Pages


Thursday, September 23, 2010

Debutt deludenti għal AC Trampi

L-ewwel ħruġ għal AC Trampi f'dan l-istaġun sfortunatament ma kienx wieħed pożittiv. Id-debutt ta' Joseph Mifsud u r-ritorn ta' Steve Falzon ma servewx biex tawh l-ewwel rebħa lit-tim. Wara l-wirja pożittiva kontra t-tim tal-ewwel diviżjoni Luxol Amazon Cinco il-moral kien wieħed għoli. Dan kien qed jintwera fl-ewwel minuti tal-logħba fejn anke morna fil-vantaġġ. Justin Psaila wara diversi staġuni jerġa jirrotorna għall-gowl, għalkemm fl-aħħar mill-aħħar ir-ritorn għall-gowl kien wieħed qares. Bil-mod il-mod it-tim beda jitlef is-shape u ma bediex isegwi mal-pjanijiet tatttiċi miftiehma. Dan wassal biex Fugazi5 bdew jippressaw u anke wasal il-gowl tad-dro. Il-coach Renzo Kerr Cumbo beda jbiddel il-plejers iżda ftit dan beda jħalli l-frott mixtieq. Il-gowler Wayne Dimech irnexxielu jsalva gowl magħmul fl-20 minuta. Biss f'temp ta' ftit minuti, fil-21 u fit-23 minuta, Fugazi5 skurjaw it-tieni u t-tielet gowl fejn fiż-żewġ gowls l-element difensiv ma kienx xi wieħed impekkabli. L-ewwel half jispiċċa tlieta b'wieħed għal Fugazi5.

It-tieni half beda minn fejn spiċċa l-ewwel half fejn dak li kien qed jitlob il-kowċ ftit beda jiġi segwit. L-unika element pożittiv kienet il-lasta fis-7 minuta milquta minn Jonathan Sammut wara azzjoni individwali. Steve Falzon fl-istess azzjoni għal ftit ma jirnexxilux jilħaq il-ballun minn fuq is-second pole biex jiskurja t-tieni gowl. Il-kumplament tat-tieni half kompla ftit jew wisq fil-medjokrita. Kien biss fl-aħħar ħames minuti li reġa ħa l-ħajja. Steve Falzon irnexxielu jpoġġi fis-7 it-tieni gowl ta' Trampi minn freekick. Gowl stupend. Dan il-gowl reġa ta l-isperanza lil Trampi. Hawn hekk intwera l-karattru tat-Trampi u kienet l-adrenalina li tat il-kuraġġ biex forsi jinġieb id-draw. Fl-aħħar tliet minuti ġara minn kollox. Trampi għamlu s-6 foul u hawnhekk bdew il-penalties, li sarraf fir-4 gowl għal Fugazi5. Steve Falzon reġa skurja gowl ieħor stupend. Trampi sfurzaw biex iġibu d-dro. Biss Fugazi gwadanjaw penalty ieħor li għalkemm ma skurjawhx għinhom biex iżommu l-ħin favurihom.

X'wassal għal din it-telfa? Forsi l-emozzjoni tal-ewwel logħba? Nuqqas ta' konċentrazzjoni? Moral wisq għoli? Dawn zġur iridu jiġu megħluba fit-tieni logħba fit-12 t'Ottubru kontra n-New Team Futsal. Nistennew u naraw.

minn Adrian Zahra

No comments: