Pages


Wednesday, October 31, 2007

L-INTERVISTA

Rokna regolari li ser jibda jkollna f' dan il-blog hija l-Intervista, fejn ser nibdew naghmlu features fuq membri tat-tim, kif ukoll personaggi ohra relatati mal-loghba tal-futsal. Lejlet l-ewwel loghba ma' setax jonqos li l-intervista ssir mal-kowc ta' AC Trampi; Adrian Zahra.

Mela Adrian, nhar il-gimgha ser nibdew bl-ewwel loghba tas-season, x' inti tistenna minn din il-loghba ?

Għall-ewwel logħba qed nistenna prestazzjoni tajba fejn nispera li anke jiġi r-riżultat. Issa ilna aktar minn xahar nittrenjaw tajjeb u dan jsarraf f'logħba tajba.

U rigward dan is-season kif qieghed thares lejh ?

B'mod pożittiv. Qegħdin 16-il plejer u kullħadd f'dan iż-żmien ta' training ta' dak kollu li jista'. Jekk nibqgħu kalmi u nieħdu pjaċir nilgħabu għandna mmorru tajjeb.

Skond hafna, din is-sena trampi ghandhom wiehed mill-ahjar timijiet tal-ahhar seasons. Taqbel ?

Hekk jinħass u hekk inħoss. Bl-inseriment ta' Patrick u Mark u żewġ goalers tajbin il-livell tjieb. Kif ukoll il-Pace beda magħna mill-bidu tas-season u l-plejers tjiebu ħafna f'dawn l-aħħar snin.

Ghalik il-fatt li ghandek hafna players jikkompetu ghal hames postijiet biss hija problema jew vantagg ? Kif thares lejha din ir-responsabilta?

Hu vantaġġ għax kull logħba nistgħu nirrispondu tajjeb għat-team ta' kontrina bil-plejers tagħna. Kif ukoll b'għażla daqshekk ta' plejers m'għandna qatt inkunu għajjenin fil-grawnd. Żvantaġġ għax niddejjaq nara plejers li mhux jilgħabu daqskemm jixtiequ. Responsabilità hi challenge.

Adrian , spjegalna naqra ghal min ma jafx kif spiccajt coach ta' Trampi?

Fl-ewwel sena ta' Trampi kellna lil mitico Tobion bħala coach u s-sena ta wara lil Tanti u Kerr Cumbo. Fit-tielet sena kienet diffiċli li nsibu coach. Jien kont offrejt li mmexxi t-tim u t-tim kien jidher kuntent bl-offerta. Din is-sena wara kjarimenti mat-tim erġajt qiegħed hawn.

Zgur li mhux posizzjoni facli tieghek ? xi idejqek fil-fatt li inti l-Coach !

Hi pożiżjoni li kullħadd igerger miegħek għax aħjar hekk u mhux hekk. Imma b'xi mod niftiehmu. L-aktar ħaga li ddejjaqni hi li fil-grawd jistgħu jilgħabu biss 4 plejers u goaler għal erbgħin minuta biss u din ma tħallikx tilgħab lil kullħadd sew.

Nghaddu naqra ha nitkellmu ftit iktar fuq football ? Ghal min ma jafx lil Adrian bhala coach, x' inhuma dawk il-kwalitajiet li jfittex fil-players tieghu ?

Plejers kalmi, plejers li jmexxu l-ballun u ma jgħaqduhiex, plejers umli u jirrikonoxxu li kullħadd hu l-istess, plejers li huma hardworkers biex jirbħu, plejers li lesti jiddeffendu u jattakkaw il-ħin kollu.

Xi stil ta' loghob tixtieq li t-tim ikollu ? Please, tghidilnix li l-players ikunu vicin !!

Li jkunu close to each other. Tajjeb hekk? Nemmen ħafna li t-tim għandu jilgħab viċin ta' xulxin ħalli tkun aktar faċli li jitqassam il-ballun u b'hekk najjew inqas u jkun hemm inqas ċans li nitilfu l-ballun. Li kullħadd jilgħab imferrex mal-grawnd nemmen li tkun aktar faċli biex it-tim ta' kontrina jeħdilna l-ballun. Ma narahomx joddu għal FUTSAL anke l-blalen twal għax dak ifisser rigal għall-opponent.

Kemm ilek trampi liema kienu l-isbah mumenti tieghek, kemm meta kont player, kif ukoll meta kont coach ?

Bħala plejer zgurissmu l-ewwel sena, meta rbaħna l-league biss wara sena mill-fondazjoni ta' Trampi. B ħala coach naħseb ma kienx hemm xi moment partikolari imma li fis-sentejn ta' coaching irnexxielna niġu t-tielet u anke kellna ċans li nerġgħu nirritornaw fis-Second. Kien hemm timijiet aħjar minnha f'dawn is-sentejn u dejjem tajnihom logħba sewwa. Naħseb li huma momenti sbieħ dawn.

Kieku jkollok l-opportunita li taghzel player wiehed famuz biex jinqghaqad ma trampi, min ikun ? Nafu li zzomm mal-milan jigifieri players tal-milan ma jghoddux.

De Rossi la ma nistax nagħżel lil GATTUSO. Żewġ plejers ta' grinta tajbin għal FUTSAL.

Hemm xi coach li tammira ? il-Varji Ancelotti, Capello, Sacchi u Zaccheroni ma jghoddux minhabba r-ragunijiet msemmija qabel.

Allavolja ma tantx huma simpatiċi l-Manchester, Ferguson hu ċertament coach li d'dawn is-snin kollha li ilu ma Manchester dejjem irnexxielu jmur tajjeb. Biex inkompli mmur kontra qalbi Mancini li irnexxielu jżomm postu mal-Inter u dan diġa hu ħafna ma Moratti u li irnexxielu jġib it-tim f'postu għall-ewwel darba wara ħafna snin.

Fl-ahhar hemm xi messagg li tixtieq tghaddi lit-tim qabel l-ewwel loghba tal-league ??

Ejjew ħa nieħdu pjaċir nilgħabu u b'hekk nirbħu. Ejjew kalmi għax kull darba li konna kalmi irbaħna. Attenti għat-throw ins għax ir-referees jsaffruhom il-ħin kollu dawn. Oqgħodu viċin xulxin ħalli ma tajjewx. Agħtu dak kollu li tistgħu fil-grawnd u x'ħin tajjew għidu. Fl-aħħar Forza Trampi u ejjew ħa nieħdu gost.

by Chris

No comments: