Pages


Monday, January 26, 2009

Mid-Djarju tal-Captain tat-Trampi (5)


TRAMPI vs Qormi 6-0!!! It-tieni rebha konsekuttiva!! Fl-ahhar donna qbadna ritmu tajjeb. Kienet loghba ohra tajba minn kulhadd, fil-fatt regghet kienet difficli tara min hu il-man of the match. Tajjeb li insemmi il-highlights tal-loghba li skond jien kienu 3:

  1. L-ewwel gowl ta Clifton bil-gear ta Trampi (kien is-6 wiehed wara doppjetta ta Chris minn dead balls u hat-trick tal-Pace, b'gowl minnhom stupend mill-pass tal-gowler u dar bit-takkuna mal-player);
  2. Id-debutt stagonali ta Satinho, fejn hareg qalb brijju li qatt ma konna smajna bhalu fil-loghbiet taghna, u ghal ftit ma skurjax meta il-Gongi kien altruist u gabu f'posizzjoni tajba;
  3. Il-fatt li Wayne il-gowler spicca bi clean sheet bis-sahha tieghu u grazzi ghal-fazi difensiva tat-tim (u vera difficli hafna li f'loghba futsal ma taqlax gowl!!)

Issa nisperaw li inzommu saqajna ma l-art ghax it-triq ghada twila la darba it-tim ta warajna rebah ukoll u qieghed 4 punti tahtna meta fadal 3 loghbiet biss. Pero issa certi li ahna kapaci naghtu loghba tajba lil kulhadd u kapaci nirbhu il-loghob ukoll.

Is-sibt ghamilna training session ohra. Ikolli nghid li wara rebha tajba tistenna xi ftit li fit-training il-players ma ikollhomx dik il-hegga jew ahjar kattiverja agonistika tas-soltu. Ma tantx jiena kuntent b'dan l-atteggament u nispera li ghal-loghba t'ghada nergghu inkunu ikkoncentrati bhal-ahhar loghob.

Qabel nispicca nixtieq f'isem il-players, staff u Trampi Friends naghti l-isbah xewqat lil Pawlu Mizzi li nhar l-Erbgha jaghlaq 28 sena. Awguri mill-qalb Pawl u igri nergghu narawk tigri maghna u taghmel dawk il-finezzi li taf taghmel int!! U kif nistgha ma nirringrazzjax lis-supporters taghna li fl-ahhar loghba tawna sorpriza sabiha meta rajnihom armati b'banner tal-genn!! GRAZZI minghand kulhadd!!

B'soghba kbira ukoll inhabbru it-telfa ta missier it-tfajla ta Wayne Mizzi (il-player), inzommuhom (lilhom u lill-familji taghhom) fit-talb taghna f'dan il-mument difficli. L-ghomor siehbi.

Narawkom ghada Haz-Zabbar ghal-loghba kontra Warriors.

FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo

1 comment:

Anonymous said...

Grazzi tal-awguri Frix!
Nfakkar ukoll li anki sehibna Brian qed jiccelebra gheluq sninu ghada t-Tlieta 27 ta' Jannar! Nimmisjawk Braj!
Ninghaqad mal-Captain sabiex inwassal is-soghba tieghi u ta' shabi ghat telfa ta' missier it-tfajla ta' Wayne.