AC Trampi jifrah lil ex-plejer, ex-coach u issa membru tal-kumitat Adrian Zahra ghad-degree li ha mill-Universita ta' Exeter bhala Master of Arts in Heritage, Education and Management.
Grazzi Adrian ta' dak li taghti lil AC Trampi u awguri fil-karriera dedikata tieghek.
Saturday, July 24, 2010
Awguri Adrian
Monday, July 19, 2010
Mid-Djarju tal-Captain ta Trampi (22)
Trampi jibdew jippreparaw ghal-istagun 2010-2011
Din is-sena nafu li l-iskop taghna hu wiehed impenjattiv mhux hazin la darba ftehmna li nilghabu biex nirbhu il-lig tat-tielet divizzjoni. Ghalhekk mal-ewwel kienu cari il-kowcis meta riduna ninzlu ghal kull sessjoni ta tahrig iffukati mill-bidu sa l-ahhar. Hu hekk kien!! Bil-plejers mohhna hemm biex mill-ewwel naqbdu id-differenzi ta' art gdida u ballun gdid.
Tajjeb nghid li fl-ewwel xahar ftit li xejn missejna tattika. Ovvjament il-kowcis riedu jippreparawna fizikament ghal-istagun. U emmnuni hafna drabi qatghulna in-nifs b'dak il-giri mal-Buskett u Had-Dingli, specjalment fix-xemx qalila tas-sajf! Wara daqs 30 minuta giri ikun baqalna siegha u nofs ohra tahrig, fejn hafna drabi ghal grazzja t'Alla konna immissu il-ballun.
Bhalissa qeghdin weqfin ghal hmistax il-gurnata. Tahsbux li mhu qed naghmlu xejn ta! Ghax il-kowc ghogbu itina programm ghal-'vaganzi'. Programm li kien jitlob girja ta bejn 5 u 7 kilometri tlett darbiet fil-gimgha u ftit esercizzji biex insahhu il-fiziku taghna. Kien sabih li uhud minna il-plejers morna ghal-Fun Run f'Jum il-Gudja u hekk ergajna iltqajna ftit. Minn hemm hrigna bl-ideja li kemm jista ikun imorru ghal-girja fi gruppi.
Bhal ta kull sena, bhalissa ghandna uhud mill-plejers u sapporters taghna jghamlu volontarjat kemm go Malta u kemm barra minn Malta. Fosthom insibu lil plejers Chris Formosa u Wayne J. Dimech li qed imexxu flimkien l-esperjenza gewwa it-Tunisija li maghhom hemm David Magri u is-sapporters kbar taghna Robert Facciol u Diane Mifsud. Insellmu wkoll lill-membru tal-kumitat Adrian Zahra li ser ikun parti fl-esperjenza ta' Napli. Awguri lilkom ilkoll ghal-esperjenza tajba.
Sadanittant bghattna lill-kowc jiltaqa ma Del Bosque u Mourinho, zewg kowcis kbar bl-ewwel wiehed rebbieh tat-Tazza tad-Dinja u l-iehor frisk mit-Triplete!! Nisperaw li laqawh tajjeb.
Nixtieq nghalaq billi nifrah liz-zewg koppji Stephen Farrugia u Anita, u Jonathan Borg u Valerie li se jizzewgu it-tnejn li huma nhar l-24 ta Lulju. Awguri lilkom ghal-hajja felici u twila flimkien minghand kulhadd li ghandu x'jaqsam ma A.C. Trampi!!!
Bhal dejjem;
FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo
Monday, June 07, 2010
Il-Coach jghamel Diploma b'success
Hekk kif imhabbar fuq www.maltafutsal.com, il-coach taghna Renzo Kerr Cumbo ghadu kif ikkompleta b'success kors ta' Diploma fuq Basic Futsal Coaching Course mtellgha mill-Coach Nazzjonali tal-Futsal Mr.Vic Hermans. Il-prezentazzjoni tac-certifikati sehhet nhar il-Hadd mic-chairman tal-MFA is-Sur Micallef. Flimkien ma' Renzo, nifirhu lis-16 -il kollegi tieghu. Aktar dettalji minn hawn.
Ritratt mehud minn www.maltafutsal.com
Ritratt mehud minn www.maltafutsal.com
Sunday, May 30, 2010
Mid-Djarju tal-Captain ta' Trampi (21)
Trampi jghalqu ufficjalment l-istagun 2009-2010!
Wara li intemm il-lig u spiccajna bla loghob, la darba diga inqlajna mit-tazza, kien wasal iz-zmien li il-plejers kollha niltaqghu u flimkien nghalqu l-istagun 2009-2010. Stagun twil li beda b'tahrig fiziku fuq dak it-tarag kiefer tal-bajja tar-riviera f'Ghajn Tuffieha. Tahrig li kien ikun kmieni il-Hadd filghodu, li kien ifisser li nhar ta Sibt filghaxija hafna minnha il-plejers kienu jispiccaw jew ma johorgux jew jidhlu id-dar kmieni jistriehu! Tahrig li baqa ghaddej b'mod regolari ta darbtejn fil-gimgha ghal matul l-istagun kollu. Kull ma nista nghid li hu li jien kburi hafna bl-intensita u s-serjeta' li ahna l-plejers konna naghtu dejjem matul it-tahrig. Dan grazzi dejjem ghal-kowcis Renzo u Duncan li kienu jimbuttawna biex naghtu dejjem aktar u aktar, grazzi kowcis!! Minn hawn nixtieq nifrah lil Christopher 'il Cecchino' Formosa li irnexxilu jidhol ma l-aqwa 10 skorers tat-tielet divizzjoni, prosit siehbi!!!
Christopher 'il Cecchino'
Ikolli nghid li f'dawn it-tlett gimghat (zmien ta ftit mistrieh meritat mill-plejers!!) li ghamilna niltaqghu bejnietna il-plejers biex nevalwaw l-istagun kien importanti ferm il-hidma kontinwa tal-kumitat. Nies bhal Christopher Formosa, Paul Mizzi u Jonathan Sammut li barra li laqqghu lilna il-plejers kienu jiltaqghu ukoll mal-kowcis biex iwasslu xinhi il-vizzjoni tal-plejers lill-kowcis u bil-maqlub. Grazzi hafna tax-xoghol kumitat. Bis-sahha taghhom ukoll wasalna ghal decizzjoni importanti hafna hafna ghal-gid ta Trampi. Decizzjoni li mill-istagun li gej 2010-2011, prattikament mill-gimgha id-diehla, jaghti lill-kumitat il-mandat li jiehu hu id-decizzjonijiet kollha f'isem il-club. Dan ifisser li ghandhom aktar responsabilta tal-kumitat u ghalhekk minn tlieta minn nies ghandhom jizdiedu ghal hamsa. Elezzjonijiet li huma ghaddejjin bhalissa bejn il-plejers ta Trampi. Ghalhekk nixtieq nerga nirringrazzja lill-kumitat li ghadu kif spicca tal-hidma tieghu tul l-ahhar sentejn u nawgura lil dawk kollha li tefghu in-nominazzjoni taghhom ghal-kumitat il-gdid.Ovvjament, nghalaq billi nawgura lil plejer taghna Wayne Mizzi u lit-tfajla tieghu Cherise-Ann Caruana li nhar il-Gimgha 28 ta' Mejju se jinghaqdu fis-sagrament taz-zwieg. J'Alla ikollkom hajja twila u felici flimkien, imbierka bit-tfal li jghogbu jibaghtilkom il-Mulej! Awguri habib u nispera li ha tghin lil martek fix-xoghol tad-dar :p Din zgur se tkun okkazzjoni sabiha ta celebrazzjonijiet ghal-plejers ta Trampi biex jghalqu bil-kbir l-istagun 2009-2010 biex it-Tnejn ta wara jifthu l-istagun 2010-2011 bl-ewwel sezzjoni ta tahrig.
Trampi waqt it-tieg ta' sehibna Wayne
Fil-harga li jmiss nibdew flimkien it-triq twila ta l-istagun 2010-2011, sadattant,
FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo
Subscribe to:
Posts (Atom)









