Pages


Wednesday, February 04, 2009

Resqin Vicin

Ilbierah sirna nafu li t-tim ta Demons iddecidew li jirtiraw mill-kompetizzjoni tal-futsal. Dan skont il-website tat-tim, http://www.demonsfutsalclub.com/. X'ifisser dan? Ifisser li l-loghbiet li jmisshom kontra Point Break Bobs u Mosta FC aktarx isarrfu f'walkovers ghal dawn ta' l-ahhar.

Aktar kmieni din il-gimgha, David Magri batilna e-mail interessanti li ghogob 'l hafna minnha. Gharrafna li skont http://www.maltafootball.com/ (il-website fejn wiehed jista' isib rizultati u fixtures tad-divizjonijiet kollha tal-futsal) Qormi FC rebhu 'l New Team Futsal Club 5-4 u ghalhekk ghamlulna xi ftit ta' pjacir fit-taqtiegha ghas-salvezza. Biss kienet ferha bla temma meta ftit granet wara sirna nafu li kienu New Team li hargu rebbiehin minn dan il-konfront u kien hemm zball fl-iscores!

Illum fit-20:30, gewwa l-Hamrun propju New Team Futsal Club se jkun l-avversarju ta' AC Trampi f'dik li bla dubju se tkun l-aktar loghba importanti ta l-istagun. Rebha taghti l-garanzija matematika lil AC Trampi biex is-sena li gejja nerghu narawhom fit-tielet divizjoni. Draw jew telfa jikkomplikaw hafna aktar l-affarijiet.

It-tim ta' Trampi iddecieda li ma jaghmilx kalkoli (ghax hemm wisq numri u nispiccaw ninsew kif nilghabu!). Nuru fil-grawnd li dak li pingejna f'loghbiet li ghaddew nistghu nerghu inpenguh issa. Ghalkemm bhal donnu domna ftit ma sibna saqajna pero issa t-tim jaf u qieghed jilghab. Xejn hlief il-101% minghand kulhadd ma jista' jwassalna lejn it-target taghna, izda ilkoll konvinti li bit-team spirit li jghaqqadna u l-loghob li tghallimna nilghabu tant tajjeb meta nitfghu mohhna hemm SE NASLU ghal dan.

Nota tal-ahhar. Ejja niehdu pjacir nilghabu futsal...bil-bajd u bil-mohh!

mela 1.
mela 2..
mela 3...
Trampi!

3 comments:

Anonymous said...

E siamo noi
e siamo noi
il paradiso siamo noi!!!!!!

forza trampi

Stephen Azzopardi said...

Jien habib tat-Trampi imma qatt ma kont gejt narakom tilghabu. Tajtuni pjacir (kien x'kien l-iscore) ghax rajt fikom il-grinta u l-volonta'. Naghmel mezz li nigi narakom aktar ta' spiss.

Forza Trampi u keep it up
Stephen Azzopardi
(mhux il-kowc ta!!!)

Anonymous said...

ghamilna loghba kbira guys. l-ispirtu hemm kien ghal hafna hin. Nibqghu nemmnu sal-ahhar...

... e siamo noi
e siamo noi
il paradiso siamo noi!