Pages


Wednesday, December 31, 2008

Mid-Djarju tal-Captain ta' Trampi (1)

Din hi l-ewwel pagna fid-djarju tal-captain ta Trampi :)
L-ideja hi li filwaqt li nkomplu nibnu u nsahhu l-ispirtu tat-tim inzommu wkoll infurmati b'dak kollu li hu ghaddej lil dawk kollha li ghandhom x'jaqsmu mat-tim!! Se tibda tkun ftit linji darba fil-gimgha.
L-ahhar hmistax tas-sena 2008 raw tibdila fit-training tal-players fejn l-iskop ewlieni sar dak li kulhadd jiehu aktar pjacir jilghab filwaqt li ma ninsewx it-training fiziku (ghax biex tilghab 7-a-side b'10 min-nies hi iebsa!!) kif ukoll biex tingab aktar kunfidenza mal-ballun.
F'training session minnhom, tat-Tlieta 23 ta Dicembru, lghabna friendly kontra t-tim ta' Iz-Zebbugin fejn hrigna rebbieha bl-iskor ta 7-3. Kienet wirja tajba hafna minn bosta players li matul l-istagun ma tantx isibu spazju fit-tim fosthom Adrian u Jonathan B. Kienet ukoll friendly li Wayne JD ghamilha ta' kowc u ma laghbx (forsi ghalhekk irbahna :p). Player tal-loghba kien bla dubju Jonathan S aka il-Gongi.
Is-Sibt ergajna ghamilna 7-a-side, pero' din id-darba konna 14-il player. Hargu talenti mohbija ta' nies bhal Wayne M u Bernard S li ghamel gowl gmielu. Ta' min jghid ukoll li Satinho uriena aktar talenti mohbija li ma jistawx jissemew hawn!!
Fil-pagna li imiss ikollna ftit hsibijiet u feelings ta' qabel il-loghba tal-lig kontra Mosta FC nhar l-Erbgha 7 ta' Jannar 2009.
Sa dakinar nixtieq nawgura lil kulhadd l-isbah xewqat ghal sena gdida! Biss nixtieq nghid li ma nistax nifhem kif l-iqsar player taghna mar jiccelebra go Napli fejn nafu kemm jigu sparati murtali bl-addocc, nisperaw li jistahba wara xi hadd!!
FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo

No comments: