Pages


Thursday, February 05, 2009

Kelmtejn tal-Coach

Ftit tax-xhur ilu gejt avvicinat minn AC Trampi biex nikkowcjahom ghal dan is-season.  It-talba kienet wahda nteressanti, pero minhabba twemmin sportiv partikolari, kont lest biss naghmel dan jekk il-club ikun lest li jkollu lili biss bhala persuna li jiehu decizjonijiet fejn jidhol loghob.
 
Dak iz-zmien issa ghadda u t-tim jidher li ha postu iktar car fejn jidhlu regoli ta' ghagir u filosofija u mentalita.  Illum wasalna fi stadju fejn it-tim beda anke juri wirjiet sodisfacenti bi stampa ta' Futsal mixtieqa. 
 
Konna nafu li l-ghan taghna din is-sena hu li niggieldu biex nibqaw fit-3rd division u biex nibnu tim b'loghoba ahjar minn qatt qabel.  Nemmen li l-kontribut tieghi sewa biex din tal-ahhar, il-loghoba ahjar li kollha xtaqna, sibniha, pero dan sar biss ghax il-players riedu li jaslu.
 
F'zewg loghobiet partikolari, dik kontra Demons u dik kontra Qormi, inhoss li t-tim wera dak li jien xtaqt li nasslu ghalih.  Inkun onest qatt ma stennejt li ser naslu ghal dik it-tip ta' wirja f'sena, pero l'fatt li wasalna hija sodisfacenti.
 
Fil-loghoba li ghadna kemm laghabna kontra NewTeam ridna rebha biex nassiguraw ruhna mis-salvazzjoni.  Pero deher bic-car li NewTeam riedu l-istess.  Kienet loghoba missielta hafna li minkejja li hallietna mdendlin sal-ahhar, ninstab kuntent bil-prestazjoni tat-tim u iktar minn hekk bil-kapacita ta' bidla f'waqtha li t-tim adatta tajjeb ghaliha.

No comments: