Pages


Thursday, February 19, 2009

Mid-Djarju tal-Captain tat-Trampi - Edizzjoni Specjali (hafna!)

Ilbierah laghbna l-ahhar loghba tal-lig kontra Riviera. Bdiet fis-7:30 gewwa il-Hamrun. Iz-zewg tims kienu ghatxana ghal-punti, fejn b'punt Riviera kienu jaccertaw ruhhom mit-tieni post filwaqt li ghalina rebha biss kienet issalvana. 

L-ewwel hamsa li nizlu fil-grawnd kienu Steven (gowler), Conrad, Chris, Wayne M. u il-Pace. Wara ftit minuti mill-bidu tal-loghba Conrad qabad il-ballun mar fuq il-linja tal-lemin qabez zewgt iplayers u tefa' gewwa ghal skor ta 1-0!! Bqajna ftit mhux hazin fil-loghba izda umbaghad bdew gejjin l-attakki tar-Riviera li riedu jiskurjaw. Mhux talli irnexxilom jiksbu id-draw izda sahansitra dawru l-iskor ghal 2-1 favurihom sa tmiem l-ewwel taqsima.

Hekk kif kienet ha tibda it-tieni taqsima infethu bibien is-sema. L-ewwel ftit minuti kienu bhal tmiem l-ewwel taqsima, bil-players tar-Riviera ifittxu t-3 gowl. Izda ma irnexxilomx grazzi ghal fazi difensiva tajba hafna mill-players taghna. Hekk kif beda jghaddi l-hin bdejna aktar nohorgu infittxu l-gowl tad-draw li wasal minn Wayne M. Ftit wara wasal ukoll it-tielet gowl taghna ta Chris li tefghana fil-vantagg u iftah widnejk ghal-ghajjat u briju minn numru kbir ta supporters li kelna!! Bqajna mohhna hemm u nghalqu wara tajjeb u naharbu bil-kontrattakki, li waslulna ghar-raba' (reggha Chris) u l-hames gowl (dak tal-Pace).

Tistghu timmaginaw x'kien hemm kemm fil-grawnd kif ukoll barra mat-tisfira tar-referee li ghalqet il-loghba bl-iskor ta Trampi 5 Riviera 2 u matematikalment zammitna fit-tielet divizjoni!!!  Kien xena sabiha ferm li zgur dawk prezenti qatt m'huma ha jinsew, bhal tghannieq u anki dmugh minn uhud!! Kien tmiem misthoqq ghal-hidma kollha ta matul l-istagun. Prosit kbira lill-players KOLLHA mhux biss dawk li laghbu ilbierah imma anki lil dawk li kienu hemm jissaportjaw lil shabhom minn fuq il-bank (u barra l-grawnd) li ilkoll nizlu ghal xi hinijiet fil-grawnd matul l-istagun biex b'hekk nistghu nghidu li salvajna bil-hila tal-players kollha!! Ippermettuli nghid li ghamiltuni kburi li jien il-captain taghkom u urejtu li t-tim hu aktar importanti mill-individwi (jien kont cert li konna se nirbhu, saqsu lil Wayne D. x'ghidtlu kif bdiet il-loghba!) 

Ma nistax ma insemmix ic-cajta kiefra li ghamilna lil Justin il-Pato Psaila li kien jinsab imsiefer. Cempilnilu u minghajr ma konna cari tajnih x'jifhem li l-loghba kienet marret hazing. Ftit sekondi wara ergajna cempilnilu u trid tisma l-kor stunat imma hiereg mill-qalb tal-players u kowc: "e siamo noi, e siamo noi!!!" 

GRAZZI kbira terggha tmur bla dubbju lis-supporters kollha li regghu kienu hemm bi hgarhom wara t-tim alavolja kienet il-kesha u x-xita!!! Intom kontu ukoll parti mis-success ta dan l-istagun.

Ta min nirringrazzjaw ukoll lill-kowc Renzo Kerr-Cumbo ta kulma ghamel maghna dan l-istagun. Tahtu tghallimna hafna u nemmen li ghad hemm hafna x'nitghalmu!! Issa b'kuragg kbir ghandna nibqghu nibnu ghat-trophy u ghal stagun iehor.

Grazzi wkoll lis-supporter leali Robert Facciol, ghal dawn ir-ritratti li zgur ser jidhlu fl-istorja taghna!

FORZA TRAMPI
Il-CaPiTaNo

No comments: