Pages


Thursday, October 14, 2010

L-ewwel punt tal-istaġun akkwistat kontra New Team Futsal Club

New Team Futsal Club vs AC Trampi – 13/10/2010 – 2-2

Wara d-dro emozzjonanti ta' erbgħa b'erbgħa ta' Frar tas-sena l-oħra, New Team u AC Trampi jergġħu jispiċċaw dro, din id-darba bl-iskor ta' tnejn bi tnejn. Il-logħba tat-Tlieta li għadda żgurissmu ma kelliex l-emozzjoni tal-logħba tas-sena l-oħra speċjalement fit-tieni taqsima fejn l-aħħar għaxar minuti kienu neqsin minn azzjonijiet denji ta' nota.

Il-punti pożittivi għal AC Trampi intwerew fl-ewwel taqsima fejn il-plejers kollha li daħlu segwew l-istruzzjonijiet tal-coaches. Tattikament il-plejers kienu ħafna aħjar mil-logħba kontra l-Fugazi5 u għal ħin twil urew logħob ta' Futsal sabiħ. Kienu f'dawn il-ħinijiet fejn AC Trampi kienu aħjar fil-grawd mit-tim avversarju u marru żewġ gowls minn fuq. Fl-aħħar ħames minuti tal-ewwel taqsima u l-ewwel minuti tat-tieni taqsima New Team bdew iżidu l-pressjoni u dan wassal għaż-żewġ gowls tad-dro. F'dawn il-ħinijiet AC Trampi dehru pjuttost mifxulin u plejers individwali bdew jippruvaw issolvu l-logħba. Iżda bil-mod il-mod it-tim beda jerġa jsib il-pożizzjoni fil-grawnd u l-logħob reġa beda ġej. Sfortunament, imma l-gowl tar-rebħa ma wasalx.

Il-protagonisti għal AC Trampi kienu ż-żewġ Steves. Steve Falzon, apparti l-ewwel gowl fit-tlettax-il minuta, kien protagonist ta' diversi kontra attakki. Wieħed minn dawn il-kontrattakki wassal għat-tieni gowl minn Justin Psaila. Fit-tieni taqsima Falzon reġa kien viċin għall-gowl imma l-ballun imur bi ftit barra. Fis-7 minuta tat-tieni taqsima Falzon reġa prova xortih minn nofs il-grawnd bil-ballun jerġa jmur barra. Fit-tieni minuta tat-tieni taqsima ta' min ukoll jinnota ċ-ċans li kellu Chris Formosa, biss l-istess bħall-azzjonijiet l-oħra l-ballun jaddi ftit 'il bogħod mil-lasta.

Steven Xuereb min-naħa l-oħra salva l-lasta ta' AC Trampi diversi drabi. Fit-23 minuta tal-ewwel taqsima Xuereb irnexxielu jibblokka l-ballun meta plejer ta' New Team ġie waħdu quddiemu. Fit-tieni taqsima reġa rrepeta ruħu b'żewġ saves tajbin konsekuttivi fl-istess azzjoni.

Apparti ż-żewġ gowls, New Team laqtu l-lasta darbtejn fl-aħħar ħames minuti tal-ewwel taqsima.

Mill-azzjonijiet murija id-dro kien xieraq għaż-żewġ timijiet.

minn Adrian Zahra

No comments: