Nahseb hafna minnha ilna nistennew din il-gurnata halli nergghu nibdew nigru u niccaqilqu ftit halli ghal Settembru inkunu lesti ghal-bidu tal-lig. Ta min jghid li xorta il-maggoranza taghna bqajna niltaqghu darba fil-gimgha nilghabu ftit futbol bejnietna halli ma naqtawx ghal kollox.
Ma nistghax ma insemmix l-ewwel tournament li ghamilna bhala A.C. Trampi. Grazzi kbira ghal-organizzazzjoni u tal-impenn tmur ghal Conrad 'Conimex Special' Dimech, ghax li kieku ma kienx ghalih ma kienx isir it-tournament. Ta min jghid li ir-rebbieha kienu Sliema Futsal – prosit ghalihom!!
Tajjeb ukoll li nghid li illejla sejrin il-Waterline ta Wied il-Ghajn ghal BBQ flimkien mas-sapporters taghna li dejjem kienu hemm maghna matul l-istagun li ghadda u li kienu importanti hafna ghalina ghax bl-entuzjazmu taghhom kienu jaghtuna aktar grinta fil-pitch. Ghalhekk nispera li nara hafna minnhom halli nirringrazzjawhom kif xieraq.
Fl-ahhar naghlaq billi nawgura mill-qalb il-vjagg it-tajjeb u esperjenza mill-isbah lill-plajers taghna li sejrin barra minn Malta jaghmlu volontarjat. Dawn huma: Wayne 'Spider Man' Dimech li sejjer it-Tunisija, u Jonathan 'Gongi' Sammut u Clifton 'Sonic' Calleja li sejrin Napli. Maghhom hemm ukoll numru imdaqqas ta Trampi Friends li sejrin u ghalhekk mhux se insemmihom kollha b'isimhom ghax zgur ninsa lil xi hadd barra. Tajjeb nghid ukoll li hemm min se jaghmel esperjenza ta volontarjat gewwa id-dar ta' San Guzepp go St. Venera.
Bhas-soltu,
FORZA TRAMPI
il-CaPiTaNo
3 comments:
Good luck on the beginning of this new season!
I will be there to help cheer you on!!
Qisek Pellegatti b'dawn il-laqmijiet Frix.
Grande Capitano :)
Post a Comment