Pages


Wednesday, November 24, 2010

L-Istess Script, l-istess Tmiem

City Boys vs AC Trampi - 6-2

AC Trampi niżlu għal-logħba kontra City Boys bi tliet plejers regolari neqsin minħabba injuries: Kenneth Fiteni, Mark Spiteri u Conrad Dimech li qed isofri minn injury li ser iżommu barra mil-logħob għal diversi ġimgħat. F'din il-logħba reġa irritorna għal-logħob ma' AC Trampi wara nuqqas ta' sena Clifton Calleja.

Għalkemm dawn il-kambjamenti il-logħba kontra s-City Boys kienet f'diversi ċirkusatnzi sfortunatament l-istess bħal-logħob ta' qabilha. Tattikament it-tim kien aħjar mil-logħob ta' qabel imma żbalji fil-passaġġi u n-nuqqas ta' konkretezza taħt il-lasta kienu l-kaġun tat-telfa kontra City Boys. City Boys irnexxielhom jikkonkretiżżaw minn dawn l-iżbalji permezz ta' diversi kontrattakki permezz anke tal-aġilita tagħhom.

Il-logħba bdiet tajjeb ħafna għal AC Trampi fejn fl-ewwel 9 minuti marru b'żewġ gowls vantaġġ permezz tal-ewwel gowl ma AC Trampi ta' Joseph Mifsud u s-solitu Steve Falzon. L-ewwel gowl sar minn azzjoni tajba ta' Jonathan Sammut mal-linja l-leminija fejn dan qassam fin-nofs u Mifsud ikkonkretiżża fl-ewwel gowl. Il-gowl ta' Falzon ġie minn corner li kien inħoloq fuq save tal-goaler tas-City Boys fuq Rodney Bugeja. Imbagħad permezz tal-kontrattakki City Boys bdew jirmuntaw l-iżvantaġġ fejn spiċċaw l-ewwel taqsima fil-vataġġ ta' 3 bi 2.

It-tieni taqsima kompliet fuq l-istess nota fejn City Boys komplew iżidu r-riżultat għal 6 bi 2. Fl-aħħar 10 minuti AC Trampi resqu aktar viċin tal-lasta imma naqsu milli jkunu konkreti biex jiskurjaw. Azzjonijiet rilevanti f'din it-taqsima kienu s-salvataġġ fuq il-linja ta' Falzon wara biss ftit sekondi, is-salvataġġ tal-gowler ta' City Boys fuq Rodney Bugeja u s-salvataġġ stupend ta' Wayne Dimech (li daħal minflok Steve Xuereb fit-tieni taqsima) li salva milli r-riżultat ikompli jikber.

Il-logħba li jmiss tal-league hi f'Jannar. Nisperaw li l-bidla fis-sena iġġib bidla wkoll fir-riżultat.

No comments: