Pages


Saturday, November 19, 2011

Lenti fuq St Helen's Band Club vs AC Trampi


AC Trampi bdew l-logħba b’mentalità aggressiva fejn ma bdewx jagħtu ċans lill-avversarji jilgħabu u dan beda jagħti l-frott fl-ewwel minuti. Infatti fit-8 minuta AC Trampi marru fil-vantaġġ. Formosa jixxuttja mill-bogħod, bil-goaler ma’ jaħtafx u Falzon ipoġġi l-ballun fix-xibka. Sammut kien viċin t-tieni goal b’xutt li jgħaddi ftit barra. Fil-11-il-minuta riżultat ta’ żbalji mill-plejers ta’ AC Trampi jasal il-gowl tad-dro ta’ St Helen Band Club. It-tim Karkariż imur fil-vantaġġ 5 minuti wara minn żball ieħor difensiv. Fit-18-il minuta AC Trampi jiskbu l-gol tad-dro.  Freekick moghti minn Sammut jaħbat mal-barriera u mir-rebound ikun Pawlu Mizzi li b’xutt tajjeb jpoġġi l-ballun fil-kantuniera. Ta’ min jinnota wkoll id-diversi saves li għamel Xuereb, goaler ta’ AC Trampi, biex iżomm ir-riżultat 2-2 fl-ewwel taqsima.


Fit-tieni taqsima Dimech daħal minflok Xuereb wara li dan tal-aħħar weġġa wiċċu wara xutt mill-viċin. F’ħin qasir St Helen Band Club jiskurjaw żewg gowls biex dawru l-logħba 4-2 favurihom. Ir-reazzjoni ta’ AC Trampi kienet fjakka u li ma kienx għas-saves brillanti ta’ Dimech il-gowls faċilment setgħu kienu aktar. B’azzjoni personali Steve Falzon jivvinta gol sabiħ mid-distanza b’nofs it-tieni taqsima li ta xi ftit kuraġġ lil AC Trampi.  Biss f’erba minuti jaslu erba’ gowls minn St Helen Band Club li b’hekk aċċertaw ruħhom minn rebħa komda. L-uniċi ftit reazzjonijiet ta’ AC Trampi kienu żewġ xuttijiet ta’ Mark Spiteri u Brian Gauci fl-aħħar minuti.

Nisperaw li din kienet biss diżavventura tal-ewwel logħba u l-plejers ta’ AC Trampi jagħrfu jerrejaġixxu fil-logħba li jmiss nhar l-Erbgħa li ġej kontra Żebbuġin.

No comments: