Pages


Wednesday, January 14, 2009

Mid-Djarju tal-Captain ta Trampi (3)

Tajjeb li l-ewwel nibdew bil-loghoba tal-lig li kelna mal-Mosta. L-iskor ta 6-2 hu giddieb skond jien ghax it-tim kellu prestazjoni tajba hafna. Filfatt nahseb li kienet l-ahjar wirja s'issa bhala tim!!
 
Ovjament training fost il-gimgha ma kelnix habba il-loghoba, ghalhekk l-unika training session kienet is-sibt fejn ergajna qbadna ir-ritmu wara il-festi. Kelna cans niddiskutu ftit id-differenzi tattici li hemm bejnietna u hadna decizjoni ghal-bqija ta l-istagun. Il-mira taghna ilkoll hi li nevitaw ir-relegation u bid-determinazzjoni ta kulhadd jirnexxilna.
 
Ilbierah kelna friendly kontra iz-Zebbugin, fejn il-kowc Kerr-Cumbo taha cans lill-players li jilghabu anqas fil-lig. Min dak li qalilna il-kowc kien hemm prestazzjoni tajba hafna ta Justin Psaila (maghruf bhala Pato) u Wayne Mizzi il-player li kompla jibni fuq l-ahhar wirjiet tieghu. Nisperaw li ikomplu hekk nhar il-hamis ghal-loghoba kontra id-Demons.
 
Nota zghira ukoll fuq shabna it-Trampi Friends u Supporters li dejjem ikunu wara it-tim fil-loghob tal-lig anki fil-kesha u x-xita, GRAZZI tas-sapport taghkom. Jekk tippermettuli kumment, rajna lil uhud minkhom 'out of form' wara il-festi :p Hemm bzonn li tergghu tibdew ticcaqalqu ftit!! Biex inkun sincier, inhass in-nuqqas taghkom mit-tim ukoll ghax kontu 'extrinsic motivation' ghal certa players
 
Finally, congratulations to our team-mate Steve Pace for his promotion - well done mate!! Awguri ta fejqan malajr ukoll lil Paul Mizzi li ilbierah beda il-physioterapy habba l-injury f'siequ, ejja halli nergghu narawk fil-grawnd siehbi!
 
Narakom ilkoll il-Hamis ghal-loghoba fis-6:30 Haz-Zabbar, u wara ilkoll flimkien ghal flixkun birra :)
 
FORZA TRAMPI
 
il-CaPiTaNo

No comments: