Pages


Friday, July 17, 2009

Kelmtejn tal-Coach: It-Tieni bidu

It-tieni bidu tiegħi ma' AC Trampi... nipreferi nirreferi għalih hekk, aktar milli il-kontinwazzjoni għaliex inħoss li dak li AC Trampi qed jaspiraw għalih din is-sena u dak li jien, flimkien ma sieħbi u kollega, Duncan Caruana (assistant coach) qed naspiraw li naslu għalih hu kollu ġdid.

Il-preparamenti li qed jimxu fuq il-linja tax-xogħol li sar is-sena li għaddiet, ser ikunu qed iżidu fl-intensita kmieni mill bidu. Il-players din is-sena ser ikollhom jgħatu r-risposta huma lura fil-ground, u t-tim għandu bżonn jissaħħaħ b'xi rinforzi ġodda.

Il-jiem passati fl-ewwel ġimgħa tagħna ghall-istaġun 2009-2010 kienu jfissru ħafna ħsibijiet nuqqas ta' rqad u kuntatti ma' players li nemmen li jistaw joffru spunt ġdid lil Trampi. Diġa rajna 3 players jgħaddu minn taħt għajnejja u għajnejn Duncan, u s'issa wieħed minnhom ġie kkonfermat biex ikompli t-trial period.

Il-pass li jmiss hu li naraw il-familja Trampi terġa tibda timxi warajna u ssegwina. Meta t-taħriġ jaqbad ir-ritmu tiegħu il-players jiġu kkonfermati u il-familja tkun magħna, allura nistaw inkunu ċerti li din ser tkun sena oħra indimentikabbli għal AC Trampi.

Renzo

2 comments:

pawlu said...

grazzi renz ta' kulma taghmel maghna!

Sarah said...

Viva coach :) nahseb int u Duncan verament tistaw twasslu lil Trampi ghal-livell li jmiss..u iktar importanti li tkomplu ssahhu l-atmosfera li nholoq. FORZA TRAMPI