Pages


Monday, August 17, 2009

Mid-Djarju tal-Captain tat-Trampi (14)

Iz-zmien ghaddej gmielu u qed joqrob il-bidu tal-lig. Il-preparazzjoni taghna miexja mhux hazin ukoll. Wasalna biex nibdew naraw ftit fejn qeghdin meta imqabbla ma tims ohrajn. Ghalhekk hemm ideja li naghmlu friendly fil-gimgha. 

Diga ghamilna friendly wahda. Laghbna kontra Sliema Futsal. Tim li bla dubju hu wiehed mill-aqwa li se ikun hemm din is-sena fit-tielet divizjoni. Ma kelnix prestazzjoni tajba bhala tim u ma tistax tuza bhala skuza il-hafna plejers li kellna neqsin ghax jista jigri li anka fil-lig ikun hemm min hu imwegga. Tajjeb insemmi li l-aqwa plejers ghalina kienu Bernard 'Satinho' Satariano u Adrian 'il Mister' Zahra; tnejn min nies li jafu li m'ghandhomx posthom assigurat fit-tim u ghalhekk qed jaghmlu minn kollox biex jimpressjonaw lill-kowcis. J'Alla jibqghu sejrin hekk!! 

Wasalna ghal friendly ohra. Din id-darba se nilghabu kontra shabna iz-Zebbugin nhar it-Tlieta gewwa Hal Qormi ghal habta tad-9pm. Tim li suppost m'humiex tal-livell taghna, imma f'dan iz-zmien tas-sena ma ikunx hemm daqsekk differenza bejn it-tims. Ahna ghadna bla Pace, Wayne M., Magri, Brian u Conrad. Nisperaw f'prestazzjoni tajba mill-plejers li qeghdin bi prova halli izommu posthom fit-tim, qed nirreferi ghal Rennie u Gilbert – filwaqt li nawguraw fejqan ta malajr lil Roland - hu hsieb gbin ghax nemmen li tista taghti hafna lit-tim taghna! - Ix-xewqa tieghi hi li nerga nara dak in-numru sabih ta sapporters li dejjem kienu wara t-tim is-sena l-ohra halli jghinuna nergghu nibnu l-ispirtu u l-atmosfera ta l-istagun li ghadda, dak li jaghmilna ahjar minn tims ohrajn!! 

Naghlaq billi nawgura f'isem it-tim kollu l-isbah xewqat ghal gheluq sninha lil Sarah 'Capo Ultras' Pace, allavolja qeghdin ftit tard. Grazzi tal-hidma u id-dedikazzjoni tieghek ghal Trampi. Konvint li flimkien ma Robert Facciol, Diane Mifsud u M'Claire Falzon se tkunu pedina importanti fil-mixja taghna!!

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo 

2 comments:

Sarah said...

Jiena nemmen li xewqa tieghek ha tintlahaq! Ghax bi hsiebna li nkompli nissapportjaw kemm nifilhu lit-tim tant ghal qalbna.
Forza Trampi

Capo ultras (ghogbitni wisq!)

Munro 07 said...

Hbieb, Ghalkemm il wirja taghkom fil friendly kontrina setghet kienet ahjar, jien ma naqbilx maghkom meta tghidu li kienet dizappuntatni. Forsi ghax jien nipprova nara it tajjeb f'kollox... imma meta rajtkom, hadt l impressjoni ta organizzazzjoni u ghaqda bejn il players. Apparti minn team tal futsal, dhertu team ta hbieb. Bqajtu sa l ahhar tghatu l 100% u ammirajtkom hafna ghal hekk. Id differenza bejnietna ma kinitx il kwalita tal players, ghax intom ghandkom plajers tajbin hafna (inselli ghall siehbi Gongi min hawn), id differenza kienet li intom bdejtu pre-season ftit gimghat ilu, u ahna ma waqafna xejn! Filwaqt li nixtiqilkom kull gid, nittama li tibqghu tahdmu halli iggibu ir rizultati li tixtiequ. Nispera li ma ndumx ma narakom,

Munro,
Sliema Futsal