Pages


Tuesday, August 25, 2009

MId-Djarju tal-Captain tat-Trampi (15)

Bi preparazzjoni ghal stagun gdid, barra zewg sezzjonijiet ta tahrig fil-gimgha qed nippruvaw indahhlu loghba ta hbieberija ukoll. Fit-tahrig zdied hafna aktar il-moviment bla ballun halli hekk il-plejers jergghu igibu dik il-kunfidenza fil-kontroll u tqassim tal-ballun. Ma nistghax ma nghidx li l-Erbgha dejjem tkun sezzjoni ahjar minn tal-Hadd, ghax ghalinqas issir filghaxija u niffrankaw ix-xemx qalila ta dawn iz-zmienijiet. Xejn xejn qed niehdu ftit kulur ahna u nittrenjaw :p

Il-gimgha l-ohra kellna loghba ta hbieberija ma shabna iz-Zebbugin. Hrigna rebbieha bl-iskor ta 6-3. Kienet loghba li tat cans lill-kowcis jippruvaw u ibiddlu l-plejers kollha li kienu disponibbli ghal-loghob. Bla dubju spikka Gilbert Darmanin li skorja 3!! Gilbert hu wiehed minn dawk li qieghed bi prova mat-tim u flimkien ma Rennie Aquilina (li ukoll kellu loghba tajba, li kienet l-ewwel wahda tieghu maghna, kif ukoll skurja gowl hu ukoll) ma nahsibx li se ikollhom xi problemi li jinghaqdu bis-shih mat-tim. Ippermettuli ftit sodisfazzjon u nghid li kont l-awtur ta l-ewwel gowl "ufficjali" ta l-istagun 2009-2010, wara li l-istagun li ghadda ma kontx sibt ix-xibka qatt. Il-gowl l-iehor ghamlu Chris 'il Cecchino' bhas-soltu.

Gilbert u Rennie jiddiskutu... minjaf... forsi ftehmu li jibqghu jiskurjaw?

Tajjeb li nghid li x-xewqa tieghi tal-gimgha l-ohra giet imwettqa hekk kif ghal-loghba maz-Zebbugin reggha kien hemm numru sostanzjali ta sapporters. Uhud minnhom gew jarawna ghal-ewwel darba, imma l-atmosfera li ghamlu kienet bhal ta l-istagun ta qabel. Grazzi l-ahwa tas-sapport taghkom!!

Din il-gimgha se nerghu nilghabu mas-Sliema Futsal. Ghalhekk nistieden lis-sapporters taghna jibqghu wara t-tim anki nhar l-Erbgha ghal habta tad-9pm f'Hal Kirkop. Loghba fejn nisperaw li nuru li t-tim qieghed jitjieb u il-plejers qeghdin jilghabu ghal xulxin. Zgur mhux se inkunu l-istess tim li ippermetta lis-Sliema jghamlu li iridu ftit gimghat ilu. Konvint li kapaci naghtu risposta kemm lill-kowcis kif ukoll lilna infusna, ejja whites minn hemm!!

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo

3 comments:

Anonymous said...

Dear All,

In the name of the team and coaches I want to thank all those supporting AC Trampi. We all know that the team is not the best on the island (yet), however we all know that there isn't one single team that creates the atmosphere that our Supporters create.

So, people thank you for making us WINNERS of the local futsal in this sense. We will work harder to give you more and more in the coming season.

regards,

Renzo

Jonathan Sammut said...
This comment has been removed by the author.
Sarah said...

Good Luck Trampi! I will be there to cheer you on, and so will your other faithful supporters..

Forza Trampi :)