Pages


Tuesday, November 02, 2010

AC Trampi fi kriżi ta’ logħob


Head Hunters FC vs AC Trampi – 1/11/2010 – 5-3

Il-logħba bejn Head Hunters FC u AC Trampi bdiet fuq nota pjuttost pożittiva għal AC Trampi fejn f'temp ta' tliet minuti Justin, Chris u Conrad kienu viċin tal-gowl fi tliet azzjonijiet separati. Sfortunatament aktar ma beda jgħaddi l-ħin it-tim beda jintilef u ftit beda jsegwi l-istruzzjonijiet li kien ta l-kowċ, qabel u waqt il-logħba. Dan irriżulta fl-ewwel gowl għal Head Hunters FC fejn wara li l-freekick ta' David Magri jaħbat mal-barriera, it-tim jaħrab fuq kontrattakk u jasal il-gowl ta' vantaġġ. Steve Xuereb għal diversi drabi kellu jsalva l-lasta ta' AC Trampi biex ma jasalx it-tieni gowl fejn plejers ta' Head Hunters FC bdew jaslu waħedhom quddiem il-lasta. Ftit tamiet feġġew bil-gowl ta' Justin Psaila li kien qiegħed tajjeb fuq it-tieni lasta fl-għotja ta' corner.

It-tieni taqisma kompliet minn fejn spiċċat l-ewwel taqsima b'diversi kontrattakki ta' Head Hunters FC. Fit-tielet minuta Head Hunters jerġgħu jmorru fil-vantaġġ wara li skurjaw penalty. Steve Xuereb f'tentattiv li jwaqqaf il-plejer avversarju jieħu saqajh minflok il-ballun bir-referees jagħtu l-penalty. L-azzjonijiet ta' AC Trampi kienu iżolati fejn kultant kienu anke sbieħ u elaborati bejn diversi plejers. Il-gowl tad-dro minn Chris Formosa jasal wara azzjoni konvulsa fejn il-gowler ta' Head Hunters FC isalva tliet darbiet konsekuttivi il-lasta. Fit-13 u l-15-il minuta iż-żewġ timijiet jirrispondu lil xuxlin b'żewġ gowls fi żmien ta' 2 minuti. Il-gowl ta' AC Trampi jerġa jasal minn Chris Formosa. L-aħħar ħames minuti kienu drammatiċi. Ir-raba' gowl ta' Head Hunters FC jerġa jasal minn kontrattakk ieħor fejn wara li Steve Xuereb jippanċja, Steve Falzon bl-aktar mod sfortunat, wara li nieżel lura biex jiddefendi l-kontrattakk, jitfa l-ballun fil-lasta tiegħu stess. Id-drama tkompli meta Wayne Dimech, li kien biddel lil Steve Xuereb biex iservi bħala l-ħames plejer, inqabad barra u minn nofs il-grawnd jasal il-ħames gowl.

Din il-ġimgħa mhux ħa tkun waħda faċli għal AC Trampi. Soluzzjonijiet iridu jinstabu malajr minħabba li nhar is-Sibt jerggħu jirritornaw fl-azzjoni kontra Gladiators Futsal Club. Nistennew u naraw.

No comments: