Pages


Tuesday, February 17, 2009

Mid-Djarju tal-Captain tat-Trampi (8)

Fl-ahhar kelna gimgha bla loghob u ghalhekk stajna nippreparaw ahjar ghal-ahhar loghba tal-lig. Fil-fatt ghamilna training u friendly f'daqqa f'jum San Valentinu. Sfortunatament sirna nafu li flimkien mieghi kien hemm Wayne Dimech (il-gowler) u il-Pace li ma setghux jaghmlu training habba injury. 

Bhalissa ghandna lil Justin il-Pato Psaila qieghed igawdi il-veduta tal-baqar u l-moghoz li toffri l-iSkozja!! Nawgurawlu li jiehu pjacir halli imbaghad jerggha jinghaqad maghna ghal-preparament ghal-loghob tat-trophy. 

Il-gimgha l-ohra hallejtkom b'tama li intikom ahbar tajba. L-ahbar it-tajba hi li s-salvezza taghna tiddependi biss minna infusna. Dan ghax in-New Team irnexxilom jghelbu lill-Warriors (jew ghallinqas lil dawk li libsu il-gear taghhom, nahseb ghalihom wasal gimgha qabel il-karnival!!) bl-iskor ta 5-2 u bla diffikulta ta xejn. 

Mela issa fadlilna l-ahhar loghba ahna ghada kontra ir-Riviera fejn il-matematika tghidilna li b'rebha ahna inkunu salvi, filwaqt li bi draw jew telfa tkun tfisser li sena ohra nilghabu fir-raba' divizjoni. Jien cert li kull player ta Trampi ha jinzel fil-ground biex jghati il-200% tieghu u li kapaci naghtu prestazzjoni ohra tajba li j'Alla ittina ir-rizultat mixtieq u dak li haqqna wara stagun bhal dak li ghamilna!! Ghal daqstant nitlob lis-supporters numeruzi taghna jergghu ikunu hemm ghada wara t-tim il-hin kollu!!

Ma nistghax ma nawgurax l-isbah xewqat lil Jonathan il-Gongi Sammut li illum jghalaq 23 sena!! L-awguri jaslu minghand il-bqija tat-tim u s-supporters kollha, specjalment wahda minnhom J 

FORZA TRAMPI
Il-CaPiTaNo

No comments: