Pages


Thursday, February 23, 2012

Rebħa tajba għal AC Trampi

Ir-rebħa kontra Real Browns Pharma FC waslet bi skor kbir għal AC Trampi. Mill-ewwel ftit minuti AC Trampi urew li setgħu jikkontrollaw il-logħba u propju wara ftit sekondi ix-xutt ta’ Dimech imur bi ftit barra. Iżda dan kien biss preludju għaliex ftit wara jasal l-ewwel gowl tal-logħba mill-captain Psaila fit-tielet minuta wara xutt ta’ Formosa. Psaila irripeta ruħu żewġ minuti wara, meta ġie waħdu quddiem il-gowler avversarju u skurja t-tieni gowl. Falzon prova jiskurja t-tielet gowl imma x-xutt tiegħu ġie salvat. Real Browns naqsu d-distakk fl-10 minuta meta skurjaw l-ewwel gowl tagħhom minn freekick. Formosa reġa ta vantaġġ ta’ żewġ gowls lil AC Trampi meta x-xutt tiegħu għamel l-iskor 3-1. Qabel spiċċat l-ewwel taqsima Sammut jagħmel l-iscore 5-1 meta skurja żewġ gowls f’temp ta’ minuta u kkonkuda l-ewwel taqsima li kienet pjuttost dominata minn AC Trampi għal ħin twil.

It-tieni taqsima bdiet bħall-ewwel waħda b’AC Trampi fuq l-offensiva din id-darba b’Farrugia bejn il-lasti. Mal-ewwel minuta Bugeja kompla jkabbar l-iskor wara azzjoni mal-linja xellugija. Real Browns pattew fit-tielet minuta b’gowl ieħor minn freekick. Biss fid-disa minuta kien imiss lil Spiteri biex iniżżel ismu fil-lista tal-iscorers. Formosa skurja t-tmien gowl fl-14-il minuta u żewġ minuti wara fuq freekick ta’ Dimech ikun Spiteri li jiddevja fix-xibka għad-disa’ gowl. Fl-aħħar għaxar minuti AC Trampi bdew jieħdu l-logħob aktar bil-kalma u forsi dan wassal għal xi ftit nuqqasijiet li wasslu għat-tielet u r-raba’ gowls ta’ Real Browns li għalqu l-partita.

Dan l-iskor jagħti kuraġġ kbir lit-tim għaż-żewġ logħbiet ferm importanti li jmiss kontra St Helen Band Club u Żebbuġin. L-ikbar diffikulta fil-logħbiet ta’ qabel kienu l-gowls u dan hu sinjal pożittiv ‘il quddiem

No comments: