Pages


Sunday, November 07, 2010

Ftit sekondi ‘l bogħod mill-ewwel tliet punti

Gladiators Futsal Team vs AC Trampi – 6/11/2010 – 3-2

Il-logħba kontra Gladiators kienet waħda kruċjali għal AC Trampi. Wara l-wirja negattiva kontra Head Hunters FC, fil-logħba tas-Sibt AC Trampi riedu jerġgħu jsibu l-prestazzjoni u eventwalment l-ewwel rebħa. Il-prestazzjoni waslet. It-tim kien preżenti matul il-logħba kollha b'azzjonijiet sbieħ ta' Futsal. Sfortunament ir-rebħha ma waslitx għal ftit sekondi. Forsi riżultat tad-dro kien ikun aktar xieraq minħabba li fit-tieni taqsima Gladiators żiedu fil-prestazzjoni tagħhom. Anke riżultat favur AC Trampi ma kienx ikun wieħed qarrieqi iżda fl-aħħar mill-aħħar jgħodd min jiskurja l-aktar u dan irnexxielhom jagħmluh Gladiators. AC Trampi pattew bil-qares in-nuqqas li jiffinaliżżaw id-diversi azzjoniet li ħolqu. Min-naħa l-oħra d-difiża ta' AC Trampi ħadmet sew fejn spikkat is-saħħa u l-agoniżmu ta' Conrad Dimech, Joseph Mifsud u Chris Formosa (il-captain tal-bieraħ).

Fl-ewwel għaxar minuti AC Trampi ħolqu diversi azzjonijiet sbieħ ta' one twos li biss ma rnexxielhomx jiskurjaw f'azzjoniet minnhom anke sfortunati, eżempju il-ballun ta' Steve Falzon li għadda eżatt iħakkek mal-lasta fuq in-naħa ta' barra. Gladiators kienu aktar konkreti u mal-ewwel attakk fl-10 minuta marru fil-vantaġġ, fejn anke Wayne Dimech kien sfortunat li żelaq il-ballun minn idu. Steve Falzon iġib id-dro fl-14-il minuta. AC Trampi setgħu imorru fil-vantaġġ ftit sekondi wara minn penalty gwadanjat minn Steve Falzon. Formosa kien sfortunat li l-penalty jaħbat ma' wiċċ il-gowler avversarju.

Fit-tielet minuta tat-tieni taqsima Chris Formosa jagħmel azzjoni kollha personali. L-ewwel ix-xutt tiegħu jiġi salvat u fuq l-istess azzjoni jirkupra l-ballun li Gladiators ħarbu fuq kontrattakk. Conrad Dimech poġġa lil AC Trampi fis-6 minuta meta kien f'pożizzjoni tajba f'azzjoni ta' throw in. Fil-bqija tat-taqisma Gladiators żiedu fil-prestazzjoni iżda AC Trampi kienu kapaċi jilqgħu l-attakki. Il-gowler ta' Gladiators u l-lasta salvaw diversi drabi ir-riżultat għal Gladiators. Id-drama għal AC Trampi bdiet fit-23 minuta. Il-gowl tad-dro ta' Gladiators żviluppa minn freekick li għadda minn bejn il-barriera u ftit sekondi wara wasal ukoll it-tielet gowl f'wieħed mill-uniċi żbalji tad-difiża ta' Trampi.

AC Trampi iridu jkomplu jaħdmu fuq il-ħafna pożittiv tal-logħba tas-Sibt u jkunu aktar effettivi taħt il-lasta.


minn Adrian Zahra

No comments: