Pages


Tuesday, May 05, 2009

AC Trampi; familja ohra

Bdejna niftehmu x'se naghmlu il-Gimgha 24 ta April. Ahna t-tfajliet iddecidejna li ha nohorgu xi 10pm u nerhulha lejn Paceville biex niccelebraw il birthday ta Marieclaire u pjanajna kollox. Ftit granet wara, l-ewwel loghba ta knockout ta Trampi thabbret u li kienet se ssir Gimgha fi 9.15pm... allura, ovjament il-pjan kellu jinbidel.


U dan li sar ifisser ghalina Trampi. Nista nghid li dawn l-ahhar xhur, Trampi saret familja ohra f'hajti. Forsi tahsbu li din hija ftit esagerata. Imma ghalija personalment, l-atmosfera ta support li jkun hemm waqt loghba hija xi haga sabiha mmens. U wara li spiccat il-league, fl-ahhar ergajna hassejna l-istess atmosfera ghal din l-ewwel loghba ta knockout. Is-supporters ma ddizapuntawx avolja kien il-Gimgha filghaxija, u anke birthday boy Steve Falzon kien hemm. Huwa ecitament sabih li nhossu meta tibda l-loghba, u l-ewwel tisfira tghidilna ibdew ghajtu kemm tifilhu…go Trampi! (ghallinqas vuci tieghi tiswa ghal xi haga hux Conrad? Chris?).

Waqt il-loghob hadniha drawwa li nistennew xi kelmtejn inglizati minghand il-kowc taghna. Jien Diane u Marieclaire inkunu attenti biex nisimaw xi 'what the hell' jew 'leave the whistle', izda did-darba bqajna ddizapuntati. L-ewwel gowl li taghna Chris tatna l-opportunita li jibda ghajjat sfrenat u li jgieghel min hemm jara dil-loghba jharsu lejnha b'mod stramb. Ma ninsiha qatt meta konna waqt l-ahharloghba ta league il-Hamrun ukien hemm xi 20 supporter ghal Trampi u l-ghajjat kien tal-genn. Filfatt kien gie wiehed tat-tim oppost jghidli li qatt ma ra supporters hekk ghal ebda tim li laghab kontrihom, jew ghalihom stess. Hemmhekk hassejtni proud ikolli nghid J. Waqt din l-ahhar loghba kienet wahda mill-isbah mumenti ta Trampi ghalija. Wara kull gowl li skurjajtu tisma ghoxrin ruh jghajtu u jaqbzu kemm jifilhu qishom ghafhom kif raw gowl tal World Cup. Meta smajn dik l-ahhar tisfira il-ferh u l-atmosfera kienet tal-genn. Kulhadd beda jghannaq lil kulhadd, u kien hemm min qabzitlu xi demgha..le mhux jien imma.


Biex inkompli fuq l-ahhar loghba tan nock out..wara l-ewwel goal ta Chris l-atmosfera kienet iktar kalma wara, u bdejna nghidu kemm qed jilghabu tajbin.Ovjament id-diskors bejnietna ma jieqaf qatt, u xi tfajliet li probabli ma kienu jifhmu xejn fil-football qabel ma raw lil Trampi tismaghhom jiddiskutu l-loghba J Il-loghba kienet wahda minn dawk li taqta nifsek tara ghalija..1-0, 1-1, 2-1, 2-2 etc..u sa fl-ahhar waslu penalties, u kulhadd beda jitlob.

Sfortunatament spiccajna tlifna, u ghamilna dawk il-ftit minuti nghidu li ma haqniex nitilfu u li laghbtu tal-genn. Hadt pjacir personalment li gejtu hdejna wara u ghidtulna thank you..mhux ghal thank you imam ovjament tiehu pjacir li wara li narawkhom tilaghbu tigu hdejna nghidu kelma u niehdu iktar pjacir li wara niehud birra flimkien J Hawnhekk nixtieq nghid grazzi lil Brian Gauci tal-platt li tani wara loghba..grazzi minn qalbi :p

L-ahhar haga li xtaqt nghid hija din. Supporters ta tim oppost jew xi tim iehor, qatt ma rajna, dejjem wahedna nkunu hemm wara, hlief dawk it-tnejn tlieta li nzertajna. Ahna naghzlu ntukom support, mhux ghax ahna ma jkollniex x'naghmlu, ghax hlief nhewdnu fuq tezijiet, ezamijiet ,assignments u lesson plans ma naghmlux hemm wara. U le ma niehdux pjacir li waqt li qed naraw loghba jifthu s-smewwiet u jibda jinzel xita u silg u nispiccaw frizati wahda sew. Imma iva, ahna naghzlu li nigu naghtu s-support taghna ghaliex sincerament niehdu pjacir bl-atmosfera li krejajtu, kemm ghalikom u kemm ghalina. Hemm ghaqda bejnietna kollha li tinhass u li nikunsidra bhala wahda specjali.

P.S Kif tindunaw Malti tieghi mhux mill-ahjar imam nisperali fhimtuni.

Sarah

7 comments:

Pawlu - player/supporter :) said...

Grazzi Sarah,
Il-kumenti tieghek jirrapprezentaw gebla ohra li ghenet biex jinbena dan kollu.
Nghid ghalija hadt gost li ghext daw il-fazijiet li semmejt int. Il-hajja ta' supporter hija ecitanti wkoll u zgur li tghin lit-tim.
Bhala plejer nassigurak li grupp nies jimbuttawk huwa "plus" kbir.
Imsomma, ghadni mpressjonat bil-kummenti tieghek. Grazzi lilek u lil dawk kollha li kienu hemm dejjem jew xi darba! Wow! Tal-genn! Nice feeling!
Forza AC Trampi!

AC Trampi said...

Hallejtuni bla kliem dalghodu ! F' isem shabi l-players nirringrazzja lis-supporters kollha tal-appogg kbir tul dan l-ahhar stagun. Jien wiehed minn dawk li tant inkun mitluf fil-loghba li lis-supporters ftit li xejn nismaghhom imma m' hemm xejn isbah milli tiskurja u tisma dik l-ghajta ta' goal. Jien u hafna minn shabi qatt ma lghabna sports fuq livell kompetittiv jigifieri ahseb u ara kemm qatt lghabna bis-supporters.

Grazzi lill-kulhadd tal-stagun sabih li ghintuna nghixu. Ghalija fic-cokon taghha din is-season kienet isbah minn meta irbahna l-league fl-ewwel sena ta' trampi u l-mertu ta' dan fil-maggor parti jmur ghall-atmosfera li hloqna lkoll bejnietna.

Forza Trampi.

ps. In the next few weeks ha nkunu qed naghmlu social fejn naghlqu l-istagun jigifieri nheggeg li kulhadd jattendi.

Chris

Justin said...

Fis-social nohorgu kollha fuq l-idejn irridu :)

Thank you ta' kollox supporters!

Anonymous said...

Mhux bl-ingliz... Bil-Malti!:)

Hbieb, ghamiltu xi haga li anke jekk tpoggi tbissima fuq xi opponents, turi biss is-serjeta u l-imhabba li ghandkom lejn il-loghoba, lejn AC Trampi u lejn xulxin.

L-isport hu wisq aktar minn rizultat ta' rebha jew telfa... l-isport hu mod kif tghix... u intom ilkoll ghaziltu li tghixuh ghal sena... forsi ghal iktar.

Nassigurakom li Sliema Wanderers meta rebhu l-league xi snin ilu gieli kellom supporters inqas minnkom. Nassigurakom li fil-handball konna noholmu dik l-atmosfera.

Hudu hsieb xulxin u well done for what you have created.

Renzo

dajen* said...

Thanks Sarah you just said it all ! I've had this feeling all the way through.

MC said...

nkompli ma diane u sarah jin! you couldnt have said it better sar! well done to all u forza trampi :)

mc

Wayne Joseph said...

Thanks to our faithfull supporters!! Your our sixth man in the pitch.

Forza Trampi!