Pages


Thursday, April 23, 2009

Mid-Djarju tal-Captain tat-Trampi (11)

Sa fl-ahhar ergajt sibt id-djarju wara hames gimghat mitluf!! Ghandi hafna imbarazz fuq l-iskrivanija u ghandi bzonn norganizza ftit ruhi. Insomma ha nikteb fuq l-aktar tim tal-futsal li jigbed nies warajh; A.C. Trampi.

Fl-ahhar wasalna ghal-loghba tat-trophy. Issa ilna sew nippreparaw ghaliha, minn meta spicca l-lig fejn niftakar memorji sbieh fl-ahhar loghba taht xita niezla hemm fil-bankina ma nistghax nghin lil shabi fil-ground habba l-hamstring (dik l-imbierka!!), bil-fans taghna jissapportjawna il-hin kollu. Kienet wirja ta qalb u grinta ghal 40 minuta shah.

Imma, ha nerggha indur ghal-llum. Mela bi preparazzjoni wara r-rebha fil-loghba ta hbieberija tal-gimgha l-ohra kontra l-Fugazi5 (tim li jilghab fit-tieni divizzjoni) bl-iskor ta' 2-1, issa kien imiss tim kemm xejn batut li ilu sentejn li hareg mil-futsal. Dawn huma l-Pumas li xorta baqghu jiltaqghu darba fil-gimgha jilghabu, imma qelbu ghal-5-a-side minn futsal. Loghba hafna aktar differenti imma mhux daqsek attraenti. Kienet loghba fejn il-kowc talab li ikun skor kbir b'loghob ta futsal. Ma kellix dubbju li l-ewwel mira tintlahaq, filfatt il-loghba spiccat xi 10-2 jekk niftakar sew (ghax b'dawk il-gowls kollha bdejt nitlef il-kont, allahares jisimghuni t-tfal ta' l-iskola ghax tghidx kemm jghiruni!! :p). It-tieni mira kienet ftit aktar iebsa, mhux ghax Trampi m'ahniex kapaci nilghabu l-futsal izda habba l-pitch. Pero ikolli nghid li kien hemm hafna azzjonijiet degni di nota li kieku kienu jidru fil-highlights tal-loghba. Ta min isemmi zewg azzjonijiet partikulari fejn rajt il-ballun idur min-naha ghal-ohra tal-grawnd u jerggha lura u ikompli idur b'passes precizi fuq il-ftuh wara girja. Insomma azzjonijiet li imdorri nara fuq it-televixin, dawk li ihalluk b'halqek miftuh!!

Ha nghidlek, jekk ghadek ma tafx min huma Trampi ejja arana nilghabu fit-trophy ha inpaxxuk bil-loghob. Ghalhekk il-messagg tieghi hu li nhar il-Gimgha 24 t'April nara hafna nies jissaportjawna f'Kordin (il-loghba tibda fid-21:15). Inheggeg ukoll lil min ghandu digital camera jew video camera igibha mieghu (u jekk hu possibli wara l-loghba jibghatilna kollox – grazzi minn qabel).

Fl-ahhar ma nistghax ma insemmix ir-ritorn fit-tim ta' Mark Fulmine Spiteri, merhba lura siehbi. Plejer li jekk jitfa mohhu hemm ikun pedina importanti fit-tim bil-giri u x-xuttijiet tieghu.

Insemlu ukoll ghal sehibna Jonathan Gongi Sammut li bhalissa jinsab l-Amerika, nispera li ma jarawkx tilghab l-L.A. Galaxy siehbi ghax jiehduk maghhom flok Beckham :)

Naghlaq billi nawgura lil Justin Pato Psaila l-isbah xewqat ghal-gheluq sninu. Tajjeb inzid li hu se ikun Ghawdex igawdi imma ha jinzel lura l-Gimgha biex jilghab bil-flokk l-ahmar ta A.C.Trampi.

Grazzi wkoll lil Etienne Micallef li gie jzurna waqt sessjoni ta' tahrig u anki ha sehem maghna, waqt li kien fuq zjara lura f'Malta mill-Ingilterra!

Naf li ma ktibtx ma min ha nilghabu imma skuzawni certi kliem u ismijiet ma nghidhomx jien, bir-rispett kollu lejn kulhadd ta u allura nispera hadd ma jiehu ghalih!!

Nawguraw ukoll l-isbah xewqat ta gheluq snienha lil sapporter ohra kbira taghna Marie-Claire Falzon. L-awguri gejjin mit-tim kollu, plejers u coaching staff!!

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo

2 comments:

MC said...

grazzi hafna :) u proset tal entries fid-djarju... dejjem pjacir tijaj naqrahom!

Jonathan Sammut said...

Goodluck kbira ghal nhar il-Gimgha l-ahwa - jien se nkun qed nissapportjakom minn Washington!! :)