Pages


Thursday, February 23, 2012

Wirja Qalbiena

Il-logħba kontra St. Helen Band Club kienet il-logħba li setgħet tkabbar il-possibilitajiet li AC Trampi jiġġieldu għall-promotion playoffs. F’ħafna mill-ħin fiż-żewġ taqsimiet il-plejers ta’ AC Trampi kienu fil-post it-tajjeb fil-ħin it-tajjeb għal ħafna partijiet tal-logħba

Għal AC Trampi kienet logħba ta’ stennija u paċenzja fid-difiża u ħarbiet bil-kotrattakk. Dan deher ċar sa mill-ewwel minuti tal-logħba. Fl-ewwel għaxar minuti il-goaler Xuereb għamel diversi saves importanti li flimkien ma’ żewġ lasti milquta minn St. Helen żammew l-iskor xejn b’xejn. AC Trampi rrispondew permezz ta’ Falzon fejn wara kontrattakk fil-5 minuta kkonkluda barra u 3 minuti wara, pass ta’ Bugeja fin-nofs lejn Falzon u konklużjoni ta’ dan tal-aħħar ġiet salvata mill-gowler ta’ St. Helen. Attakki preċiżi taSt. Helen wasslu għal żewġ gowls fis-16 u l-20 minuta. AC Trampi għamlu reazzjoni permezz ta’ Psaila u Spiteri imma t-tentattivi tagħhom ġew salvati. Eżatt minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima AC Trampi ġew premjati wara li permezz ta’ freekick ta’ Falzon naqqsu l-iskor għal 2-1.

Fit-tieni taqsima St. Helen skurjaw kmieni t-tielet gowl tagħhom imma d-dixxiplina tattika ta’ AC Trampi għenet biex il-plejers jibqħu ffukkati. Infatti, minuta wara Formosa skurja t-tieni gowl għal AC Trampi u żewġ minuti wara kellhom anke ċ-ċans li jġibu d-dro permezz ta’ Magri li ra x-xutt tiegħu jiġi salvat. Sfortunament St. Helen irnexxielhom jiskurjaw ir-raba’ u l-ħames gowls b’movimenti rapidi li gerfxu xi ftit id-difiża ta’ Trampi. Psaila nrexxielu jżomm lil AC Trampi fil-logħba meta skurja t-tielet gowl. L-aħħar għaxar minuti tal-logħba kienu assedju fuq l-lasti ta’ St. Helen fejn AC Trampi ħolqu diversi okkażżjonijiet ta’ gowl. St. Helen għażlu li jiddefendu l-logħba u dan ta aktar ċans lil AC Trampi biex iżidu l-pressjoni. Biss ir-raba’ gowl wasal ftit tard permezz ta’ Falzon fit-23 minuta. Il-plejers ta’ AC Trampi pruvaw diversi drabi jġibu d-dro imma ma’ kienx fadal biżżejjed ħin.

Hija ħasra li AC Trampi ma rnexxilhomx jiġbru ebda punt minn wirja daqstant pożittiva.

No comments: