Pages


Tuesday, April 14, 2009

Pass fid-direzzjoni t-tajba

Il-bierah 13 ta' April it-team ta' AC Trampi ha zewg ahbarijiet sbieh. L-ewwel wahda hi li l-captain taghna Kenneth Fiteni fl-ahhar, wara li qalalna qalbna mar ghand il-physio u dan qallu li r-ritorn tieghu fil-ground mhux il-boghod u fil-gimghat li gejjin se narawh fil-pitch maghna.

It-tieni ahbar tajba harget mill-loghba ta' hbiberija li AC Trampi laghbu kontra Fugazi5, club li jilghab fit-tieni divizjoni u li certament hu kkwotat iktar minna. Il-loghba spiccat 2-1 favur AC Trampi, bl-iscorers ghal trampi jkunu Wayne Mizzi u Mark Spiteri.

Loghba tajba u koncentrata ghal Trampi li kienu b' diversi players regolari neqsin. Il-loghba bdiet ghat-telgha mal-ewwel ghal Trampi meta marru minn taht wara ftit minuti wara nuqqas ta' attenzjoni minn corner. Dan il-gowl tefa lil trampi taht pressjoni izda ghadd ta' saves kbar tal-goaler Wayne Dimech zammew lil Trampi fil-loghba, sakemm dawn bdew gejjin bil-mod il-mod u holqu diversi okkazjonijiet ta' skor fosthom 2 lasti minn Spiteri u Sammut. Il-goal ta' draw ma damx ma wasal u kien Spiteri li fir-ritorn tieghu ma Trampi ffinalizza azzjoni tajba. Trampi baqaw jippressaw u sahansitra wasal il-gowl tal-vantagg minn Mizzi. Fit-tieni parti Trampi laqaw tajjeb ghal pressjoni ta' Fugazi u kienu perikoluzi f'diversi okkazjonijiet fejn Calleja laqat il-lasta ghal darb' ohra.

Kienet loghba fejn il-kowc Kerr Cumbo ghamel diversi bidliet u esperimenti u kien qieghed ifittex numru ta' risposti minn ghadd ta' players fid-dawl tal-knockout li jinsab fil-qrib. Ir-risposta kienet inkoragganti izda ghad hemm hafna xi jsir specjalment fejn jidhol koncentrazzjoni, marking ta' players u ball management kif ukoll in-numru mpressjonanti ta' cansijiet mitlufa quddiem il-lasta.

Wara l-loghba hadna l-kummenti ta' numru ta' players dwar il-loghba.

Mark Spiteri; "Bhala team konna tajjeb fl-opinjoni tieghi; irridu nikkoncentraw iktar biex nahtfu kull okkazjoni quddiem il-lasta. Fuq livell personali, kuntent bil-prestazzjoni, imma nhares il-quddiem ghax hemm hafna improvement xi jsir, fuq livell tekniku u wkoll bhala fitness."

Pawlu Mizzi minn fuq is-sidelines qalilna; "Ghalkemm it-tim ma kienx komplut u ghalkemm mhix l-aqwa fazi tat-tim ta' AC Trampi, xorta nahseb li l-bierah kull plejer ta dak li seta. Hareg l-impenn u l-qalb fost il-hafna u mbaghad kien hemm dawk l-uhud li sabu l-forza biex anki jpaxxu l-ghajnejn... prosit Waynes!

Hadt gost nerga nfakkar lili nnifsi kemm it-tim hu komplut bi kwalitajiet varji: l-intelligenza ta' Mark, il-giri ta' Clifton, l-istamina ta' Chris, il-qalb ta' Wayne M, il fantasija mignuna ta' Gongi, il-qlubija ta' Magri, is-semplicita effettiva tal-Pato, is-servizz ta' Dri, il-grinta ta' Brian, il-kuragg ta' Wayne D, l-eleganza ta' Steve u is-sahha kuntaggjuza ta' Renzo.

Sabih tinnota dan kollu b'numru ta' supporters, ghal darb'ohra warajna. Sabih ukoll li tinduna li kulhadd jaf li ghad fadal x'naqdfu. Sabih ukoll li kulhadd liberu jitkellem fit-tim. Prosit lil min ghamel hekk b'responsabilta. Prosit li min qed jghamel l-isforzi kollha sabiex dak li qed nahdmu ghalih jghati dejjem aktar frott. Forza Trampi! E' siamo noi, e' siamo noi, il paradiso siamo noi!

Grazzi lil kulhadd. Buon Voyage Renz."

No comments: