Pages


Tuesday, February 28, 2012

Lura għar-Rebħ

Bi tlett logħbiet għal tmiem l-istaġun issa kien imiss il-konfront kontra Gżira United FC.  Trampi dehru kunfidenti sa mill-bidu u għafsu ħafna lil Gżira f’nofs il-grawnd.  Diversi ċansijiet kmieni minn Falzon u anke Psaila għaddew bi ftit barra.  Il-logħba tal-Gzira kienet waħda ta’ konteniment u kienu s-sejvs tajba tal-gowlkiper tagħhom li caħħdu ‘l Trampi milli jmorru fil-vantaġġ.




Gżira wettqu rejazzjoni wara meta Trampi nqabdu xi ftit iżda Farrugia żamm kontroll tajjeb tas-sitwazzjoni.  Kontra x-xejra tal-logħob iżda Gżira jmorru fil-vantaġġ wara konklużjoni mill-viċin.

Trampi għafsu ftit iżjed, xi kultant bi ftit iżjed riskju għad difiża.  Il-kowċ lagħab il-karta Wayne Mizzi li tat il-frott tagħha wara li dan tal-aħħar ġab il-gowl tad-dro b’xutt kompost.  Bi Trampi fuq l-offensiva, tintemm l-ewwel taqsima.

It-tieni taqsima bdiet bħal ta’ qabilha u kellu jkun xutt ta’ Falzon wara 8 minuti li tefa ‘l Trampi meritatament fil-vantaġġ.  Trampi laqtu l-lasta darbtejn oħra u sforz xi ftit tal-għejja li bdiet dieħla fil-plejers tal-Gżira ċ-ċansijiet ta’ skor komplew jiżdiedu.  Dimech għamilhom 3-1 b’xutt b’saħħtu li ħabat ma’ żewġ lasti qabel daħal fix-xibka.  Il-lasti reġgħu kienu protagonisti wara li salvaw għal drabi oħra biex finalment minn pass b’saħħtu ta’ Falzon fuq it-tieni lasta, jidħol tajjeb Zahra li jagħmilhom 4-1 wara 18-il minuta.
 


Ir-rejazzjoni ta’ Gżira kienet fqira u dan għen ‘l Trampi jamministraw il-vantaġġ ta’ tliet gowls li inżamm sal-aħħar tal-logħba.  Għalkemm forsi l-iskor seta’ kien akbar, jaslu tliet punti oħra u issa l-appuntament li jmiss ikun għall-14 ta’ Marzu ġewwa Ħaż-Żabbar kontra Sporting Gauchos.

No comments: