Pages


Wednesday, July 22, 2009

Mid-Djarju tal-Captain tat-Trampi (13)

Bdejna il-pre-season!! Ghamilna diga 3 sezzjonijiet ta tahrig, fejn ovvjament l-emfazi qeghda fuq is-sahha fizika u n-nifs. Pero xi haga sabiha hafna hi li il-ballun qieghed dejjem jintuza, hekk hi aktar ta motivazzjoni ghall-plajers. Ta min isemmi li l-ahhar sezzjoni saret fuq il-bajja ta Ghajn Tuffieha – ajma dak l-imbierek tarag!! 

Bhalissa qeghdin naraw ftit ucuh godda li qeghdin fuq trial ghal-istagun li gej. Hemm 2 plajers interessanti imma ghad fadlilna aktar x'naraw minnhom u minghand ohrajn li ghad iridu jigu. Bil-mod il-mod qeghdin nergghu nibnu dak l-ispirtu li jghamilna differenti minn klabbs ohrajn u qeghdin inkabbru il-familja ta Trampi – prosit l-ahwa!! Qeghdin isiru ukoll sforzi kbar minn uhud minnha biex jinstab xi tip ta sponsor. Mhix facli imma ahna ma naqtghux qalbna u inkomplu infittxu, bir-rieda tajba taghna u ftit ghajnuna t'Alla ma tistghax tghid x'jigri.

Xi haga sabiha u impressjonanti fl-istess hin li uhud mis-sapporters taghna gew jarawna nittrenjaw il-Hadd filghodu. Ma fiha xejn kbir tghidha hekk, imma jekk niftakru li t-training kien fis-7:30am Ghajn Tuffieha jinbidel kollox. Grazzi ghal darba ohra mill-qalb!

Il-hsibijiet taghna bhalissa huma kollha ghal David Magri li ghadu kif ghamel operazzjoni. Kollox mar b'wicc il-gid u ghalhekk ix-xewqa taghna ilkoll hi li ikollu recovery tajba u mhux fit-tul halli jerggha ikun maghna fuq il-pitch, kuragg David! Biex naraw it-tazza nofsha mimlija nistghu nghidu li issa hemm anqas cans li nitilfu xi ballun la David mhux jixxutja :p

L-isbah xewqat imorru ghal Christopher 'il Cecchino' Formosa' u Steve 'Iron Man' Pace li kellhom/ghandhom gheluq sninhom f'dawn il-granet. Nghalaq billi nghid grazzi kbira lis-sapporter kbir taghna Robert 'il Magnifico' Facciol li f'dan iz-zmien qieghed jigi itina daqqa t'id waqt it-tahrig taghna - prosit habib!!

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo

No comments: