Pages


Wednesday, July 08, 2009

Mid-Djarju tal-Captain tat-Trampi (12)

Fl-ahhar wara hafna zmien ta laqghat u diskussjonijiet ittiehdet id-decizzjoni (l-ahjar wahda skont it-tim) li nikkunfermaw lil Renzo 'Sit-Down' Kerr-Cumbo bhala kowc. Mieghu se ikun hemm Duncan 'Sixpence' Caruana bhala assisstent – merhba maghna Duncan J Ovvjament issa wasal iz-zmien li nergghu inhallu il-pitch jitkellem ghalina, ghalhekk il-pre-season se jibda nhar il-Hadd 12 ta' Lulju fit-8:30am!!!

 

Nahseb hafna minnha ilna nistennew din il-gurnata halli nergghu nibdew nigru u niccaqilqu ftit halli ghal Settembru inkunu lesti ghal-bidu tal-lig. Ta min jghid li xorta il-maggoranza taghna bqajna niltaqghu darba fil-gimgha nilghabu ftit futbol bejnietna halli ma naqtawx ghal kollox.

 

Ma nistghax ma insemmix l-ewwel tournament li ghamilna bhala A.C. Trampi. Grazzi kbira ghal-organizzazzjoni u tal-impenn tmur ghal Conrad 'Conimex Special' Dimech, ghax li kieku ma kienx ghalih ma kienx isir it-tournament. Ta min jghid li ir-rebbieha kienu Sliema Futsal – prosit ghalihom!!

 

Tajjeb ukoll li nghid li illejla sejrin il-Waterline ta Wied il-Ghajn ghal BBQ flimkien mas-sapporters taghna li dejjem kienu hemm maghna matul l-istagun li ghadda u li kienu importanti hafna ghalina ghax bl-entuzjazmu taghhom kienu jaghtuna aktar grinta fil-pitch. Ghalhekk nispera li nara hafna minnhom halli nirringrazzjawhom kif xieraq.

 

Fl-ahhar naghlaq billi nawgura mill-qalb il-vjagg it-tajjeb u esperjenza mill-isbah lill-plajers taghna li sejrin barra minn Malta jaghmlu volontarjat. Dawn huma: Wayne 'Spider Man' Dimech li sejjer it-Tunisija, u Jonathan 'Gongi' Sammut u Clifton 'Sonic' Calleja li sejrin Napli. Maghhom hemm ukoll numru imdaqqas ta Trampi Friends li sejrin u ghalhekk mhux se insemmihom kollha b'isimhom ghax zgur ninsa lil xi hadd barra. Tajjeb nghid ukoll li hemm min se jaghmel esperjenza ta volontarjat gewwa id-dar ta' San Guzepp go St. Venera.

 

Bhas-soltu,

 

FORZA TRAMPI

il-CaPiTaNo

3 comments:

Sarah said...

Good luck on the beginning of this new season!

I will be there to help cheer you on!!

Adrian Zahra said...

Qisek Pellegatti b'dawn il-laqmijiet Frix.

Jonathan Sammut said...

Grande Capitano :)