigru fuq ir-ramel u sessjonijiet ohra ta tahrig fejn konna inhlibna. Il-video tistghu tarawh hawn.

Konna ilna 8 xhur nippreparaw ghal loghba bhal din. Konna lesti. Infatti Trampi vs Busy Bee 3-0! Ma hemmx kliem biex tiddiskrivi l-atmosfera li irnexxilhom joholqu is-sapporters taghna!! Bizzejjed nghid li ghal loghba ta bicca tim biex izomm postu fit-tielet divizzjoni kien hemm aktar minn 30 ruh!! GRAZZI kbira mill-qalb f'isem kull min hu Trampi tmur ghas-sapporters kollha (anka dawk imsiefrin :p) ta dak kollu li erg ajtu ghamiltu ghalina dan l-istagun. Inutli nghid li wara tghidx kemm qbizna u xrobna flimkien.

Hekk spiccajna fir-raba' post fil-lig, tlett punti biss il-boghod mit-tieni post u bla telfa fit-tieni rawnd fejn gbarna sbatax (17!!) il-punt mill-21 disponibbli!! Xi haga kbira hafna!! Kollu grazzi ghax-xoghol bla waqfien tal-kowcis, ghal-volonta kbira ta taghlim tal-plejers u ghad-dedikazzjoni tas-sapporters. Spicca stagun iehor tal-genn!! Issa bix-xieraq ghandna ftit gimghat ta mistrieh.

Ippermettuli nghalaq fuq nota personali. Nota li tikkuntrasta bil-kbir ma dak li ktibt qabel. Infatti, nixtieqkom tinghaqdu mieghi ilkoll u fit-talb taghkom izzommu f'qalbkom lil habibti u lil-guvni taghha li kellu accident tat-traffiku u jinstab hazin l-isptar. Dai Luca che c'e la fai, non mollare!!!

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo

Sunday, April 18, 2010

Mid-Djarju Tal-Captain ta Trampi (19)

AC Trampi vs Tal-Werqa SG 0 -0!! Punt iehor gewwa kontra t-tim li qieghed fl-ewwel post fil-klassifika. Dan jghamilhom 10 punti minn 12 fl-ewwel 4 loghbiet tat-tieni rawnd (l-istess punti li gabru Tal-Werqa u aktar minn dawk li gabru it-timijiet l-ohra kollha)!!! Nahseb qed nuru bic-car l-intenzjoni taghna li nergghu inkunu hemm fit-tielet divizjoni is-sena id-diehla ukoll. Hemm qeghdin, fadal l-ahhar tlett loghbiet, tlett finali ghalina!!


It-tim Tal-Werqa

Zewg kelmiet fuq il-loghba. Kienet loghba tattika hafna fejn iz-zewg timijiet riedu rebha, Tal-Werqa biex kwazi jassikuraw ruhom mill-ewwel post fil-lig li ifisser promozzjoni ghat-tieni divizjoni u ghalina biex intejbu aktar il-possibilta li insalvaw. Iz-zewg timijiet kellhom l-okkazjonijiet taghhom, pero, b'sincerita kbira nghid li bil-punti r-rebha kienet tkun taghna ta Trampi. Bir-rispett kollu lejn Tal-Werqa SG, li minn hawn nghidilhom iva haqqkom tirbhu il-lig ghax intom l-ahjar tim bla ebda dubju, pero ma konna inkunu sraqna xejn kieku hrigna bit-tlett punti mil-loghba. Filfatt, il-plejers taghna urew disaprovazzjoni lejn ir-rizultat fejn hafna qalu: "li kieku zammejt dak il-ballun ahjar…" jew "li kieku qassamt ahjar…" jew "li kieku ilqadt dak il-ballun…" Jien nghid li kieku gbarna xi punti fl-ewwel rawnd kieku … u ha nieqaf hemm inhalli lilkom tkomplu is-sentenza!!

Sadattant bqajna ghaddejjin bil-preparamenti ghal-ahhar tlett loghbiet/finali tal-lig. Loghbiet li se ikunu wahda fl-ohra, infatti f'temp ta sebghat ijiem inkunu laghbnihom kollha. L-ewwel wahda hi nhar it-Tnejn 19 t'April fis-6:30pm gewwa Haz-Zabbar kontra Demons. Tim li fl-ewwel rawnd tawna tidwira tajba bl-iskor kien spicca dak umiljanti ta 4-0!! Ghalhekk nitlob lis-sapporters taghna jergghu jigu bi hgarhom hekk kif ghamlu matul l-istagun kollu. Din id-darba, jekk hu possibli, igibu aktar nies u entuzjazmu maghhom ghax wasalna fl-ahhar tidwira tat-tigrija u hi l-aktar wahda importanti ghalina!!

Roland u Gilbert... chi gli ha visti?

Ippermettuli nghamel avviz zghir: Intilfu zewgt iplejers ta A.C. Trampi; Rolan Cassar u Gilbert Darmanin!! L-ahhar ahbarijiet li kelna fuqhom kienu li Rolan kien mitfuh fuq xi sodda jitghazzen, tant li issa il-mara tieghu se ikollha zewgt itrabi x'tiehu hsieb miskina!! U fuq Gilbert qalulna li qieghed jiccekja zrara zrara u ramla ramla il-materjal ta kostruzzjoni tac-Caqnu biex jara hux tajjeb ghal-uzu. Min ghandu xi informazzjoni fuqhom hu mitlub jidhol fuq il-websajt taghna www.actrampi.com u jikkuntatjana jekk jogghobkom!!

Justin "Pato" Psaila

Tajjeb nghid ukoll li bhalissa ftit imhassbin fuq Justin 'Pato' Psaila li jinstab imwehhel go l-iSvezja wara li telgha hemm fuq xoghol (hekk qal hu, nisperaw li ma marx fuq xi trial minghajr ma qal lil hadd!) u issa hemm l-ajruport maghluq habba id-duhhan li hiereg mill-vulkan ta l-Islanda!!

Nghalaq billi nawgura l-isbah xewqat lil Wayne Mizzi f'gheluq sninu ghada!
L-appuntament tieghi maghkom ikun ghal-gimgha ohra u bhas-soltu nghalaq bil-famuza;

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo

Thursday, April 01, 2010

Mid-Djarju tal-Captain ta' Trampi (18)

Nibda billi nghid Trampi vs Gladiators 5 -2 u Trampi vs Riviera 4 -2!!! Dan ifisser li hadna 9 punti fl-ewwel tlett loghbiet tat-tieni rawnd!! Kienu zewg loghbiet tajbin ghalina fejn urejna il-grinta u l-ghaqda li hemm bejnietna. Bdiet tidher ukoll it-tip ta loghba li qieghed jipprova iwasslilna il kowc Renzo 'Sit Down' Kerr-Cumbo. Bhal issa il-klassifika tghid li qeghdin punt il-boghod mill-ahhar post u 4 mit-tielet post!! Dan juri kemm verament ghandna lig ibbilancjat u miftuh ghal kollox. Fadlilna 4 loghbiet ohra, hemm bzonn ta 4 finali ohra halli il-holma taghna li nibqghu nikkompetu fit-3 divizjoni issehh. Ejja yellows ahna kapaci!!!

Il-loghba li imiss tidher li se tkun l-aktar wahda iebsa meta fil-fatt se niltaqghu ma Tal-Werqa SG li qeghdin fl-ewwel post tal-klassifika b'vantagg ta 5 punti fuq it-tim ta warajhom. Madanakollu jien konvint li ahna se intuhom loghba tajba u naraw jekk jirnexxilnix noholqu xi sorpriza ukoll, min jaf?

Li hu zgur hu li fil-loghba mhux se inkun qeghdin nilghabu ghalina biss izda ukoll ghal membri familjari ta Conrad 'Conimex Special' Dimech u Charlie 'il-Groundsman' li gew nieqsa din il-gimgha. L-ghomor imur lil familji taghhom u inweghduhom li inzommuhom fit-talb taghna hekk kif ghamilna fl-ahhar tas-sessjoni ta' tahrig!
Bla dubju se ikun qed jinhass nieqes ukoll is-sapport ta Sarah 'Capo Ultras' Pace li f'Hadd il-Ghid li se titlaq ghal esperjenza ta 7 xhur go Spanja. Sarah kienet strumentali fit-twelid ta Trampi Supporters Club jew kif ahjar nafuhom ahna Trampi Friends, fejn dejjem kienet tfakkar lis-sapporters taghna meta u fejn ghandna il-loghob u theggighom jinzlu jarawna u jaghtuna is-sapport taghhom. Kien gest sabih mill-kumitat ta Trampi li nizzel lil Sarah fil-line-up tal-loghba kontra ir-Riviera biex b'hekk hi kellha l-opportunita' li tkun fil-pitch mat-tim, kif ukoll inghatat ballun bil-firem ta kulhadd fi hdan AC Trampi. F'isem it-tim kollu, plejers u kowcis, nawgura lil Sarah ghal din l-esperjenza. Ahna se inkunu qed nilghabu ghalik ukoll!!

Mela l-appuntament taghkom ma l-aktar tim segwit fix-xena tal-futsal f'Malta hu nhar l-Erbgha 7 t'April 2010, ghal-loghba Trampi vs Tal-Werqa fis-6:30pm gewwa l-iMqabba.

Ma nistghax ma nghalaqx billi nawgura lil kulhadd l-Ghid tajjeb lilkom u lill-familji taghkom, kemm plejers, kowcis, sapporters, hbieb u avversarji.

Bhas-soltu

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo

Tuesday, February 09, 2010

Conrad jilhaq livelli godda

Hafna nkwetaw fuq dak li deher bhala ncident li kellu Conrad fl-ahhar
sessjoni ta' tahrig is-sibt li ghadda.
Imma x'gara ezattament? Anki madwar AC Trampi, il-paparazzi ma
jonqsux. Dan ir-ritratt jizvela l-livelli godda li Dimech qed jilhaq!

Monday, February 08, 2010

Mid-Djarju tal-Captain tat-Trampi (17)

Beda it-tieni rawnd tal-lig, jew ahjar nghid ir-rawnd ta Trampi! Infatti: Trampi vs Fact Futsal 6 – 2!! Fl-ahhar waslu ukoll il-punti barra il-prestazzjoni tajba tat-tim. Rebha importanti hafna barra ghal-klassifika anki ghal-moral tat-tim kollu. Wara hafna loghob tajjeb, jekk naqtghu barra il-loghba kontra Demons, fejn ma gbarna l-ebda punt waslu tlett punti vitali ghal-kumplament ta l-istagun. Bhalma gara is-sena l-ohra nisperaw li tkun l-istess din, fejn fit-tieni rawnd gbarna dawk il-punti li fallejna fl-ewwel wiehed.

Nigu ghal-loghba. Loghba li kienet prattikament dominata minn Trampi mill-bidu sa l-ahhar hlief ghal xi 3 minuti f'nofs it-tieni taqsima fejn Fact Futsal ipprovaw jergghu jidhlu fil-loghba meta skurjaw zewg gowls meta pero kienu diga hamsa minn taht. L-ewwel taqsima kienet kwazi perfetta fejn l-iskor spicca dak ta 3-0 ghalina. Biex umbaghad kif ghidna l-iskor gie dak ta 5-0 sakemm gie 5-2. Dan kien punt krucjali fil-loghba fejn setghet daret il-folja. Imma mhux dakinar, mhux dik il-loghba, mhux il-Fact Futsal. Le! Trampi ergajna skurjajna biex ghalaqna il-bieb f'wicc l-avversarji u hadna it-tlett punti. Il- gowls kienu tnejn ta' Conrad 'Conimex Special' (kien hu li fetah l-iskor), Mark 'Fulmine' Spiteri li b'hekk sebbah ir-ritorn tieghu fit-tim, tnejn ta' Chris 'il Cecchino' (b'gowl ta l-istampi b'xutt mil-ewwel bil-ballun gej fl-gholi minn naha l-ohra u freekick minn tieghu) u Rolan Cassar li ghalaq bis-sitt gowl ghal Trampi!! Ippermettuli nghid li mhux il-websjat biss ghandna sura!!!!!!

Din kienet l-ewwel loghba minn sebgha fit-tieni rawnd, mela fadal sitta – sitt finali iridu ikunu ghalina ghax hemm bzonn dawk il-punti halli il-holma tieghi, li nilghab indoor ma Trampi, issehh is-sena id-diehla meta sirna nafu li issa anki dawk li qeghdin fit-tielet divizjoni se jibdew jilghabu indoor. Jiena cert li b'dan it-tim nevitaw ir-relegazzjoni jekk nibqghu naghtu dejjem il-100% taghna.

Issa pero induru ghal-pagna ohra. Pagna ohra fl-istorja ta Trampi tista' tinkiteb nhar il-Gimgha 12 ta' Frar meta fid-9:15 se nilghabu kontra Kirkop Utd go Ghajn Dwieli. Partita mit-tieni rawnd tat-tazza, tazza li qatt ma ghaddejna rawnd ghadna!! Ghalhekk nistieden lis-sapporters u lil dawk kollha hbieb taghna (li huma numru kbir) jigu jaghtu is-sapport taghhom lit-tim. Ta min jghid li kontra Fact Futsal is-sapporters taghna hemm regghu kienu bi hgarhom jghajtu anki meta Alla fettillu jiftah bibien is-sema u beda niezel ftit ilma mhux hazing!! Grazzi bhal dejjem J Bhala preparamenti ghal din il-loghba tat-tazza Trampi mistenni ikollu partita ta hbieberija it-tlieta imma dettalji m'ghandix.

Bhal dejjem,

FORZA TRAMPI

il-CaPiTaNo

Monday, January 25, 2010

Supporters dejjem...

Jidher li uhud mis-supporters akkaniti taghna isibu l-hin sahansitra sabiex jigbdu ftit is-saqajn ukoll!
Sehibna Gabriel iddecieda li jdahhakna ftit b'editing helu ta' ritratt mehud minn Doreen Saliba.
Mela.... thanks :)

Friday, January 01, 2010

Mid-Djarju tal-Captain tat-Trampi (16)

Is-sena it-tajba lil kulhadd!! Wahda mir-rizoluzzjonijiet tieghi hi li nibqa inzomm dan id-djarju kull gimgha – ha nipprova!

 

Hemm hafna xi nghid u allura ha inkun qasir fuq kollox. Il-lig ilu li beda u diga ghaddew l-ewwel 4 loghbiet, fejn hadna rebha wahda u tlifna tlieta biex ninsabu fl-ahhar post tal-klassifika bi 3 punti. Pero dan ma jaqtaghlix qalbi ghax nemmen fil-potenzjal tat-tim u cert li minn issa il quddiem se inqumu ghal-okkazzjoni u nibdew nigbru aktar punti, ejja yellows!!

 

Ta min isemmi li dan l-istagun tlifna 2 plejers bhal Steve 'Iron Man' Pace u Clifton 'Sonic' Calleja li habba impenji personali ma setghux ikomplu. J'Alla nergghu narawkom bil-gear l-isfar fi ftit zmien :p Tajjeb nghid ukoll li bhalissa hemm 2 plejers godda li qeghdin bi prova maghna ghal ftit zmien biex umbaghad ikunu il-kowcis li jaraw jekk dawn jinghaqdux mat-tim jew le. Dawn huma Joseph Gilson u Mario (jintgharfu mill-ewwel ghax huma l-itwal tnejn :p). Tajjeb insemmi li Mario (skuzani siehbi imma ma nafx x'kunjomok!) sar jaf bina grazzi ghal-websajt taghna: www.actrampi.com. Nawguralhom li juru il-potenzjal taghhom biex ikunu jistghu ikunu ta ghajnuna ghal Trampi.

 

Ma nistghax ma insemmix il-highlight tas-sena 2009: il-Pasta Night ta Trampi li giet organizzata mill-ultras Diane Mifsud u Sarah 'Capo Ultras' Pace, li kienu mghejuna minn bosta plejers. Grazzi kbira tax-xoghol, hallejtuni bla kliem. Sfortunatament jien ma stajtx inkun prezenti dakinhar allura ma nistghax nitkellem fuq is-serata imma minn dak li qaluli kienet success kbir (ma kellix dubbju meta nara l-ismijiet ta min ha hsieb, nies kapaci hafna) – prosit mill-gdid!!

 

Biex niccelebraw flimkien il-bidu ta sena gdida ha nistieden lil kulhadd (gibu in-nies ha niehdu gost) jattendi ghas-sessjoni ta tahrig li imiss li se tkun is-Sibt fit-3 ta wara nofsinhar fejn se nghamlu 'partitella in famiglia' li se tkun utli ghal-kowcis biex jghazlu it-tim ghal-loghba tal-lig ta nhar l-Erbgha li gej. Wara forsi niehdu drink flimkien u nghidu zewg kelmiet bhas-soltu.

 

Mela, f'isem it-tim nawgura lil kulhadd, hbieb u avversarji, sena mimlija sahha u paci. U bhal dejjem:

 

FORZA TRAMPI

Il-CaPiTaNo