Pages


Wednesday, November 30, 2011

Chris Formosa fil-Futsal Malta Association

AC Trampi huma onorati li l-President tal-club Chris Formosa ġie appuntat bħala assistant segretarju fl-assoċjazzjoni l-ġdida Futsal Malta Association. Din l-assoċċjazzjoni hi rikonuxxuta b’mod uffiċjali mill-MFA li minn sena oħra ser tkun qed tieħu ħsieb il-kompetizzjonijiet tal-FUTSAL f’Malta. F’isem il-kumitat, il-coaching staff u l-plejers ta’ AC Trampi nixtiequ nifirħu lill-president tagħna għal din il-kariga ġdida fil-ħidma tiegħu għall-ġid tal-FUTSAL Malti.

Friday, November 25, 2011

Pass lejn id-direzzjoni t-tajba

Il-logħba kontra ż-Żebbuġin riedet isservi ta’ test biex AC Trampi juru l-veru valur tagħhom. Għal-maġġor parti tal-logħba dan urewh. Għad jonqos aktar ħażen u preċiżjoni taħt il-lasta avversarja biex jaslu il-gowls li jistgħu isarfu f’punti fil-klassifika.

Fl-ewwel taqsima AC Trampi sofrew mill-pressjoni li Żebbuġin bdew jagħmlu biex jaslu għall-gowl. Kienu abbli biex iwasslu l-ballun viċin tal-lasta ta’ AC Trampi bi ftit passes. Din il-pressjoni waslet għall-karta safra kontra Magri fid-9 minuta u l-ewwel gowl għalihom minuta wara. Bil-mod il-mod AC Trampi bdew jakkwistaw il-kunfidenza u bdew jimbuttaw lura liż-Żebbuġin fiż-żona tagħhom. Ir-riżultat ta’ dan kien serje ta’ corners bejn is-17 u l-20 minuta fejn Magri u Formosa pruvaw jippenetraw id-difiża u l-gowler taż-Żebbuġin b’diversi xuts minn barra. Sfortunatament il-gowl ma wasalx u minflok wasal it-tieni gowl taż-Żebbuġin fil-21 minuta. Fit-23 minuta ż-Żebbuġin jingħataw penalty ftit diskutibli. Biss il-goaler ta’ AC Trampi Xuereb laqa’ u rnexxielu jżomm l-iskor ta’ 2-0 sat-tmiem tal-ewwel taqsima.

Xuereb kompla kien il-protagonist fit-tieni taqsima fejin irnexxielu jsalva diversi azzjonjiet anke meta ġew żewġ plejers avversarji waħedhom kontrih f’aktar minn okkażżjoni waħda. Kif wieħed kien jistenna fit-tieni taqsima kienu AC Trampi li poġġew il-pressjoni fuq it-tim avversajru. Iż-Żebbuġin min-naħa tagħhom rnexxielhom ikunu perikolużi b’azzjonijiet ta’ kontra attakk. Fis-6 minuta Rapinett skurja l-ewwel gowl ma’ AC Trampi biex ipoġġi l-iskor għal 2 b’1. Dan għin biex itella l-moral u nħolqu diversi azzjonijiet perikolużi biex jasal il-gowl tad-dro. Il-fortuna ma għinitx imma għax Falzon u Formosa ix-xutts tagħhom spiċċaw fuq il-lasta.

Saturday, November 19, 2011

Lenti fuq St Helen's Band Club vs AC Trampi


AC Trampi bdew l-logħba b’mentalità aggressiva fejn ma bdewx jagħtu ċans lill-avversarji jilgħabu u dan beda jagħti l-frott fl-ewwel minuti. Infatti fit-8 minuta AC Trampi marru fil-vantaġġ. Formosa jixxuttja mill-bogħod, bil-goaler ma’ jaħtafx u Falzon ipoġġi l-ballun fix-xibka. Sammut kien viċin t-tieni goal b’xutt li jgħaddi ftit barra. Fil-11-il-minuta riżultat ta’ żbalji mill-plejers ta’ AC Trampi jasal il-gowl tad-dro ta’ St Helen Band Club. It-tim Karkariż imur fil-vantaġġ 5 minuti wara minn żball ieħor difensiv. Fit-18-il minuta AC Trampi jiskbu l-gol tad-dro.  Freekick moghti minn Sammut jaħbat mal-barriera u mir-rebound ikun Pawlu Mizzi li b’xutt tajjeb jpoġġi l-ballun fil-kantuniera. Ta’ min jinnota wkoll id-diversi saves li għamel Xuereb, goaler ta’ AC Trampi, biex iżomm ir-riżultat 2-2 fl-ewwel taqsima.


Fit-tieni taqsima Dimech daħal minflok Xuereb wara li dan tal-aħħar weġġa wiċċu wara xutt mill-viċin. F’ħin qasir St Helen Band Club jiskurjaw żewg gowls biex dawru l-logħba 4-2 favurihom. Ir-reazzjoni ta’ AC Trampi kienet fjakka u li ma kienx għas-saves brillanti ta’ Dimech il-gowls faċilment setgħu kienu aktar. B’azzjoni personali Steve Falzon jivvinta gol sabiħ mid-distanza b’nofs it-tieni taqsima li ta xi ftit kuraġġ lil AC Trampi.  Biss f’erba minuti jaslu erba’ gowls minn St Helen Band Club li b’hekk aċċertaw ruħhom minn rebħa komda. L-uniċi ftit reazzjonijiet ta’ AC Trampi kienu żewġ xuttijiet ta’ Mark Spiteri u Brian Gauci fl-aħħar minuti.

Nisperaw li din kienet biss diżavventura tal-ewwel logħba u l-plejers ta’ AC Trampi jagħrfu jerrejaġixxu fil-logħba li jmiss nhar l-Erbgħa li ġej kontra Żebbuġin.

Wednesday, November 16, 2011

RnD Ltd. sponsors AC Trampi

Bi pjaċir nixtiequ nħabbru li din is-sena il-first aid kit supplies ser ikunu qegħdin jiġu provuduti minn RnD Ltd. AC Trampi jixtiequ jirrangrazzjaw lil RnD Ltd. ta' din is-sħubija u l-fiduċja li qegħdin juru fit-tim. Għall-aktar informazzjoni tista’ tikkuntatja lill-kumpanija permezz tal-indirizz email info@rnd.com.mt

Saturday, November 12, 2011

Lejlet id-debutt (2)

Illum kien imiss lill-assistent coach Daniel Fenech li jwieġeb għall-istess domandi li poġġejna quddiem il-coach. Tassew li ma tantx ilu fil-familja, biss huwa fatt fuq fomm kulħadd li Daniel, bil-karattru spontanju, cajtier imma matur tiegħu, rebaħ il-fiducja ta' kulħadd. Bħas-soltu f'xi gear tal-Milan, Daniel tana dawn it-tweġibiet:

Fejn taħseb li t-tim investa s'issa sabiex jibda jibni triq posittiva għall-istaġun li ġej? X'kambjamenti osservajt?
F'dan żmien tal-pre-season investejna ħafna fil-karattri tal-membri li jiffurmaw l-iskwadra finali ta' AC Trampi. Tagħzel bejn 25 player b'karatteristici u kwalitajiet differenti ma kienx facli, u bħala coaches iddecidejna li nagħzlu l-iktar players, li skond l-opinjoni tagħna, mhux biss tajbin bil-ballun imma jagħmlu l-ġid lill-ispirtu tat-team.
Nemmnu li l-ambjent hu importanti biex it-team jieħu identità tiegħu u fl-aħħar mil-aħħar biex jagħtina logħbiet u rebħiet sbieħ.  Jien is-sena l-oħra ma kontx parti minn dal-grupp sabiħ allura m'jienx f'pożizzjoni li ngħid li rajt kambjamenti jew le. Madankollu, f'dawn ix-xahrejn u nofs rajt kambjamenti kbar fil-players, kemm fil-fitness, dixxiplina fil-ground, kif ukoll fir-rieda tal-players biex jgħinu lil xulxin u jiġbdu l-istess ħabel.

Xi prospettivi tara għal dan it-tim din is-sena?
Nemmen li t-team tagħna m'għandu xejn inqas minn ħaddieħor u għandu l-forza fl-unità tiegħu.  Jekk it-team jemmen fil-kapacitajiet tiegħu ikollna riżultati tajbin ħafna.  Bħala coaches ma qagħdniex nenfasiżżaw mal-players li irridu bilfors niksbu l-promotion għat-tielet diviżjoni għax nippreferu nimxu logħba wara l-oħra, pero l-ingredjenti biex nimxu 'l quddiem hemm qegħdin.

Kemm taħseb li huwa mportanti s-"sitt" plejer fil-grawnd?
Is-support jagħmel dejjem parti minn kull sport u huwa importanti għax f'ħafna okkażżjonijiet jagħmel id-differenza u jagħti l-enerġija lil-players fil-ground.  Minn hawn nixtieq inħeġġeġ lis-supporters tagħna biex jiġu jarawna bi ħġarhom f'kull logħba. Nifhem li din is-sena ħa nilghabu barra u fl-istaġun tax-xitwa ħafna nies jippreferu joqgħodu għall-irdoss id-dar, pero egħżież supporters intom parti mill-identità tat-team tagħna u l-għajnuna tagħkom napprezzawha.

Friday, November 11, 2011

Lejlet id-debutt

Ħamest ijiem oħra sabiex AC Trampi jiddebuttaw fil-kampjonat tal-Futsal għad-disa' sena konsekuttiva. Taħt it-tmexxija attenta tal-coaches Duncan u Daniel, AC Trampi ser jiltaqgħu kontra avversarju Karkariż, eżattament St Helen Band Club nhar l-Erbgħa 16 ta' Novembru fis-18:30 ġewwa Ħaż-Żabbar.

It-tim wara dan il-blog, ħaseb li jieħu l-kummenti tal-coach, bħal f'konferenza stampa ta' qabel dan id-debutt. U bħal dejjem, Duncan ma qagħadx lura milli jirrispondi bi kliem meqjus, li bħal ikla bnina, jħallilek togħma tajba.


Fejn taħseb li t-tim investa s'issa sabiex jibda jibni triq posittiva għall-istaġun li ġej? X'kambjamenti osservajt?
It-tim investa fil-persuni. Il-kunċett hu li biex tim jilgħab tajjeb, irid ikun ibbażat fuq nies li għandhom storja li jġorru magħhom ta' kuljum. Minn hemmhekk imbagħad sar proċess t'għażla fejn trialists kif ukoll trampi tas-sena l-oħra ngħataw iċ-ċans li juru lil coaches li kapaċi jkunu parti minn Trampi ta' din is-sena.

Tajjeb illi ngħidu li fl-equation mhux biss daħal l-element kalċistiku imma l-element uman kif ukoll l-ispirtu kollettiv li kull player jista' jagħti lil Trampi. Kambjamenti saru b'mod individwali - naħseb kien hemm shift fil-mentalità tal-players.

Xi prospettivi tara għal dan it-tim din is-sena?
Din is-sena t-tim għandu potenzjal li jagħti wirjiet sbieħ. Għan personali tagħna l-coaches hu li dan it-tim jemmen fih innifsu, jemmen li kapaċi daqs kemm aħna konvinti minnu.

Kemm taħseb li huwa mportanti s-"sitt" plejer fil-grawnd?
Is-support huwa krucjali fil-logħba... mhux biss huwa s-sitt player imma wkoll huwa l-partner tat-tim li fil-mumenti kollha għandu jkun hemm. Jien inħeġġeġ lis-supporters tagħna sabiex jkunu warajna u jagħtu s-support tagħhom. Tagħmel differenza zgur - anke fuq il-motivazzjoni tal-players.