Pages


Friday, September 28, 2012

Mqabba FC 1-5 San Gwann FC [HT 1-3]


Sporting a full red kit and a couple of new faces, Mqabba faced San Gwann in the first round of the FMA Knockout Competition.  Coach Azzopardi and assistant coach Andolfi started the match with Xuereb in goal along with Dimech, Psaila, Bugeja and Spiteri in a 2-2 formation.


Despite a clear handball which was ruled out by the referees the first goal of the match came through a swift San Gwann counterattack in the fifth minute.


The Mqabba rearguard was again caught by surprise a couple of seconds later making the score 0-2.  However, the margin was instantly halved when after some quick return passes between Dimech and Spiteri, the former netted in from close range.  It was a signal of intent from Mqabba that matched the opponents for a good part of the rest of the half, going close to scoring again through Dimech and Eminyan.


The final goal for the first half came after 22 minutes when a San Gwann shot in the roof of the net gave Xuereb no chance.


San Gwann started the second half on a high tempo adding a fourth goal in the first minute. Mqabba pushed on and exploited San Gwann's lack of accuracy and perhaps some complacency from their part.  Psaila and Falzon both had good chances to pull a goal back for their team.  Against the run of play, it was San Gwann that scored the last goal of the match and their fifth of the match two minutes from time following an individual effort.


Mqabba FC Player of the Match: Conrad Dimech

Monday, March 19, 2012

Riżultat u Prestazzjoni Pożittiva

Sa mill-ewwel minuti tal-logħba l-plejers ta’ AC Trampi urew mentalita agressiva li kienet xi ftit nieqsa fl-aħħar logħbiet.  Fit-tielet minuta wara azzjoni personali ta’ Formosa, Psaila jara x-xutt tiegħu salvat mill-gowler avversarju.  Formosa kien ħafna attiv fil-fażi offensiva ta’ AC Trampi. Filwaqt li ra l-freekick tiegħu salvat fil-11-il minuta, l-azzjoni bejn Formosa u Psaila reġgħet irrepetiet ruħa din id-darba b’mod aktar pożittiv meta wasslet biex Psaila jiskurja l-ewwel gowl tal-logħba. Fid-19-il minuta kien imiss lil Formosa li jiskurja fejn xutt tiegħu jispiċċa fil-lasta avversarja. Fl-aħħar ħames minuti tal-ewwel taqsima Sporting Gauchos bdew jieħdu ftit kuraġġ u f’temp ta’ tliet minuti laqtu lasta u skurjaw l-ewwel gowl għalihom għal skor ta’ 2-1.


Fit-tieni taqsima AC Trampi komplew juru l-aggressivita tagħhom u diversi azzjonijiet veloċi bdew iħallu l-frott. Fl-ewwel minuta Sammut irnexxielu jisraq il-ballun lill-plejers avversarji u wara azzjoni personali tefa’ l-ballun fuq it-tieni lasta fejn sab lil Rapinett lest biex jiskurja t-tielet gowl għal AC Trampi. Fit-12-il minuta Mizzi ra tajjeb ħafna lil Gauci waħdu fuq il-linja tal-lemin li kien pront jitfa fin-nofs biex iwassal għal gowl ta’ Dimech. Għalkemm AC Trampi baqgħu jattakkaw, Sporting Gauchos kienu perikolużi b’żewġ azzjonijiet fil-5 u t-13-il minuta. Imma dawn ġew salvati tajjeb ħafna minn Farrugia, li kien il-gowler tal-logħba għal AC Trampi. Ir-riżultat għal AC Trampi kompla jikber għal 6-1 b’żewġ gowls oħra ta’ Formosa. L-aħħar ħames minuti tat-tieni taqsima kienu simili għal kif spiċċat l-ewwel taqsima, din id-darba Sporting Gauchos jirnexxiehom jiskujraw żewġ gowls biex ir-riżultat finali jintemm 6-3 għal AC Trampi.

Ta’ min jinnota fl-aħħar ir-ritorn tant mistenni, f’nofs it-tieni taqsima, ta’ Wayne Dimech bejn il-lasti ta’ AC Trampi li kienu ilu assenti mil-logħob għal dawn l-aħħar ġimgħat wara injury fil-polz.

Bl-istaġun jersaq lejn it-tmiem tiegħu nħeġġukom tattendu għall-aħħar partita kontra Real Browns Pharma FC fid-29 ta’ Marzu 2012 ġewwa l-Imsida fis-19:30.

Tuesday, February 28, 2012

Lura għar-Rebħ

Bi tlett logħbiet għal tmiem l-istaġun issa kien imiss il-konfront kontra Gżira United FC.  Trampi dehru kunfidenti sa mill-bidu u għafsu ħafna lil Gżira f’nofs il-grawnd.  Diversi ċansijiet kmieni minn Falzon u anke Psaila għaddew bi ftit barra.  Il-logħba tal-Gzira kienet waħda ta’ konteniment u kienu s-sejvs tajba tal-gowlkiper tagħhom li caħħdu ‘l Trampi milli jmorru fil-vantaġġ.




Gżira wettqu rejazzjoni wara meta Trampi nqabdu xi ftit iżda Farrugia żamm kontroll tajjeb tas-sitwazzjoni.  Kontra x-xejra tal-logħob iżda Gżira jmorru fil-vantaġġ wara konklużjoni mill-viċin.

Trampi għafsu ftit iżjed, xi kultant bi ftit iżjed riskju għad difiża.  Il-kowċ lagħab il-karta Wayne Mizzi li tat il-frott tagħha wara li dan tal-aħħar ġab il-gowl tad-dro b’xutt kompost.  Bi Trampi fuq l-offensiva, tintemm l-ewwel taqsima.

It-tieni taqsima bdiet bħal ta’ qabilha u kellu jkun xutt ta’ Falzon wara 8 minuti li tefa ‘l Trampi meritatament fil-vantaġġ.  Trampi laqtu l-lasta darbtejn oħra u sforz xi ftit tal-għejja li bdiet dieħla fil-plejers tal-Gżira ċ-ċansijiet ta’ skor komplew jiżdiedu.  Dimech għamilhom 3-1 b’xutt b’saħħtu li ħabat ma’ żewġ lasti qabel daħal fix-xibka.  Il-lasti reġgħu kienu protagonisti wara li salvaw għal drabi oħra biex finalment minn pass b’saħħtu ta’ Falzon fuq it-tieni lasta, jidħol tajjeb Zahra li jagħmilhom 4-1 wara 18-il minuta.
 


Ir-rejazzjoni ta’ Gżira kienet fqira u dan għen ‘l Trampi jamministraw il-vantaġġ ta’ tliet gowls li inżamm sal-aħħar tal-logħba.  Għalkemm forsi l-iskor seta’ kien akbar, jaslu tliet punti oħra u issa l-appuntament li jmiss ikun għall-14 ta’ Marzu ġewwa Ħaż-Żabbar kontra Sporting Gauchos.

Thursday, February 23, 2012

Tarġa l-Isfel

Wara t-telfa minima kontra St. Helen Band Club, kien imiss konfront ferm important kontra Żebbuġin li fih AC Trampi riedu tliet punti biex jersqu vicin it-tieni post tal-klassifika.

Fi grawnd imxarrab wara ġurnata xita ma taqta’ xejn, il-logħba bdiet bħal dik ta’ qabilha b’ Żebbuġin fuq l-offensiva u AC Trampi jilqgħu b’attenzjoni. Fil-5 minuta xutt tajjeb għal Żebbuġin mill-linja xellugija jiġi milqugħ mil-gowler Xuereb. Falzon iwieġeb b’xutt li wkoll jiġi milqugħ mill-gowler avversarju. Fl-10 minuta jasal l-ewwel gowl għal Żebbugin b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa iżda minuta biss wara Trampi jiksbu d-dro b’xutt ta’ Falzon wara kick-in. Sforz forsi nuqqas ta’ konċentrazzjoni ftit sekondi biss wara jasal it-tieni gowl għal-Żebbuġin b’xutt ieħor minn mal-linja. Ir-rejazzjoni ta’ Trampi terġa’ tasal minn Falzon, li jolqot il-lasta, kif ukoll minn Bugeja u Sammut li raw x-xuttijiet tagħhom jiġu blukkati. Żebbuġin resqu viċin ħafna t-tielet gowl pero Xuereb jerġa’ jwettaq save tajjeb. Wara kwarta logħob, frikik mogħti minn Sammut jaħbat mal-barriera. Fl-20 minuta Żebbuġin jagħmluhom 3-1 b’xutt ċentrali minn barra l-kaxxa. Trampi ppruvaw iwettqu rejazzjoni b’diversi xuttijiet mill-bogħod li ġew newtralizzati mid-difiża jew mill-gowler ta’ Żebbuġin. Fl-aħħar battuti tal-ewwel taqsima AC Trampi jkollhom opportunita tajba li jnaqqsu l-marġni tal-iskor hekk kif r-referi ordna penalti wara fawl fuq Wayne Mizzi. Iżda l-penalti mogħti minn Sammut jkun xi ftit ċentrali u jintlaqa’ mill-goalkeeper avversarju li jsalva anke r-rebound. L-aħħar azzjoni tal-logħba tkun frikik ieħor għat-tim ta’ Żebbuġin li jintlaqa’ tajjeb minn Xuereb.


It-tieni taqsima rat lil AC Trampi joħorġu iżjed determinati tant li wara biss minuta logħob Falzon jagħmel l-iskor 3-2 wara li jfajjar xutt sabiħ bil-ponta, iżda minn freekick ftit ħin biss wara, Żebbuġin jiskurjaw ir-raba gowl tagħhom. Wara diversi azzjonijiet qosra u xuttijiet miż-żewġ naħat jasal it-tielet gowl għal-Trampi minn Psaila, b’xutt fis-saqaf tax-xibka li reġa’ fetaħ l-loghba. Iżda ma kellux idum wisq għaliex minn kontrattakk veloċi Żebbuġin għamluhom 5-3 wara 10 minuti logħob. AC Trampi ħarġu iżjed fuq l-offensiva u bdew jirriskjaw aktar. Dan wassal biex iż-żewġ timijiet jinfetħu aktar u l-attakki fuq ż-żewġ naħat bdew ikunu iżjed perikolużi b’diversi ċansijiet foshom l-azzjoni ta’ Spiteri li jfalli minn viċin u l-frikik sussegwenti ta’ Żebbuġin li jmur barra wara li jaħbat mal-barriera. Iżda minn korner jasal il-gowl letali tas-6-3 li difen it-tamiet li Trampi forsi jsalvaw xi ħaġa minn din il-logħba. AC Trampi irrispondew b’xuttijiet ta’ Fiteni u Magri iżda fl-aħħar battuti tal-logħba Żebbuġin jerġgħu jiskurjaw bir-riżultat finali jaqra 7-3 għal Żebbuġin.

L-appuntament li jmiss issa jkun fit-28’ ta’ Frar kontra Gzira United ġewwa l-Għargħur.

Wirja Qalbiena

Il-logħba kontra St. Helen Band Club kienet il-logħba li setgħet tkabbar il-possibilitajiet li AC Trampi jiġġieldu għall-promotion playoffs. F’ħafna mill-ħin fiż-żewġ taqsimiet il-plejers ta’ AC Trampi kienu fil-post it-tajjeb fil-ħin it-tajjeb għal ħafna partijiet tal-logħba

Għal AC Trampi kienet logħba ta’ stennija u paċenzja fid-difiża u ħarbiet bil-kotrattakk. Dan deher ċar sa mill-ewwel minuti tal-logħba. Fl-ewwel għaxar minuti il-goaler Xuereb għamel diversi saves importanti li flimkien ma’ żewġ lasti milquta minn St. Helen żammew l-iskor xejn b’xejn. AC Trampi rrispondew permezz ta’ Falzon fejn wara kontrattakk fil-5 minuta kkonkluda barra u 3 minuti wara, pass ta’ Bugeja fin-nofs lejn Falzon u konklużjoni ta’ dan tal-aħħar ġiet salvata mill-gowler ta’ St. Helen. Attakki preċiżi taSt. Helen wasslu għal żewġ gowls fis-16 u l-20 minuta. AC Trampi għamlu reazzjoni permezz ta’ Psaila u Spiteri imma t-tentattivi tagħhom ġew salvati. Eżatt minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima AC Trampi ġew premjati wara li permezz ta’ freekick ta’ Falzon naqqsu l-iskor għal 2-1.

Fit-tieni taqsima St. Helen skurjaw kmieni t-tielet gowl tagħhom imma d-dixxiplina tattika ta’ AC Trampi għenet biex il-plejers jibqħu ffukkati. Infatti, minuta wara Formosa skurja t-tieni gowl għal AC Trampi u żewġ minuti wara kellhom anke ċ-ċans li jġibu d-dro permezz ta’ Magri li ra x-xutt tiegħu jiġi salvat. Sfortunament St. Helen irnexxielhom jiskurjaw ir-raba’ u l-ħames gowls b’movimenti rapidi li gerfxu xi ftit id-difiża ta’ Trampi. Psaila nrexxielu jżomm lil AC Trampi fil-logħba meta skurja t-tielet gowl. L-aħħar għaxar minuti tal-logħba kienu assedju fuq l-lasti ta’ St. Helen fejn AC Trampi ħolqu diversi okkażżjonijiet ta’ gowl. St. Helen għażlu li jiddefendu l-logħba u dan ta aktar ċans lil AC Trampi biex iżidu l-pressjoni. Biss ir-raba’ gowl wasal ftit tard permezz ta’ Falzon fit-23 minuta. Il-plejers ta’ AC Trampi pruvaw diversi drabi jġibu d-dro imma ma’ kienx fadal biżżejjed ħin.

Hija ħasra li AC Trampi ma rnexxilhomx jiġbru ebda punt minn wirja daqstant pożittiva.

Rebħa tajba għal AC Trampi

Ir-rebħa kontra Real Browns Pharma FC waslet bi skor kbir għal AC Trampi. Mill-ewwel ftit minuti AC Trampi urew li setgħu jikkontrollaw il-logħba u propju wara ftit sekondi ix-xutt ta’ Dimech imur bi ftit barra. Iżda dan kien biss preludju għaliex ftit wara jasal l-ewwel gowl tal-logħba mill-captain Psaila fit-tielet minuta wara xutt ta’ Formosa. Psaila irripeta ruħu żewġ minuti wara, meta ġie waħdu quddiem il-gowler avversarju u skurja t-tieni gowl. Falzon prova jiskurja t-tielet gowl imma x-xutt tiegħu ġie salvat. Real Browns naqsu d-distakk fl-10 minuta meta skurjaw l-ewwel gowl tagħhom minn freekick. Formosa reġa ta vantaġġ ta’ żewġ gowls lil AC Trampi meta x-xutt tiegħu għamel l-iskor 3-1. Qabel spiċċat l-ewwel taqsima Sammut jagħmel l-iscore 5-1 meta skurja żewġ gowls f’temp ta’ minuta u kkonkuda l-ewwel taqsima li kienet pjuttost dominata minn AC Trampi għal ħin twil.

It-tieni taqsima bdiet bħall-ewwel waħda b’AC Trampi fuq l-offensiva din id-darba b’Farrugia bejn il-lasti. Mal-ewwel minuta Bugeja kompla jkabbar l-iskor wara azzjoni mal-linja xellugija. Real Browns pattew fit-tielet minuta b’gowl ieħor minn freekick. Biss fid-disa minuta kien imiss lil Spiteri biex iniżżel ismu fil-lista tal-iscorers. Formosa skurja t-tmien gowl fl-14-il minuta u żewġ minuti wara fuq freekick ta’ Dimech ikun Spiteri li jiddevja fix-xibka għad-disa’ gowl. Fl-aħħar għaxar minuti AC Trampi bdew jieħdu l-logħob aktar bil-kalma u forsi dan wassal għal xi ftit nuqqasijiet li wasslu għat-tielet u r-raba’ gowls ta’ Real Browns li għalqu l-partita.

Dan l-iskor jagħti kuraġġ kbir lit-tim għaż-żewġ logħbiet ferm importanti li jmiss kontra St Helen Band Club u Żebbuġin. L-ikbar diffikulta fil-logħbiet ta’ qabel kienu l-gowls u dan hu sinjal pożittiv ‘il quddiem

Sunday, January 22, 2012

Pass ieħor pożittiv għal AC Trampi


Wara l-wirjiet inkoraġġanti ta’ l-aħħar żewġ logħbiet, AC Trampi riedu jikkonsolidaw din il-mixja pożittiva. Għall-logħba kontra Sporting Gauchos iddebutta l-akkwist il-ġdid, il-goaler Jason Demicoli. Dan l-akkwist kellu jseħħ wara li Wayne Dimech weġġa l-polz waqt it-taħriġ tal-ġimgħa l-oħra filwaqt li Steven Xuereb kien ukoll indisponibbli għal-logħba.  Għaldaqstant it-tim ħass li kellu jirreġistra gaoler ieħor.


Iż-żewġ timijiet affrontaw il-logħba differenti. AC Trampi mill-ewwel ħarġu aggressivi u fl-ewwel minuti diġa kellhom mill-inqas tliet azzjonijiet perikolużi li setgħu waslu għall-goal, b’xuttijiet ta’ Formosa u Falzon li għaddew bi ftit barra. Minn naħa l-oħra Sporting Gauchos qagħdu jistennew fit-taqsima tagħhom u meta bdew isibu ċ-ċans bdew joħorġu bil-kontrattakk. Fis-6 minuta Formosa u Psaila krejaw waħda mill-isbaħ azzjonijiet tal-logħba fejn minn fuq il-linja tal-xellug Formosa krossja fuq in-naħa l-oħra fejn Psaila daħal bir-ras u kien biss sfurtanat li l-ballun ma spiċċax fil-lasta. AC Trampi krejaw diversi azzjonijiet oħra imma ma kienux biżżejjed deċisivi. It-tattika ta’ Sporting Gauchos bil-mod il-mod bdiet tħalli l-frott.  Fit-13-il minuta kellu jkun intervent propizju ta’ Formosa li rnexxielu jantiċipa lill-plejer avversarju wara li dan kien qabeż lill-gowler Demicoli, li jċaħħad ‘l-Gauchos mill-gowl. Biss fl-20 minuta, kontra x-xejra tal-logħob, l-ex-plejer ta’ AC Trampi, Joseph Mifsud jpoġġi ‘l Gauchos fil-vantaġġ wara azzjoni personali.


It-tieni taqsima kienet ħafna simili għall-ewwel waħda. AC Trampi komplew iżidu l-pressjoni biex iġibu l-gowl tad-dro u għal diversi minuti l-logħba spiċċat f’konfront bejn il-plejers ta’ AC Trampi u l-gowler ta’ Sporting Gauchos. Il-pressjoni bdiet tiżdied fuq AC Trampi u din bdiet tnaqqas xi ftit il-luċidita tal-plejers. Fit-12-il minuta xutt ta’ Falzon jispiċċa mal-lasta. Il-gowl tad-dro iżda jasal fis-17-il minuta permezz ta’ Sammut wara pass tajjeb ta’ Falzon. Dan il-gowl mmotiva ferm lit-tim u żewġ minuti wara Bugeja rnexxielu jqabbeż il-ballun minn fuq il-gowler jitfa’ ‘l AC Trampi fil-vantaġġ.  Save tajjeb ta’ Demicoli fl-aħħar battuti tal-partita kkonferma t-tielet rebħa għal Trampi fl-aħħar tliet logħbiet.

Saturday, December 31, 2011

Rebħa storika għal AC Trampi (Knock-out Trophy)

Ir-riżultat kontra Sirens FC kien wieħed storiku fl-istorja ta’ AC Trampi. Ir-rebħa ta’ 3-1 tat iċ-ċans lil AC Trampi li jaċċeddu għat-tieni round tal-kompetizzjoni Knock-out. Din is-sena AC Trampi qegħdin jieħdu sehem fil-kompetizzjoni li hi dedikata biss għat-timijiet tar-Raba’ Diviżjoni.


Il-logħba mal-ewwel bdiet b’element pożittiv. Fl-ewwel minuta Formosa jikseb l-ewwel gowl tieghu f’dan l-istaġun b’xutt fil-kantuniera li għamilha diffiċli għall-gowler ta’ Sirens FC biex jilqa. Żewġ minuti wara Formosa reġa prova imma din id-darba r-riżultat ma kienx dak wieħed mixtieq. Il-bidu tajjeb ta’ AC Trampi ta l-kuraġġ lill-plejers li bdew jirnexxilhom idawru l-ballun b’facilita. Sirens FC bdew iħallu diversi spazji vojta u Rapinett irnexxielu fit-8 minuta jiskurja t-tieni gowl. Ftit wara t-tentativ tal-captain Psaila mar ftit barra. Fil-15-il minuta freekick ta’ Sirens FC għadda ftit barra. Bil-mod il-mod Sirens FC bdew iżidu il-pressjoni u waslu ghal-gowl fil-21 minuta. Biss fl-24 minuta kien Formosa li jiskurja it-tielet gowl għal AC Trampi minn rebound fuq freekick moghti minnu stess.

It-tieni taqsima reġgħet bdiet fejn spiċċat l-ewwel taqsima. AC Trampi rnexxielhom inaqqsu l-pressjoni li Sirens FC irnexxielhom jikrejaw fit-tieni parti tal-ewwel taqsima. Żewġ tentativi separati ta’ Rapinett u Wayne Mizzi marru ftit barra. Fit-8 minuta Sirens FC laqtu l-lasta u ftit minuti wara Dimech isalva xutt tajjeb ta’ Sirens FC. Fid-19-il minuta ix-xutt ta’ Sammut jiġi milqugħ mill-gowler ta’ Sirens FC. Ir-rebound ta’ Gauci jiġi salvat ukoll. Il-biża tar-rebħa bdiet tħalli ftit tensjoni fil-plejers ta’ AC Trampi hekk kif Sirens FC reġgħu laqtu l-lasta. Fortunatament l-iskor ma nbidilx.

Apparti l-avvanz għall-istadju li jmiss, din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għal AC Trampi u l-livell ta’ logħob jidher li qiegħed jitjieb. Dan jawgura tajjeb għas-sena 2012.

Saturday, December 10, 2011

L-ewwel tliet punti tal-istaġun

Fi grawnd ferm ikbar mis-soltu għal dak li jirrigwarda grawnds barra, AC Trampi affrontaw lil Gżira Utd FC. Għal AC Trampi din il-logħba kienet importanti ħafna għax it-tliet importanti kienu vitali għall-kumplanet tal-istaġun. Għalkemm il-prestazzjoni ma kinitx mill-aqwa, waslu t-tliet punti.

L-ewwel taqsima kienet maqsuma bejn iż-żewġ timijiet. Gżira Utd FC kienu aktar veloċi fejn il-plejers zgħar tagħhom użaw l-aġilita tagħhom u din fixklet għal diversi ħinijiet il-plejers ta’ AC Trampi. Min-naħa l-oħra AC Trampi kienu aktar tattiċi u kienu kapaċi idawru l-ballun u jsibu punti deboli tat-tim tal-Gżira speċjalment fuq il-linja tax-xellug. Fl-ewwel minuti AC Trampi pruvaw jaslu għal gowl permezz ta’ Formosa u Psaila imma l-gowler avversarju irnexxielu jsalva. Bejn il-11 u t-13-il minuta ġew skurjati 3 gowls.

Il-Gżira irnexxielhom jaħsdu lil AC Trampi b’żewġ f’żewġ minuti. Fortunament Falzon irnexxielu jnaqqas id-distakk mill-ewwel. Tliet minuti wara Conrad Dimech ixxutja mil-bogħod, il-gowler isalva imma Sammut irnexxieu jiskurja l-gowl tad-dro mir-rebound fuq il-gowler. Fl-aħħar minuta tal-ewwel taqsima setgħu jerġgħu imorru fil-vantaġġ imma l-plejer tagħhom għalkemm kien waħdu tefa barra. Il-gowler Xuereb ftit kien involut għalkemm kellu żewġ saves importanti.

It-tieni taqsima ma tantx kien fiha x’tirrakkonta. It-taqsima bdiet tajjeb għal AC Trampi. Dimech niżel waħdu bil-ballun u meta l-gowler avversarju prova jeħodu l-ballun, il-ballun ħabat ma’ Dimech u daħal fil-lasta. Il-bqija tat-taqsima kienet l-istess fejn AC Trampi kellhom diversi opportunitajiet biex jiskurjaw iżda ma rnexxilhomx jiskurjaw ir-raba’ gowl. Fl-aħħar minuti Gżira bdew jieħdu l-kuraġġ u kienu viċini għal-gowl tad-dro. Fundamentali kien Wayne Dimech, li daħal minflok Xuereb fil-bidu tat-tieni taqsima, li rnexxielu jsalva r-riżultat fl-aħħar minuta.

Din kienet l-aħħar logħba tal-league għal din is-sena. Nisperaw fis-sena 2012 AC Trampi jkomplu fejn spiċċaw f’din is-sena.

Wednesday, November 30, 2011

Chris Formosa fil-Futsal Malta Association

AC Trampi huma onorati li l-President tal-club Chris Formosa ġie appuntat bħala assistant segretarju fl-assoċjazzjoni l-ġdida Futsal Malta Association. Din l-assoċċjazzjoni hi rikonuxxuta b’mod uffiċjali mill-MFA li minn sena oħra ser tkun qed tieħu ħsieb il-kompetizzjonijiet tal-FUTSAL f’Malta. F’isem il-kumitat, il-coaching staff u l-plejers ta’ AC Trampi nixtiequ nifirħu lill-president tagħna għal din il-kariga ġdida fil-ħidma tiegħu għall-ġid tal-FUTSAL Malti.

Friday, November 25, 2011

Pass lejn id-direzzjoni t-tajba

Il-logħba kontra ż-Żebbuġin riedet isservi ta’ test biex AC Trampi juru l-veru valur tagħhom. Għal-maġġor parti tal-logħba dan urewh. Għad jonqos aktar ħażen u preċiżjoni taħt il-lasta avversarja biex jaslu il-gowls li jistgħu isarfu f’punti fil-klassifika.

Fl-ewwel taqsima AC Trampi sofrew mill-pressjoni li Żebbuġin bdew jagħmlu biex jaslu għall-gowl. Kienu abbli biex iwasslu l-ballun viċin tal-lasta ta’ AC Trampi bi ftit passes. Din il-pressjoni waslet għall-karta safra kontra Magri fid-9 minuta u l-ewwel gowl għalihom minuta wara. Bil-mod il-mod AC Trampi bdew jakkwistaw il-kunfidenza u bdew jimbuttaw lura liż-Żebbuġin fiż-żona tagħhom. Ir-riżultat ta’ dan kien serje ta’ corners bejn is-17 u l-20 minuta fejn Magri u Formosa pruvaw jippenetraw id-difiża u l-gowler taż-Żebbuġin b’diversi xuts minn barra. Sfortunatament il-gowl ma wasalx u minflok wasal it-tieni gowl taż-Żebbuġin fil-21 minuta. Fit-23 minuta ż-Żebbuġin jingħataw penalty ftit diskutibli. Biss il-goaler ta’ AC Trampi Xuereb laqa’ u rnexxielu jżomm l-iskor ta’ 2-0 sat-tmiem tal-ewwel taqsima.

Xuereb kompla kien il-protagonist fit-tieni taqsima fejin irnexxielu jsalva diversi azzjonjiet anke meta ġew żewġ plejers avversarji waħedhom kontrih f’aktar minn okkażżjoni waħda. Kif wieħed kien jistenna fit-tieni taqsima kienu AC Trampi li poġġew il-pressjoni fuq it-tim avversajru. Iż-Żebbuġin min-naħa tagħhom rnexxielhom ikunu perikolużi b’azzjonijiet ta’ kontra attakk. Fis-6 minuta Rapinett skurja l-ewwel gowl ma’ AC Trampi biex ipoġġi l-iskor għal 2 b’1. Dan għin biex itella l-moral u nħolqu diversi azzjonijiet perikolużi biex jasal il-gowl tad-dro. Il-fortuna ma għinitx imma għax Falzon u Formosa ix-xutts tagħhom spiċċaw fuq il-lasta.

Saturday, November 19, 2011

Lenti fuq St Helen's Band Club vs AC Trampi


AC Trampi bdew l-logħba b’mentalità aggressiva fejn ma bdewx jagħtu ċans lill-avversarji jilgħabu u dan beda jagħti l-frott fl-ewwel minuti. Infatti fit-8 minuta AC Trampi marru fil-vantaġġ. Formosa jixxuttja mill-bogħod, bil-goaler ma’ jaħtafx u Falzon ipoġġi l-ballun fix-xibka. Sammut kien viċin t-tieni goal b’xutt li jgħaddi ftit barra. Fil-11-il-minuta riżultat ta’ żbalji mill-plejers ta’ AC Trampi jasal il-gowl tad-dro ta’ St Helen Band Club. It-tim Karkariż imur fil-vantaġġ 5 minuti wara minn żball ieħor difensiv. Fit-18-il minuta AC Trampi jiskbu l-gol tad-dro.  Freekick moghti minn Sammut jaħbat mal-barriera u mir-rebound ikun Pawlu Mizzi li b’xutt tajjeb jpoġġi l-ballun fil-kantuniera. Ta’ min jinnota wkoll id-diversi saves li għamel Xuereb, goaler ta’ AC Trampi, biex iżomm ir-riżultat 2-2 fl-ewwel taqsima.


Fit-tieni taqsima Dimech daħal minflok Xuereb wara li dan tal-aħħar weġġa wiċċu wara xutt mill-viċin. F’ħin qasir St Helen Band Club jiskurjaw żewg gowls biex dawru l-logħba 4-2 favurihom. Ir-reazzjoni ta’ AC Trampi kienet fjakka u li ma kienx għas-saves brillanti ta’ Dimech il-gowls faċilment setgħu kienu aktar. B’azzjoni personali Steve Falzon jivvinta gol sabiħ mid-distanza b’nofs it-tieni taqsima li ta xi ftit kuraġġ lil AC Trampi.  Biss f’erba minuti jaslu erba’ gowls minn St Helen Band Club li b’hekk aċċertaw ruħhom minn rebħa komda. L-uniċi ftit reazzjonijiet ta’ AC Trampi kienu żewġ xuttijiet ta’ Mark Spiteri u Brian Gauci fl-aħħar minuti.

Nisperaw li din kienet biss diżavventura tal-ewwel logħba u l-plejers ta’ AC Trampi jagħrfu jerrejaġixxu fil-logħba li jmiss nhar l-Erbgħa li ġej kontra Żebbuġin.

Wednesday, November 16, 2011

RnD Ltd. sponsors AC Trampi

Bi pjaċir nixtiequ nħabbru li din is-sena il-first aid kit supplies ser ikunu qegħdin jiġu provuduti minn RnD Ltd. AC Trampi jixtiequ jirrangrazzjaw lil RnD Ltd. ta' din is-sħubija u l-fiduċja li qegħdin juru fit-tim. Għall-aktar informazzjoni tista’ tikkuntatja lill-kumpanija permezz tal-indirizz email info@rnd.com.mt

Saturday, November 12, 2011

Lejlet id-debutt (2)

Illum kien imiss lill-assistent coach Daniel Fenech li jwieġeb għall-istess domandi li poġġejna quddiem il-coach. Tassew li ma tantx ilu fil-familja, biss huwa fatt fuq fomm kulħadd li Daniel, bil-karattru spontanju, cajtier imma matur tiegħu, rebaħ il-fiducja ta' kulħadd. Bħas-soltu f'xi gear tal-Milan, Daniel tana dawn it-tweġibiet:

Fejn taħseb li t-tim investa s'issa sabiex jibda jibni triq posittiva għall-istaġun li ġej? X'kambjamenti osservajt?
F'dan żmien tal-pre-season investejna ħafna fil-karattri tal-membri li jiffurmaw l-iskwadra finali ta' AC Trampi. Tagħzel bejn 25 player b'karatteristici u kwalitajiet differenti ma kienx facli, u bħala coaches iddecidejna li nagħzlu l-iktar players, li skond l-opinjoni tagħna, mhux biss tajbin bil-ballun imma jagħmlu l-ġid lill-ispirtu tat-team.
Nemmnu li l-ambjent hu importanti biex it-team jieħu identità tiegħu u fl-aħħar mil-aħħar biex jagħtina logħbiet u rebħiet sbieħ.  Jien is-sena l-oħra ma kontx parti minn dal-grupp sabiħ allura m'jienx f'pożizzjoni li ngħid li rajt kambjamenti jew le. Madankollu, f'dawn ix-xahrejn u nofs rajt kambjamenti kbar fil-players, kemm fil-fitness, dixxiplina fil-ground, kif ukoll fir-rieda tal-players biex jgħinu lil xulxin u jiġbdu l-istess ħabel.

Xi prospettivi tara għal dan it-tim din is-sena?
Nemmen li t-team tagħna m'għandu xejn inqas minn ħaddieħor u għandu l-forza fl-unità tiegħu.  Jekk it-team jemmen fil-kapacitajiet tiegħu ikollna riżultati tajbin ħafna.  Bħala coaches ma qagħdniex nenfasiżżaw mal-players li irridu bilfors niksbu l-promotion għat-tielet diviżjoni għax nippreferu nimxu logħba wara l-oħra, pero l-ingredjenti biex nimxu 'l quddiem hemm qegħdin.

Kemm taħseb li huwa mportanti s-"sitt" plejer fil-grawnd?
Is-support jagħmel dejjem parti minn kull sport u huwa importanti għax f'ħafna okkażżjonijiet jagħmel id-differenza u jagħti l-enerġija lil-players fil-ground.  Minn hawn nixtieq inħeġġeġ lis-supporters tagħna biex jiġu jarawna bi ħġarhom f'kull logħba. Nifhem li din is-sena ħa nilghabu barra u fl-istaġun tax-xitwa ħafna nies jippreferu joqgħodu għall-irdoss id-dar, pero egħżież supporters intom parti mill-identità tat-team tagħna u l-għajnuna tagħkom napprezzawha.

Friday, November 11, 2011

Lejlet id-debutt

Ħamest ijiem oħra sabiex AC Trampi jiddebuttaw fil-kampjonat tal-Futsal għad-disa' sena konsekuttiva. Taħt it-tmexxija attenta tal-coaches Duncan u Daniel, AC Trampi ser jiltaqgħu kontra avversarju Karkariż, eżattament St Helen Band Club nhar l-Erbgħa 16 ta' Novembru fis-18:30 ġewwa Ħaż-Żabbar.

It-tim wara dan il-blog, ħaseb li jieħu l-kummenti tal-coach, bħal f'konferenza stampa ta' qabel dan id-debutt. U bħal dejjem, Duncan ma qagħadx lura milli jirrispondi bi kliem meqjus, li bħal ikla bnina, jħallilek togħma tajba.


Fejn taħseb li t-tim investa s'issa sabiex jibda jibni triq posittiva għall-istaġun li ġej? X'kambjamenti osservajt?
It-tim investa fil-persuni. Il-kunċett hu li biex tim jilgħab tajjeb, irid ikun ibbażat fuq nies li għandhom storja li jġorru magħhom ta' kuljum. Minn hemmhekk imbagħad sar proċess t'għażla fejn trialists kif ukoll trampi tas-sena l-oħra ngħataw iċ-ċans li juru lil coaches li kapaċi jkunu parti minn Trampi ta' din is-sena.

Tajjeb illi ngħidu li fl-equation mhux biss daħal l-element kalċistiku imma l-element uman kif ukoll l-ispirtu kollettiv li kull player jista' jagħti lil Trampi. Kambjamenti saru b'mod individwali - naħseb kien hemm shift fil-mentalità tal-players.

Xi prospettivi tara għal dan it-tim din is-sena?
Din is-sena t-tim għandu potenzjal li jagħti wirjiet sbieħ. Għan personali tagħna l-coaches hu li dan it-tim jemmen fih innifsu, jemmen li kapaċi daqs kemm aħna konvinti minnu.

Kemm taħseb li huwa mportanti s-"sitt" plejer fil-grawnd?
Is-support huwa krucjali fil-logħba... mhux biss huwa s-sitt player imma wkoll huwa l-partner tat-tim li fil-mumenti kollha għandu jkun hemm. Jien inħeġġeġ lis-supporters tagħna sabiex jkunu warajna u jagħtu s-support tagħhom. Tagħmel differenza zgur - anke fuq il-motivazzjoni tal-players.

Wednesday, October 26, 2011

Official Fixtures - Season 2011-2012 - First 2 Rounds

FIRST ROUND

Wednesday 16 November 2011 - 6.30pm
ST HELEN BAND CLUB vs AC TRAMPI at Zabbar
 
Wednesday 23 November 2011 - 6.30pm
ZEBBUGIN vs AC TRAMPI at Mqabba

Thursday 01 December 2011 - 6.30pm
GZIRA UTD FC vs AC TRAMPI at Msida

Thursday 12 January 2012 - 6.30pm
AC TRAMPI vs SPORTING GAUCHOS FC at Msida

Thursday 02 February 2012 - 6.30pm
AC TRAMPI vs REAL BROWNS PHARMA FC at Msida
                           
SECOND ROUND  
             
Tuesday 14 February 2012 - 7.30pm
AC TRAMPI vs ST HELEN BAND CLUB at Gharghur

Tuesday 21 February 2012 - 9.00pm
AC TRAMPI vs ZEBBUGIN at Pietà

Tuesday 28 February 2012 7.30pm
AC TRAMPI vs GZIRA UTD FC at Gharghur

Wednesday 14 March 2012 - 7.30pm
SPORTING GAUCHOS FC vs AC TRAMPI at Zabbar

Thursday 29 March 2012 - 7.30pm
REAL BROWNS PHARMA FC vs AC TRAMPI at Msida

Monday, October 03, 2011

It-tmintax-il plejer għall-istaġun 2011-2012


Fit-tmiem il-ġimgħa il-kowċis ta’ AC Trampi Duncan Caruana u Daniel Fenech ħabbru t-tmintax-il plejer li ser ikunu qegħdin jilgħabu bil-flokk isfar ta’ AC Trampi għal dan l-istaġun

Il-lista tal-plejers hi din:
Gowlers: Steven Xuereb u Wayne Joseph Dimech
Plejers: Rodney Bugeja, David Magri, Stephen Farrugia, Dex Zahra, Steve Falzon, Chris Formosa, Pawlu Mizzi, Justin Psaila, Wayne Mizzi, Brian Gauci, Kurt Rapinett, Mark Spiteri, Jonathan Sammut, Julian Caruana, Kenneth Fiteni u Conrad Dimech

Awguri għal dan l-istaġun lil dawn il-plejers li ġew magħżula. Grazzi wkoll lil dawk il-plejers li matul l-aħħar xahar kienu qegħdin jitrenjaw ma’ AC Trampi bħala
trialists.

Tuesday, September 27, 2011

AC Trampi u l-pre-season sa issa

Il-preseason ta' AC Trampi dahal fil-qofol tieghu bil-partecipazzjoni tat-team f'turnament ta' hbiberija organizzat minn Naxxar Lions Futsal Club. Nistghu nghidu li kien turnament karatterizzat minn hafna esperimenti minn naha tal-coaching staff, fejn il-loghob intuzaw specjalment biex jghinu lill-coaches jaghzlu t-18 il-player li se jiffurmaw parti mill-iskwadra ta' AC Trampi ghall-istagun 2011/12. Tlett loghbiet li fihom il-coaches ma setghux juzaw iz-zewg goalers ta' Trampi li jinsabu barra minhabba injury. Il-club ta' AC Trampi jirringrazzja lil Stephen Farrugia u Evan Joe Dimech li offrew is-servizz taghhom ta' goalers ghal dan it-turnament.
 
Fl-ewwel loghba AC Trampi laghbu kontra Mac Deo Xtreme FC. Wara li spiccaw minn taht b'goal kmieni, AC Trampi ghamlu reazzjoni tajba u gabu d-draw permezz ta' Mark Spiteri. Iktar ma ghadda l-hin aktar Trampi tilfu l-posizzjonijiet fil-ground sabiex l-iscore finali spicca 4-1 favur Mac Deo Xtreme FC.
 
It-tieni loghba tat-turnament kontra Pitillu & Friends nistghu nghidu li Trampi baghtew sa minn kmieni fil-partita u fi spazju ta' tmien minuti kienu diga 4-0 minn taht. Nuqqas ta' attenzjoni difensiva u komunikazzjoni bejn il-plejers hargu cari sabiex l-iscore spicca 8-2 bil-goals ta' Trampi skurjati minn Justin Psaila u Christopher Formosa. Nota posittiva kienet r-reazzjoni finali ta' Trampi li sarfet f' zewg goals.
 
L-ahhar loghba tat-turnament kienet kontra t-team ta' Naxxar Lions Futsal. Ghal kuntrarju tal-loghbiet l-ohrajn AC Trampi bdew b'mod posittiv ferm fejn kien hemm tqassim tajjeb tal-ballun u numru tajjeb ta' okkazjonijiet biex Trampi marru fil-vantagg permezz ta' Steve Falzon. Izda wara dan il-goal Trampi regghu rrepetew diversi nuqqasijiet biex l-iskor finali spicca 6-1 favur Naxxar.
 
Dan it-turnament wera li AC Trampi bhalissa ghadhom work-in-progress u ghad fadal hafna xoghol qabel mat-tim ikun lest ghall-kampjonat izda jidher car li hemm materjal fuq xiex wiehed jahdem u dan ihalli ottimizmu ghal futur.

Thursday, September 15, 2011

Nitkellmu mal-Kowcis

Wara l-ewwel ġimgħatejn ta' taħriġ, ħsibna li nitkellmu ftit ma' Duncan u Daniel u nieħdu l-impressjonijiet tagħhom dwar dak li raw sa issa.

Duncan, issa li ghaddew l-ewwel gimaghtejn ta’ tahrig, f’liema aspetti thoss li t-tim qed jilhaq l-aspettativi tieghek? F’liema aspetti sibt lit-tim differenti milli stennejt? 
Nemmen li t-tim huwa għatxan biex jaħdem u jtella’ l-prestazzjonijiet tiegħu. Naħseb li dawn l-ewwel gimgħatejn urew li t-tim huwa magħqud. Dan stajt tarah f’diversi eżerċizzji li setgħu kienu diffikultużi u l-livel ta’ sapport kien għoli u kontinwu. Fiżikament nemmen li għad baqa’ x’naħdmu għaliex il-logħba tirrikjedi stat fiżiku eċċellenti u xejn inqas. Naħseb aspett li qed nara aħjar minn snin oħra huwa l-livell psikoloġiku fejn jidher li diversi players lesti jiffaċċjaw il-biżgħat tagħhom. Jiena nemmen li meta persuna taqbeż il-biżgħat tagħha, allura tkun free; element importanti li tifrex il-qiegħa biex eventwalment player ‘jaqbeż’ fil-pitch u jagħti dak li jaf mingħajr barriers.

Kulhadd osserva li fil-pjan tieghek hemm mhejjija attivatijiet li jmorru lil hinn mir-rutina normali tat-tahrig fosthom servizz ta’ volontarjat mit-tim kif ukoll weekend gewwa Ghawdex. Kif tahseb li dat-tip ta’ attivatijiet jistghu jghinu lit-tim? Fejn tixtieq tasal? 

Jiena nemmen fil-bniedem sħiħ u nemmen li kull eżerċizzju jekk tifhmu u tagħrblu sew, jista’ jgħinek kemm ġewwa kif ukoll barra l-pitch. Jien irrid skwadra ta’ players b’valuri għolja, dixxiplina personali u rispett lejn kull avversarju. Kif jgħid l-Ingliz, charity begins at home...allura it-trawwim ta’ kultura ta’ dan it-tip irid jibda minna stess. Jien irrid tim rebbieħ mhux biss fil-logħob imma anke fl-imġiba tagħna. Il-volontarjat jgħinek tifhem min int, tagħti mingħajr ma tistenna lura xejn, taħdem kollettiv, tisma’ u mhux tparla int biss...valuri importantissmi f’kwalunkwe tim. Il-weekend seminar, jista’ jiċċelinħġja dawk l-areas li aħna dgħajfin fihom...se jgħinna nifhmu lil xulxin, x’nixtiequ minn xulxin u l-esperjenza ta’ Trampi. Nixtieq nasal f’punt fejn kulħadd iħares lura u jgħid apparti li kbirt teknikament bħala player, jien kbirt bħala raġel, bħala membru f’familja li hi TRAMPI



Daniel kif qed issibek fl-irwol ta’ assistant coach? 
Bhal kull haga gdida, ghal bidu kelli d-dubji u l-bizghat tieghi kemm ser jirnexxili inkun tajjeb f’dar-rwol. Bil-mod il-mod, f’dal-gimghatejn dawn il-bizghat inbidlu f’kunfidenza grazzi ghar-rapport personali li dejjem kelli mal-coach u fuq kollox grazzi ghal players li qed jinkluduni fil-grupp

X’challenges thoss li dan l-irwol qed igib mieghu? 

Fuq aspett uman, l-ikbar challange hi propja li nsir parti min dal-grupp kbir ta’ hbieb, li nigi accettat u li l-players jemmnu fiha bl-istess mod li jien nemmen fihom. Fuq aspett sportiv, apparti l-ghajnuna li irrid naghti lil coach, wahda mil-ikbar challanges hi li nghin lit-team u lil players individwali biex jemmnu iktar fil-mezzi u l-kapacita’ taghhom ghax mil-kummenti li smajt s’issa din hija wahda mil-areas li fiha jbghati t-tim, u fl-opinjoni tieghi, hija wahda mil-areas li tista’ trebbah u ittelef il-loghob

Fil-meeting ta’ prezentazzjoni li sar fis-sajf, Duncan kien prezentak bhala bniedem li josserva hafna. X’laqtek partikolarment f’dal-gimaghtejn li ghaddew? 

Laqtuni tlett affarijiet;
  1. Il-fatt li sibna team b’forma fizika tajba. Il-pre-season s’issa kien ibbazat fuq hafna xoghol fiziku u impressjonajt ruhi bl-ammont kbir ta’ players li bhal donnu fis-sajf ma qatghux mit-training
  2. L-Ghaqda li hemm bejn il-players. Duncan kien ilu jghidli li Trampi hija familja, u milli rajt f’dawn il-hmistax, naghtih ragun. L-ambjent tal-hbieb jitfghak awtomatikament f’muza tajba waqt it-training, u nhoss li jekk jinzamm dan l-ispirtu jghin hafna ghal formazzjoni tal-gruppu ghal kisba tar-risultati.
  3. Il-commitment. Kellna presenza qawwija ta’ players fis-sessions li turi li l-istagun qed jittiehed bis-serjeta sa mil-bidu. Kull min ma setghax jinzel training kellu raguni valida, u hadd ma qaghad igib skuzi biex ma jigix. Haga sabiha li rajna hi li kien hemm 3 jew 4 players li ghalkemm ma setghux jinzlu training habba xi injuries, xorta kienu prezenti biex jaraw u jissapportjaw lil shabhom.

Tuesday, August 30, 2011

Bidu tal-istaġun 2011-2012

Il-bieraħ it-Tnejn 29 ta’ Awwissu, AC Trampi taw bidu għall-istaġun tagħhom 2011-2012. L-ewwel pre-season training sar ġewwa l-Buskett u Ħad-Dingli taħt il-coaches il-ġodda Duncan Caruana u Daniel Fenech. Waqt li Duncan f’dawn l-aħħar sentejn kien assistant coach ta’ Renzo Kerr Cumbo, li llum hu l-assitant coach tal-Imqabba fil-Premier Division, Daniel Fenech hu ġdid għall-familja ta’ AC Trampi.


Il-plejers tas-sena l-oħra kollha reġgħu qegħdin jitrenjaw mat-tim ħlief Clifton Calleja li kellu jieqaf minħabba raġunijet personali. Bi pjaċir nerġgħu nilqgħu lil Conrad Dimech u lil Kenneth Fiteni li fl-istaġun li għadda kienu weqfin għal tul ta’ żmien minħabba injuries.

Mal-plejers tas-sena l-oħra hemm diversi trialists li fl-aħħar tal-pre-season uħud minnhom ser jingħaqdu mat-tim biex b’hekk jifforma t-tim għal dan l-istaġun.