Il-logħba
kontra St. Helen Band Club kienet il-logħba li setgħet tkabbar
il-possibilitajiet li AC Trampi jiġġieldu għall-promotion
playoffs. F’ħafna mill-ħin fiż-żewġ taqsimiet il-plejers ta’
AC Trampi kienu fil-post it-tajjeb fil-ħin it-tajjeb għal ħafna
partijiet tal-logħba
Għal
AC Trampi kienet logħba ta’ stennija u paċenzja fid-difiża u
ħarbiet bil-kotrattakk.
Dan deher ċar sa mill-ewwel minuti
tal-logħba. Fl-ewwel għaxar minuti il-goaler Xuereb għamel diversi
saves importanti li flimkien
ma’ żewġ lasti milquta minn
St. Helen żammew l-iskor xejn b’xejn. AC
Trampi rrispondew permezz ta’ Falzon fejn wara
kontrattakk fil-5 minuta kkonkluda barra u
3 minuti wara, pass ta’ Bugeja fin-nofs lejn
Falzon u konklużjoni ta’ dan tal-aħħar
ġiet salvata
mill-gowler ta’ St. Helen. Attakki
preċiżi ta’ St.
Helen wasslu għal
żewġ gowls fis-16 u l-20 minuta. AC Trampi għamlu reazzjoni
permezz ta’ Psaila u Spiteri imma t-tentattivi tagħhom ġew
salvati. Eżatt minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima AC Trampi ġew
premjati wara li permezz ta’ freekick ta’
Falzon naqqsu l-iskor għal 2-1.
Fit-tieni
taqsima St. Helen skurjaw kmieni
t-tielet gowl tagħhom imma d-dixxiplina
tattika ta’ AC Trampi għenet biex
il-plejers jibqħu ffukkati. Infatti,
minuta wara Formosa skurja t-tieni gowl għal AC Trampi u żewġ
minuti wara kellhom anke ċ-ċans li jġibu d-dro permezz ta’ Magri
li ra x-xutt tiegħu jiġi
salvat. Sfortunament St. Helen irnexxielhom jiskurjaw ir-raba’ u
l-ħames gowls b’movimenti rapidi
li gerfxu xi ftit id-difiża ta’ Trampi. Psaila
nrexxielu jżomm lil AC Trampi fil-logħba meta skurja t-tielet gowl.
L-aħħar għaxar minuti tal-logħba kienu
assedju fuq l-lasti ta’ St. Helen fejn AC Trampi
ħolqu diversi okkażżjonijiet ta’ gowl. St. Helen għażlu li
jiddefendu l-logħba u dan ta aktar ċans lil AC Trampi biex iżidu
l-pressjoni. Biss ir-raba’ gowl wasal ftit tard permezz ta’
Falzon fit-23 minuta. Il-plejers ta’ AC
Trampi pruvaw diversi drabi jġibu
d-dro imma ma’ kienx fadal
biżżejjed ħin.
No comments:
Post a Comment