Pages


Monday, April 27, 2009

Wara n-Knockout (1)

Wasal fi tmiemu dan l-istagun memorabbli ghal club taghna. Dik kontra B'Kara St.Joseph kienet loghba sofferta imma milghuba b'qalb u bi grinta fejn kienu biss il-penalties li ddecidew min jibqa ghaddej fil-kompetizzjoni tan-knockout.
Ghalkemm id-dizappunt jitfacca spontanju f'sitwazzjoni simili, tajjeb li norbtu ma' kliem Justin li qal li ghalkemm normali li nkunu ddispjacuti li fallejna kwalifikazzjoni li kienet ha tkun storika ghal club, ghandna nuzaw dan l-episodju biex inkomplu nikbru u mhux biex nitkissru.
Kulhadd jirrikonoxxi l-qabza kbira fil-kwalita li wettaq dan it-tim, b'hidma serja, grazzi ghal coach, kumitat u anki supporters; sahansitra r-referees esprimew kumplimenti!
Minn qalbna nirringrazzjaw lis-supporters qalbiena li regaw kienu maghna bi hgarhom ghal din l-okkazzjoni wkoll.
Forza Trampi!

No comments: