Pages


Monday, November 05, 2007

RIVER PLATE vs AC TRAMPI 5-1

AC Trampi jibdew l-istagun fuq nota dizappuntanti.
 
Tahlita ta' nuqqas ta' koncentrazzjoni, nuqqas ta' kattiverja agonistika u xi ftit emozzjoni kienu determinanti biex Trampi tilfu l-ewwel loghba ta' l-stagun kontra River Plate bl-skor ta' 5-1. Fil-verita l-skor seta' jkun ikbar li kieku l-goaler ta' Trampi, Wayne Dimech, m' ghamilx numru kbir ta' saves specjalment fit-tieni taqsima.
 
Il-loghba tista tghid li ntilfet fl-ewwel taqsima ghal Trampi fejn it-tim deher mifxul u minghajr ideat. Kienu wisq id-drabi li l-attakkanti avversarji thallew wehidhom u setaw jikkonkludu lejn il-lasti minghajr ebda tfixkil. Hawnhekk hareg car li t-tim ma kienx qed jahdem bhala haga wahda, fejn l-attakk kien qieghed isir biss mill-attakkanti u d-difiza mid-difensuri biss. Apparti minn hekk kien hemm nuqqas ta' ideat fl-attakk fejn in-numru ta' xuttijiet fil-lasti avversarji tul il-loghba kollha tista tghoddhom fuq id wahda. Il-goal gie b' kumbinazzjoni b' xutt ta' Formosa dirett minn kick-in li hasad lil goaler avversarju. 
 
Zgur li kienu bidu dizappuntanti ghall-stagun u daqqa fil-moral tat-team, izda dan ghandu jservi ta' incentiv ghal Trampi sabiex jaghmlu l-almu taghhom ghal-loghbiet li gejjin.
 
by Chris
 
 

No comments: