Pages


Tuesday, March 10, 2009

Mid-Djarju tal-Captain tat-Trampi (9)

Wara li spicca il-loghob tal-lig kellna waqfa ta gimgha mistrieh biex wara ergajna bdejna nippreparaw ghal-loghob tat-trophy. Ghamilna zewg sezzjonijiet ta tahrig fejn kien hemm aktar emfazi fuq l-aspett fiziku. L-ewwel wahda kienet fost il-gimgha fejn f'xita ma tieqaf qatt kellna nittrenjaw gewwa flimkien ma uhud minn Trampi Friends. Wara konna ippruvajna immorru naghtu daqtejn ta ballun la darba x-xita kienet waqfet imma tant kien qawwi r-rih li lanqas biss stajna nimxu!! Is-Sibt umbaghad kellna l-possibilta li immissu aktar il-ballun biex kulhadd kien aktar kuntent.

Il-preparamenti komplew b'loghba ta hbieberija lbirah gewwa l-Hamrun kontra t-tim tat-Todos. Kienet loghba fejn hargu cari d-difetti kollha taghna. Skond jien (li ma ilhaqtx il-loghba mill-bidu) kien hemm nuqqas ta koncentrazzjoni minn uhud mill-plejers – ezempji cari kienu xi gowls simili ta xulxin fuq fazi difensiva hazina. Kien hemm ukoll nuqqas ta kommunikazzjoni bejn it-tim – ma kienx hemm is-soltu kliem ta bejn il-plejers waqt il-loghba. U kien hemm ukoll nuqqas ta attitudni minn uhud mill-plejers – ma nistax nifhem kif uhud m'ghandhomx ftit hazen, jew kattiverja agonistika anki jekk hi loghba ta hbiberija, biex ma nghidx nuqqas ta xi hag'ohra … !!! Kultant insaqsi jekk ghandniex "pride" meta inkunu fil-grawnd ghax donnu gieli qisu xejn mhu xejn, u din minn barra dehret cara!! Din kienet it-tieni telfa f'zewg loghbiet ta hbiberija. Jien qed tixghelli bozza hamra, nispera li lill-plejers ukoll!!!

Madanakollu kien hemm hinijiet waqt il-loghba fejn ftakarna li ahna tim li ilna nittrenjaw flimkien u li nafu nilghabu il-ballun! Din ghandha tkun ta taghlima li kull loghba irridu ninzlu fil-grawnd konvinti minnha infusna u b'mentalita rebbieha!!

Biex naghlaq bil-posittiv ma nistax ma insemmix kemm hadt pjacir nara lil sehibna Pawlu Mizzi jerga jibda jigri maghna!! Ejja Pawl halli nergghu narawk maghna fil-grawnd!! J

Ovvjament applaws kbir imur lil Steve Iron Man Pace tal-hin ta siegha u 33 minuta (12-il minuta inqas milli hu stess kien qed jistenna!!) fin-nofs maratona ta 21.5km!!! Well done mate!!

FORZA TRAMPI
Il-CaPiTaNo

1 comment:

Anonymous said...

grazzi tal awguri! anki jien nixtieq hafna nirritorna maghkom. dis-sena kull mument mqatta mat tim kien mument specjali u memorabbli anki fis semplicita kbira tieghu.