Pages


Monday, February 02, 2009

Mid-Djarju tal-Captain tat-Trampi (6)

Sfortunatament ikolli nibda billi nghid Trampi vs Warriors 5-6 :( Wara stagun shih nitilghu fil-prestazzjoni taghna bhala tim loghba wara loghba, waslet loghba fejn ma konniex tajjeb daqs l-ahhar wirjiet. Ikolli nghid li kien hemm players li kellhom loghba tajba bhal Pace, Justin u Conrad izda it-teamwork ma deherx.

Hafna mit-tort niehdu jien b'responsabilta kbira fejn kelli wirja hazina kemm bhala plajer u kemm bhala captain fejn inqast nara il-mumenti ta diffikulta tat-tim u ma ippruvajtx intellgha il-plajers. Nisperaw li ma tergax tigri!! Biss nghid lil kulhadd biex hadd ma jaqtgha qalbu. Din it-telfa ghandha ittina aktar grinta ghal-loghba li imiss fejn b'rebha naccertaw ruhna li ghal stagun iehor se nergghu inkunu fit-3rd Division. Jien nemmen li se naghmlu prestazzjoni kbira; emmnu intom ukoll!

Is-sibt kelna training session fejn bdejna b'lecture twila (li ghajjiet li hafna minnha, saqsu lil Gongi :p) umbaghad ghamilna loghba ta siegha bejnietna li fiha hargu rebbiehin ir-reds, u ghal daqstant infakkar lil whites li iridu ihalsu 2 birra lil shabhom!!

Nifirhu lil Wayne Joseph Dimech (il-gowler) li ghadda mill-ezami tal-muzika grade 7, li tfisser li ezami iehor u nibdew nghajtulu Maestro!! Prosit siehbi!!

Ma nistax ma nergax nirringrazzja lis-Supporters Club taghna li anka it-tlieta kienu hemm fis-silg u l-bard!! Vera iferhuna u ituna kuragg kbir waqt il-loghba, ibqghu sejrin hekk. Cert li ha tkunu hemm nhar l-Erbgha ukoll ghal-loghba kontra in-New Team il-Hamrun fit-8:30 u j'Alla wara niccelebraw ilkoll flimkien!!

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo

No comments: