Illum kien imiss lill-assistent coach Daniel Fenech li jwieġeb għall-istess domandi li poġġejna quddiem il-coach. Tassew li ma tantx ilu fil-familja, biss huwa fatt fuq fomm kulħadd li Daniel, bil-karattru spontanju, cajtier imma matur tiegħu, rebaħ il-fiducja ta' kulħadd. Bħas-soltu f'xi gear tal-Milan, Daniel tana dawn it-tweġibiet:
F'dan żmien tal-pre-season
investejna ħafna fil-karattri tal-membri li jiffurmaw l-iskwadra finali
ta' AC Trampi. Tagħzel bejn 25 player b'karatteristici u kwalitajiet
differenti ma kienx facli, u bħala coaches iddecidejna li nagħzlu
l-iktar players, li skond l-opinjoni tagħna, mhux biss tajbin bil-ballun
imma jagħmlu l-ġid lill-ispirtu tat-team.
Nemmnu li l-ambjent hu
importanti biex it-team jieħu identità tiegħu u fl-aħħar mil-aħħar biex
jagħtina logħbiet u rebħiet sbieħ. Jien is-sena l-oħra ma kontx parti
minn dal-grupp sabiħ allura m'jienx f'pożizzjoni li ngħid li rajt
kambjamenti jew le. Madankollu, f'dawn ix-xahrejn u nofs rajt
kambjamenti kbar fil-players, kemm fil-fitness, dixxiplina fil-ground,
kif ukoll fir-rieda tal-players biex jgħinu lil xulxin u jiġbdu l-istess ħabel.
Xi prospettivi tara għal dan it-tim din is-sena?
Nemmen
li t-team tagħna m'għandu xejn inqas minn ħaddieħor u għandu l-forza
fl-unità tiegħu. Jekk it-team jemmen fil-kapacitajiet tiegħu ikollna
riżultati tajbin ħafna. Bħala coaches ma qagħdniex nenfasiżżaw
mal-players li irridu bilfors niksbu l-promotion għat-tielet diviżjoni
għax nippreferu nimxu logħba wara l-oħra, pero l-ingredjenti biex nimxu 'l quddiem hemm qegħdin.
Kemm taħseb li huwa mportanti s-"sitt" plejer fil-grawnd?
Is-support
jagħmel dejjem parti minn kull sport u huwa importanti għax f'ħafna
okkażżjonijiet jagħmel id-differenza u jagħti l-enerġija lil-players
fil-ground. Minn hawn nixtieq inħeġġeġ lis-supporters tagħna biex jiġu
jarawna bi ħġarhom f'kull logħba. Nifhem li din is-sena ħa nilghabu
barra u fl-istaġun tax-xitwa ħafna nies jippreferu joqgħodu għall-irdoss
id-dar, pero egħżież supporters intom parti mill-identità tat-team
tagħna u l-għajnuna tagħkom napprezzawha.
No comments:
Post a Comment