Il-preseason ta' AC Trampi dahal fil-qofol tieghu
bil-partecipazzjoni tat-team f'turnament ta' hbiberija organizzat minn
Naxxar Lions Futsal Club. Nistghu nghidu li kien turnament karatterizzat
minn hafna esperimenti minn naha tal-coaching staff, fejn il-loghob
intuzaw specjalment biex jghinu lill-coaches jaghzlu t-18 il-player li
se jiffurmaw parti mill-iskwadra ta' AC Trampi ghall-istagun 2011/12.
Tlett loghbiet li fihom il-coaches ma setghux juzaw iz-zewg goalers
ta' Trampi li jinsabu barra minhabba injury. Il-club ta' AC Trampi
jirringrazzja lil Stephen Farrugia u Evan Joe Dimech li offrew
is-servizz taghhom ta' goalers ghal dan it-turnament.
Fl-ewwel loghba AC Trampi laghbu kontra Mac Deo Xtreme FC. Wara li
spiccaw minn taht b'goal kmieni, AC Trampi ghamlu reazzjoni tajba u gabu
d-draw permezz ta' Mark Spiteri. Iktar ma ghadda l-hin aktar Trampi
tilfu l-posizzjonijiet fil-ground sabiex l-iscore finali spicca 4-1
favur Mac Deo Xtreme FC.
It-tieni loghba tat-turnament kontra Pitillu & Friends nistghu
nghidu li Trampi baghtew sa minn kmieni fil-partita u fi spazju ta'
tmien minuti kienu diga 4-0 minn taht. Nuqqas ta' attenzjoni difensiva u
komunikazzjoni bejn il-plejers hargu cari sabiex l-iscore spicca 8-2
bil-goals ta' Trampi skurjati minn Justin Psaila u Christopher Formosa.
Nota posittiva kienet r-reazzjoni finali ta' Trampi li sarfet f' zewg
goals.
L-ahhar loghba tat-turnament kienet kontra t-team ta' Naxxar Lions
Futsal. Ghal kuntrarju tal-loghbiet l-ohrajn AC Trampi bdew b'mod
posittiv ferm fejn kien hemm tqassim tajjeb tal-ballun u numru tajjeb
ta' okkazjonijiet biex Trampi marru fil-vantagg permezz ta' Steve
Falzon. Izda wara dan il-goal Trampi regghu rrepetew diversi
nuqqasijiet biex l-iskor finali spicca 6-1 favur Naxxar.
Dan it-turnament wera li AC Trampi bhalissa ghadhom
work-in-progress u ghad fadal hafna xoghol qabel mat-tim ikun lest
ghall-kampjonat izda jidher car li hemm materjal fuq xiex wiehed jahdem u
dan ihalli ottimizmu ghal futur.
No comments:
Post a Comment